Ifarfru t-tort fuq l-Unjoni Ewropea
Fl-isforz tagħhom li jsibu l-għedewwa lil minn jattakkaw, tal-Partit Laburista u dawk li jitkellmu f'ismu tgħidx kemm qegħdin jehdew iwaħħlu fl-Unjoni Ewropea għal dak kollu li ma jinżlilhomx. Il-propaganda ta' mibgħeda kontra l-barranin qabdet l-għeruq u qed tinfirex anki fost uħud li ma jappoġġjawhomx. Dan m'hu xejn ħlief pass ieħor fit-triq tal-lemin estrem li qabad [...]
Min huwa l-għadu?
Mingħajr ma noqgħod nidħol fil-mertu tal-preċiżjoni storika tal-interpretazzjoni ta' Glen Bedingfield ta' dan ir-ritratt, l-intenzjoni tiegħu hi ċara. Fi ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin, Repubblika u dawk li jażżardaw jagħtuha l-pariri huma kollaboraturi mal-għadu, jiġifieri mal-ħażin. Dak li qed iseħħ bħalissa huwa sforz stil Goebbels biex iqanqal paranojja fost in-nies li tisfrutta r-razziżmu iżda li [...]
L-imwiet ta’ persuni innoċenti Robert Abela jdawwarhom f’xilja kontra dawk li jażżardaw li jikkritikawħ
Il-lejla l-Prim Ministru Robert Abela pprova jnessi minn moħħ in-nies il-fatt li mietu tnax il-ruħ fl-ibħra tagħna tort ta' deċiżjoni li ħadu hu u l-Forzi Armati biex ma jsalvawhomx u jitilquhom għal riħhom fil-baħar. U fetaħ attakk fuq Repubblika. Huwa pass ta' bla preċedent meta l-prim ministru u l-gvern kollu tiegħu jwaqqfu x-xandir pubbliku fit-8 [...]
Ċempilli r-Re tat-tigri
Hawn hu t-"Tiger Kink". Ftit minuti wara li tellajt din il-kitba dalgħodu rċievejt telefonata minn No Caller ID. Il-persuna li ċemplet ma qaltlix min hi iżda meta staqsietni liema bajd qed nistenna li għandha tbus, intbaħt li din il-persuna kienet hu. Aktar tard huwa kkonferma li kien hu li ċempilli b'ħafna theddid bis-saħħa tal-kitba ta' [...]
Tal-Labour ħarġu lill-pappagalli biex b’ħeġġa jappoġġjaw lil Edward tagħhom
Fejn għandhom x'jaqsmu r-relazzjonijiet pubbliċi, l-gvern ta' Robert Abela fula maqsuma mal-gvern ta' Joseph Muscat. Bħalissa hemm tilwima bejn Repubblika u Edward Zammit Lewis. Tilwima li mhux diffiċli li wieħed isib tarfha. Iżda lil tal-Kummissjoni ta' Venezja, Edward Zammit Lewis jeħtieġ jurihom li kkonsulta mas-soċjetà ċivili f'Malta dwar l-emendi proposti għall-kostituzzjoni dwar il-mod kif jinħatru [...]
Ir-Re tat-tigri
Il-lejl li għadda Anton Rea Cutajar xandar filmat fil-Facebook u kiteb li m'għandux ikun hawn firda fil-pajjiż. F'dawn l-aħħar ġranet, din id-dikjarazzjoni ilu jirrepetiha xi ftit iżżejjed tant li issa għoddu nħanaq. Persuni bħal Anton Rea Cutajar donnhom qatt ma semgħu bin-Nażisti. Kont nistenna li nies bħal dawn jistħu jirrepetu l-argument faxxista li biex ikun [...]
L-Arċisqof: “Il-libertà tinsab fl-azzjoni”
Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna sentejn u nofs mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-tagħlim soċjali tal-Knisja ifakkarna illi l-paċi hija msejsa fuq il-verità, ġustizzja, libertà u mħabba. Dawn l-erba’ valuri huma l-pedament u jiddependu minn xulxin, kull wieħed minnhom huwa essenzjali; komunità ma tistax tkun verament fil-paċi jekk imqar waħda minnhom tkun nieqsa jew imwarba. Wara [...]
Fr Brendan Gatt: “Żmien li tħawwel u żmien li taħsad l-imħawwel”
Din hi l-omelija li ta llum il-Kanonku Brendan Gatt f’għeluq is-sentejn u nofs mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia: Qegħdin niċċelebraw din il-quddiesa b’suffraġju u tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia proprju fl-Ottava tal-Għid il-Kbir, il-festa Nisranija per eċċellenza. Hija l-festa li tfakkarna li għalkemm f’għajnejn il-bnedmin il-mewt, l-inġustizzja u l-ħażen jidhru jiddominaw għal ftit, fir-realtà il-ħajja, [...]
