Chris Cardona issa qed igħid li l-Partit Laburista għandu jkeċċi lil Keith Schembri ‘l barra mill-partit. Tgħid għax dan qal li l-mobile kien tilfu? Min jaf proprju issa x’seta’ nbidel?

Bosta huma dawk li jeħtieġ jiftakru x’kienu qalu proprju dan l-aħħar dwar Keith Schembri. Dawn huma Robert Musumeci u Emanuel Cuschieri. Dawn għadhom tal-fehma li Keith Schembri huwa “l-qalb tal-Partit Laburista”? Ibqgħu ċerti li issa ser igħidu li m’huwiex u li kienu ġew imqarrqa. Ser igħidu li mhux sewwa li titwaħħal il-ħtija fuq kulħadd. Huwa veru li m’humiex ħatja ta’ dak kollu li għamel Keith Schembri iżda ċertament għandhom jerfgħu ir-responsabbiltà li ħallewħ f’postu dakinhar li nkixfu l-Panama Papers. Robert Musumeci kien ħareġ igħid li skont is-saltna tad-dritt kull min żbalja għandu jingħata l-assoluzzjoni ġaladarba l-Partit Laburista kien reġa’ rebaħ l-elezzjoni.

Issa qed igħidu li Schembri m’huwiex il-qalb tal-Partit Laburista. Jistgħu jgħidu li jridu. II-ħmieġ u l-moffa daħlu sewwa u dawn issa jista’ jarahom kulħadd.