Nieħdu ħsieb xulxin waqt li nipprotestaw
Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com ifakkru li l-protesta t’għada t-Tnejn, l-1 ta’ Marzu 2021 fil-17:00 quddiem il-Parlament qed issir wara notifika lill-Pulizija skont il-liġi u b’konformità mar-rekwiżiti u l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa. Persuni li jħossuhom ma jifilħux huma miltuba jibqgħu id-dar. Dawk li se jieħdu sehem fil-protesta huma mfakkra li: Min jieħu sehem fil-protesta irid ikun [...]
Hekk sewwa! Dendlulu midalja ma’ sidru.
Skont il-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-lum Ian Abdilla, l-uffiċjal għoli tal-Pulizija li qagħad jieħu belgħa kafè waqt li, fis-satra tal-lejl, Ali Sadr Hashemi Nejad inkiss inkiss ħareġ provi dokumentati mill-Pilatus Bank, ser jingħata midalja bħala rikonoxximent għas-servizz li ta lin-nazzjon. Daphne Caruana Galizia, li nqatlet waqt li kienet fuq dmirijietha, għadha sal-lum ma ġietx rikonoxxuta mill-Istat. [...]
Lestu ruħkom biex nerġgħu nipprotestaw
Repubblika, #occupyjustice u din il-website qed isejjħu lill-poplu biex nhar it-Tnejn 1 ta' Marzu fil-5pm jipprotesta quddiem il-bini tal-Parlament. Jeħtieġ li nġeddu l-insistenza tagħna li ssir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia, ma' niesha u mal-pajjiż kollu. Inħossu rabja kbira aħna u ninnotaw lill-Prim Ministru Robert Abela jgħaġġel b'kemm għandu saħħa biex jagħlaq każ li għadu [...]
Każ magħluq? Ċertament li m’huwiex.
Is-sofistrija li qed nisimgħu bħalissa fid-diskors m'għandhiex limitu. U din is-sofistrija qed tiġi mpinġija bħala kjarezza. Il-prim ministru stqarr li l-qattiel ta' Daphne, Ċensu "l-Koħħu" Muscat ma kienx semma' l-isem ta' politiku fil-kuntest tal-assassinju tagħha. Ma kienx dan li semgħu tan-Newsbook u għaldaqstant il-mistoqsija saret lil Anġlu Gafà u dan kien aktar kategoriku fit-tweġiba li ta: [...]
Repubblika għal darb’oħra tħeġġeġ lil Rosianne Cutajar biex twarrab
Dalgħodu attivisti ta' Repubblika marru quddiem l-uffiċċju ta' Rosianne Cutajar fil-Belt Valletta biex iħeġġuha twarrab. Segwu filmat tal-attività. Dan l-imbierek ta' Ġorġ Bnazzi kien qed isegwi. U Rosianne Cutajar kienet qed issegwi wkoll. Tajjeb. X'aktarx li l-messaġġ waslilha.
Fadlilna ħafna x’naqdfu
X'aktarx li l-konferenza stampa li ta l-bieraħ Robert Abela ssaħħaħ sew il-fehma ta' min jidhirlu li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż m'humiex jaħdmu kif suppost qed jaħdmu. Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kitba li ġejja ta' Alessandra Dee Crespo li tiġbor fiha s-sens ta' dak li diġà għaddejna minnu fl-imgħoddi. It-teatrin tal-bieraħ qabblitu mal-konferenza stampa li kien ta Joseph [...]
“Malta qed tistenniek”
Bħall-lum ħames snin ilu, Daphne Caruana Galizia kienet xandret artiklu dwar ħaruf tan-New Zealand li kien lest għall-qatla fil-festi tal-Għid. Din kienet l-istorja li tat bidu għall-iskandlu tal-Panama Papers. ? #OTD 2016, #DaphneCaruanaGalizia teased us with this cryptic post. We didn't know what it meant, but @KonradMizzi & @keithaschembri knew. 5 down the line, both [...]
Ma kienx ser joqgħod b’idejħ fuq żaqqu
Reno Bugeja għadu kemm inħatar bħala kap tal-komunikazzjonijiet u tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-korporazzjoni statali tal-enerġija. Dan huwa impjieg full-time fuq ħatriet l-oħra li ngħata kemm ilu li rtira mill-kariga ta' editur tal-aħbarijiet ta' TVM. Huwa kien ingħata promozzjoni bħala editur tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv tal-istat f'Mejju 2013, ftit anqas minn xahrejn wara li Joseph Muscat tela' fil-gvern. [...]
Il-Koħħu x’aktarx li qed jikkopera mal-awtoritajiet
Ċensu “il-Koħħu” Muscat, bniedem li jinsab mixli li kien wieħed minn tliet assassini li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, għadu kemm ċeda appell li kien sar minn digriet ta' mħallef li permezz tiegħu kienu ġew miċħuda l-eċċezzjonijiet tekniċi kollha li kienu għamlu l-avukati difensuri tat-tliet akkużati. X'aktarx li permezz ta' din ir-rinunzja tal-appell, tista' titwitta' [...]
Il-Ministru tal-Ġustizzja tiegħek qed jaħdem għalik b’ilsienu barra!
Kull darba li tisimgħu lil min jitkellem favur il-fatt li l-ministri għandhom ikunu wkoll membri tal-parlament li minn elezzjoni għal oħra jkunu f'tellieqa biex jistagħdu għall-voti, agħtu daqqa t'għajn lejn dawn ir-ritratti. Ħsibtu li l-Ministru tal-Ġustizzja kien qed jaħdem qatigħ b'ilsienu barra biex idaħħal ir-riformi dwar is-saltna tad-dritt li dan pajjiżna tant jeħtieġ biex iseħħ [...]