Ħelsien mill-faxxiżmu
Fil-25 ta' April, l-Italja tfakkar il-jum li fih ħelset darba għal dejjem mir-reġim faxxista. Ftit jiem wara, jiġifieri fit-3 ta' Mejju, jiġi ċelebrat il-jum tal-libertà tal-istampa. Din is-sena il-federazzjoni tal-ġurnalisti tal-Italja, jiġifieri FNSI - iddeċidiet li twaħħad iż-żewġ avvenimenti u qed tfakkar l-isforzi tal-ġurnalisti b'riżq ir-reżistenza kontra l-faxxiżmu, il-gideb li jxerred u l-qawmien mill-ġdid tiegħu [...]
Għaliex fl-industrija tal-kostruzzjoni m’hix tinżamm id-distanza fiżika bejn ħaddiem u ieħor?
Peress li l-industrija tal-kostruzzjoni ma teħtieġx il-preżenza fiżika tal-klijent fuq il-lant tax-xogħol, ma kellhiex għalfejn timxi mar-restrizzjonijiet tat-twettiq tad-distanzi soċjali u għaldaqstant l-attività ekonomika tagħha baqgħet ma ntmessitx. Huwa minn ewl id-dinja li min imexxi jew jaħdem f'ristorant ikollu jaħdem fiżikament qrib il-klijenti bir-riskju li jifrex il-virus fosthom. Minn naħa l-oħra, il-"klijenti" ta' proġett ta' [...]
Il-livell ta’ medjokrità li waqa’ fih id-Dipartiment tal-Informazzjoni
Bħallikieku mhux biżżejjed li f'pajjiżna hawn bosta li jiddilettaw jiktbu kummenti bla sens u mimlijin mibgħeda fuq il-Facebook b'kitba tal-Malti li twaħħax. Din il-marda issa jidher li ttieħdet mid-dipartiment tal-informazzjoni uffiċjali tal-gvern. Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kummenti fil-Facebook tal-ġurnal lokali Illum li kien qed jirrapporta dwar il-kwistjoni eżistenzjali taħraq li hemm bejn il-bord tat-tmexxija tal-Air [...]
16 April: issa ilna 30 xahar nistennew li toħroġ il-verità u li titwettaq il-ġustizzja
Il-għajta favur it-tfittxija tal-verità u t-twettiq tal-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia m'hix ser tissikket minħabba ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom bħalissa. Lanqas bi ħsiebna nibqgħu lura milli nibqgħu nagħtu ġieħ lill-memorja tagħha. Ingħaqdu magħna online fit-tifkira li ser nagħmlu. Repubblika, #occupyjustice u din il-website ser iħabbru aktar attivitajiet fiż-żmien li ġej.
Kif tista’ ddaħħal 1000 Malti f’karrozza?
Manuel Micallef, ideologu tal-Partit Laburista u preżentatur tat-televiżjoni li aktar moħħu biss biex jidher, reħielha għall-Facebook biex mingħalih jaqsamna bid-daħk. Għall-inqas, nittama li kien qed jiċċajta anki bis-saħħa ta' ċajta mill-aktar patetika. Dan l-imbierak kiteb il-kliem li ġej: Mingħalih ried idaħħakna b'kitba bħal din? Jaqaw kellu f'moħħu li jagħtina introduzzjoni qabel ifaqqa' xi ċajta oħra [...]
Għandha tiġi mgħarrqa d-dgħajjsa ta’ Alfred Grixti: persuna bħal din ma jmisshiex qiegħda tmexxi l-għajnuna soċjali f’pajjiżna
Din id-darba ma tfaċċax xi Owen Bonnici biex igħidlina li l-fehma ta' Alfred Grixti li d-dgħajjes li qed isalvaw l-immigranti għandhom jiġu mgħarrqa m'hi xejn ħlief espressjoni tal-libertà tal-kelma. Hekk kien għamel meta Jason Micallef kien ħalla lsienu jiġri bih. U dakinhar, bħal kull okkażjoni oħra, kellna nfakkru lil Owen Bonnici li meta xi ħadd [...]
Ifeġġu mistoqsijiet dwar it-tħejjijiet li saru f’Għawdex għal kontra l-epidemija tal-coronavirus
L-ewwel mewta ta' mara kaġun tal-coronavirus li ġie rappurtat li seħħet f'Malta l-bieraħ tefgħet dawl fuq id-dgħjufija tat-tħejjijiet tal-gvern kontra l-firxa tal-epidemija. M'hemmx dubju li Malta weħidha mhux possibbli li taħrab mill-impatt devastanti tal-epidemija u li persuni anzjani ta' ċertu età huma f'riskju akbar li jittieħdu mill-marda. M'hemmx dubju wkoll li pazjenta tal-età ta' 92 [...]
Il-fake news ta’ Toni Zarb
Ġie rappurtat li l-gvern qed iwiegħed xi forma ta' għajnuna lis-sidien tal-mezzi tal-istampa u x-xandir sabiex dawn ikunu jistgħu jibqgħu fil-wiċċ waqt il-kriżi tal-coronavirus. Madankollu jidher li l-gvern ma xandarx wisq dettalji dwar din l-għajnuna, dwar min ser jikkwalifika għaliha, dwar liema huma l-kriterji li jikkwalifikaw għall-għajnuna u dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet wara l-għoti [...]