Dan huwa l-mod li bih wieħed għandu jsellem lil dak li għadu jridha ta’ prim ministru li ma jridx iżarma mill-uffiċċju tiegħu għax jibża’ li jispiċċa b’idejn maqfulin fil-manetti.
Joseph Muscat għandek twarrab issa. Kullħadd qed igħidlek l-istess kelma: l-avukati, l-ispiżjara, l-awdituri, ġurnalisti ta’ kull fehma politika inklużi dawk li kienu jappoġġjawk u persuni li jimmilitaw fil-partit tiegħek. Kulħadd minbarra l-ftit lagħqin li fadal u li int tinsab imdawwar bihom biex iservuk ta’ wens. Warrab u iġborhom miegħek u fl-istess ħin ħalli warajk fejn ikunu jistgħu jsibuk il-pulizija.
Int ġibt il-mistħija fuqek innifsek u fuq il-partit tiegħek. Ġibt ukoll il-mistħija fuq pajjiżek: waqqajtilna wiċċna l-art f’għajnejn id-dinja. Il-ġurnalisti u l-politiċi madwar l-Ewropa issa qed jistaqsu jekk Malta hix stat membru vijabbli tal-Unjoni Ewropea. Sforz ir-regħbu u l-korruzzjoni tiegħek, lill-pajjiż ġibtu f’ilsien il-komunità internazzjonali.
Għandek xorti li qed igarawlek biss bajd u korrotti. Qabel inżul ix-xemx, it-tluq tiegħek ikun l-ewwel att bis-sens kemm ilek fil-kariga.