Aħna lkoll imġienen. Kollu tort tagħna.
Sa fejn tkun trid tasal biex iġġiegħel lil Robert Abela jirrabja? Il-bieraħ fil-Parlament deher jitħaddet fit-tul ras imb'ras ma' Rosianne Cutajar. Ara li ma tmorrux tiġru bl-idea l-prim ministru kien b'xi mod qed jipprova jqiegħdha f'postha pubblikament biex juri lil kulħadd x'id soda għandu mal-ministri tiegħu tafux! Il-bieraħ ix-xena li kien hemm jista' jkun li [...]
Il-Partit Nazzjonalista wkoll għandu għalxiex iwieġeb
Uħud minna qatt ma kellna l-iċken dubju, iżda l-istejjer li qed ixxandar il-Lovin Malta jikkonfermaw is-suspetti li ilhom jidwu li Pierre Portelli, li kien uffiċjal mill-aktar għoli fil-PN, kien ikkonfoffa ma' Yorgen Fenech biex jixxandru stejjer fil-mezzi tax-xandir li jappoġġjaw lill-Partit Laburista. Pierre Portelli jidher li kien talab lil Yorgen Fenech – li sa dak [...]
Il-bhejjem li hawn jiġru mas-saqajn
Dan li ser taqraw ser idardrilkom l-istonku. Iżda m'hu xejn ħlief riflessjoni tal-mera li s-soċjetà tagħna għandha ma' wiċċha kif ukoll prova tal-falliment tas-sistema edukattiva tagħna. Hi kitba li tfakkarna wkoll li, minkejja l-appelli kollha favur l-għaqda nazzjonali, l-ewwel priorità tagħna bħala bnedmin hi dik li nerfgħu r-responsabbiltajiet tagħna bħala individwi. Hawn għandna lil ċertu [...]
L-unika kwalifika? Li hu Laburist.
Finance Malta hi entità li tiġbor fi ħdanha l-interessi kummerċjali tal-industrija tas-servizzi finanzjarji kif ukoll lill-gvern sabiex dawn flimkien jirreklamaw lil Malta bħala ċentru finanzjarju. Din ikun jeħtieġ li tikkonvinċi lid-dinja li Malta m'hix il-Panama għalkemm, sforz ir-reputazzjoni fqira li għandna f'għajnejn id-dinja, hemm min jemmen bil-maqlub. Il-gvern għandu d-dritt li jaħtar nofs il-membri tal-bord [...]
Tgħid tas-servizzi tas-sigurtà kienu qalulu biex jagħmilha ta’ sensar ukoll?
L-istorja li xandret il-bieraħ is-Sunday Times of Malta fis-sens li f'Marzu 2019 Joseph Muscat kien qed jagħmilha ta' sensar fin-negozju internazzjonali ta' Yorgen Fenech uriet li dan il-fatt mhux biss huwa wieħed li jdardar l-istonku. Dan il-fatt huwa wkoll wieħed li għandu jxejjen kull dubju li għadu jidwi fl-imħuħ tal-partitarji tiegħu li jippreferu jibqgħu jemmnu [...]
Taret mar-riħ il-wiegħda ta’ Adrian Delia ta’ 500,000 ewro għall-karità
Ftit kienu dawk li skantaw. U jekk irid ikun onest miegħu nnifsu, lanqas Adrian Delia m'għandu jiskanta li ċ-ċekk oħxon tiegħu ta' 500,000 ewro għad-Dar tal-Provvidenza ma setax jissarraf. Il-kelma teknika hi "ċekk mhux onorat" u dan l-aġġettiv huwa wieħed li jixraq tassew. Nażżarda ngħid li l-mexxejja, l-voluntiera u dawk li qed jibbenefikaw mix-xogħol tad-Dar [...]
Pierre
Pierre Portelli u jien konna kollegi fl-Università. Huwa xi ftit akbar minni fl-età. Kien issieħeb fil-programm dwar il-komunikazzjoni meta kien diġà student matur. It-tnejn li aħna konna niddilettaw bil-films tal-biża' u konna wkoll insegwu l-politika. Dan kien fl-1994, perijodu li uliedi jimmaġinaw li kien żmien li ilu li għadda ġmielu. Kien hu li ntroduċieni fil-Partit [...]
X’inhi r-raġuni wara d-deċiżjoni ta’ żewġ maġistrati li jirrikużaw ruħħom milli jisimgħu l-kawża li saret kontra l-avukatini qaddejja ta’ Yorgen Fenech?
Tan-Newsbook xandru storja li tgħid li l-Prim Imħallef għandu jagħżel maġistrat hu biex jisma' l-kawża li bdiet il-Pulizija kontra l-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca talli dawn allegatament ippruvaw ixaħħmu lil Ivan Martin tat-Times of Malta. Dan ma jistax ħlief ifisser li żewġ maġistrati diġà rrikużaw ruħħom mid-dmir li jisimgħu il-kawża. Nikkonċedi li maġistrat [...]
Nittama li jibqa’ b’xiber imnieħer
Il-bieraħ Robert Abela sfida lill-oppożizzjoni biex tappoġġjah dwar diversi kwistjonijiet importanti ta' politika. Ta' qablu kellu oppożizzjoni mansa u għaldaqstant qed jistenna' li l-oppożizzjoni, issa b'mexxej differenti, tgħaddi mill-istess triq. Nittama li l-oppożizzjoni m'hix ser tiżfen għad-daqqa tiegħu. Il-PN għamel sew meta ddeċieda li ma jappoġġjax in-nomina mill-ġdid ta' John Mamo bħala chairman tal-MFSA. M'għandniex [...]