Christian Peregin, li qed jikteb sensiela ta’ kummentarji ta’ kwalità, kiteb li jkun żball kemm il-darba il-Partit Laburista jipprova jpinġi l-kriżi li hawn bħalissa fil-pajjiż bħala kwistjoni ta’ natura tribali bejn Laburisti u Nazzjonalisti.
Meta Michael Farrugia stqarr li d-dimostranti huma “PN”, l-NGO Aditus tgħidx kemm irrabjaw. Dawn għandhom kredenzjali li huma akbar minn dawk ta’ Repubblika, minn tiegħi stess jew minn ta’ #occupyjustice u meta l-ministru jinjora l-fatt li dawn qed jipprotestaw ukoll, ikun qed juri l-istmerrija tiegħu għas-soċjetà ċivili. Il-Moviment Graffitti ilhom li bdew l-attivitajiet tagħhom kwart ta’ seklu ilu. Miġnun min lil dawn isejjħilhom PN.
X’wiċċ għandu l-Ministru tal-Intern @dr_micfarr li jmur igħid li “s-soċjetà ċivili hi l-PN”? ??
Aħna organizzazzjonijiet indipendenti li ma nsegwu ebda partit u li ninsabu impenjati favur id-drittijiet tal-bniedem għal kull persuna f’Malta.
Jekk il-Ministru m’huwiex komdu bil-preżenza tal-NGOs fil-pajjiż, jista’ jmur idabbar rasu! https://t.co/lhIOcVbA1e
— aditus foundation (@aditusNGO) December 3, 2019
Saviour Balzan qed isejjaħ lil Joseph Muscat biex iwarrab minnufih. Bħalissa qed iżomm ‘il bogħod mid-dimostrazzjonijiet fit-toroq għar-raġunijiet tiegħu iżda tista’ tintebaħ li huwa mixtieq li jkun jista’ jipparteċipa fihom.
Bosta minn dawk li qed jiddimostraw fit-toroq qatt ma vvutaw PN u m’għandhom ebda intenzjoni li jivvutaw lil dan il-partit. Ħadd m’hu jipprova jibdlilhom fehmithom.
Id-diskorsi tribali jgħoddu biss għall-membri tat-tribù. Tal-Labour qegħdin jagħmlu ħilithom biex jgħafsu l-“buttuna tribali” f’moħħ in-nies biex dawn jibdew jinjoraw il-fatti u jemmnu biex il-“vanġelu” li jixxandar mill-One TV.
Bosta huma dawk l-organizzazzjonijiet li, wieħed wara l-ieħor, qed jitkellmu fil-beraħ. Hekk qegħdin jagħmlu l-entitajiet professjonali. Il-periti huma kollha Are all PN? L-avukati huma kollha PN? U l-ispiżjara? L-awdituri? Dawn ilkoll għamlu sejħa lill-prim ministru biex iwarrab minnufih.
Meta jpinġu dan kollu bħallikieku huwa parti mill-kampanja tal-PN, tal-Labour ikunu qed jagħtu krettu żejjed lill-oppożizzjoni. Ikunu wkoll qed jiskreditaw lil dawn in-nies kollha li jkunu jridu jaħdmu magħhom bħala gvern wara li jkun warrab Joseph Muscat. Diġà huwa ħażin li qed jittrattaw lin-nies bħallikieku huma boloħ. Iżda l-ħażin isir perikoluż meta l-Labour iqis li dawn in-nies bħala tradituri li jridu jwaqqgħu gvern leġittimu.
Chris Peregin kiteb li l-pajjiż ma ħaqqux li jkollu din il-konfrontazzjoni.
Di’à saret ħsara kbira. L-HSBC ħassar il-festin tal-Milied li jorganizza kull sena għall-klijenti. Hawn qed nitkellmu dwar wieħed mill-banek ewlenin li jidhrilhom li m’hawnx sigurtà biżżejjed biex ikunu jistgħu jorganizzaw festin tal-Milied. Bħalissa kemm qed jaqblilhom li jisilfu l-flus lin-negozji? X’prospetti ta’ tkabbir qegħdin jaraw għal Malta? Jekk qed jibżgħu jorganizzaw festin tal-Milied, ser jibżgħu jagħmlu affarijiet oħrajn ukoll.
Il-Malta Asset Management Forum li jiġi organizzat kull sena minn Deloitte, fost oħrajn, tħassar ukoll “minħabba s-sitwazzjoni” fil-pajjiż. Kif tħassret ukoll il-konferenza speċjalizzata dwar il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus tal-KPMG minħabba “s-sitwazzjoni”.
Joseph Muscat jiġi jaqa’ u jqum minn dan kollu? Jiġi jaqa’ u jqum mid-diżastru li ser iħalli warajħ? Se jkun lest iħalli kollox jiġġarraf?
Jekk irid, għandu l-mezzi biex iwaqqaf il-ħsara. X’qed jistenna biex iwarrab minnufih?