Roberta Metsola: il-personifikazzjoni tal-interess nazzjonali Malti

By
2022-01-18T16:21:36+01:00Tue, 18th Jan '22, 11:05|

Meta tara lil Robert Abela jirsisti kemm jiflaħ biex jidher ħelu fid-dawl tal-elezzjoni ta' Roberta Metsola, kważi jaqbdek id-daħk li kieku din ma kinitx manuvra tipika ta' min jaf li jista' jġibha żewġ lokalment bi strateġija bħal din. Tiskanta kemm hawn boloh f'dan pajjiżna li mingħalihom li Metsola ġiet eletta għaliex hekk ried Robert Abela. [...]

Il-liġijiet mhux biss jiksruhom kif u meta jridu. Ibulu fuqhom ukoll.

By
2022-01-14T17:01:03+01:00Fri, 14th Jan '22, 13:47|

Din qed insibha diffiċli biex nifhimha. Illum Robert Abela wieġeb mistoqsijiet dwar l-arranġament legali li sar ma' Darren Debono magħruf bħala t-Topo. Xi ġranet ilu, lill-Avukat Ġenerali - u mhux lill-Prim Ministru - l-Oppożizzjoni talbitha biex tispjega d-deċiżjoni li ħadet hi dwar dan l-arranġament legali. Agħtu daqqa t'għajn hawnhekk lejn ir-raġunijiet 'l għala qed tiġi [...]

L-għaqdiet dwar il-libertà tal-istampa lil Robert Abela jgħidulu li jinsabu b’seba’ għajnejn fuqu

By
2022-01-14T20:29:09+01:00Fri, 14th Jan '22, 11:46|

Din li ġejja hi stqarrija maqluba għall-Malti li xandru llum l-għaqdiet non-governattivi favur il-libertà tal-istampa wara li l-gvern ħabbar il-ħolqien ta' "kumitat ta' esperti" li għandu jirrakkomanda miżuri biex tissaħħaħ il-libertà tal-istampa f'Malta. L-għaqdiet tagħna jirreferu għall-aħbar li l-Prim Ministru Robert Abela ħatar Kumitat ta' Esperti bil-għan li jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil [...]

Ara ma tażżardax issemmi l-korruzzjoni!

By
2022-01-16T13:47:49+01:00Thu, 13th Jan '22, 11:46|

Illum irħejtilha lejn il-bini tal-qorti fil-Belt Valletta biex insegwi l-ewwel seduta f'kawża li Repubblika għamlet is-sena li għaddiet sabiex jiġi emfasizzat il-fatt li l-Electrogas qed tixtri l-gass mingħand is-Socar bi prezzijiet li huma ogħla mir-rati kummerċjali eżistenti u li għaldaqstant l-Enemalta qed tixtri l-elettriku mingħand l-Electrogas bi prezzijiet ogħla minn dawk li kieku kellha tixtrih [...]

Il-“Kumitat” (4): dawk li ser “isalvaw” lill-gvern mill-marda mxajtna tal-libertà tal-kelma

By
2022-01-14T16:51:50+01:00Wed, 12th Jan '22, 13:39|

Żewġ letturi universitarji huma membri tal-kumitat maħtur mill-gvern sitt xhur wara li xxandru l-konklużjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia biex jipproponi "żviluppi" għall-qasam tal-ġurnaliżmu f'Malta. Il-fehmiet ta' dawn it-tnejn huma magħrufin sewwa l-opinjonijiet, u għaldaqstant wieħed jista' jikkonkludi li ntagħżlu għal fuq il-kumitat li suppost għandu jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta appuntu għaliex [...]

Il-“Kumitat” (3): Kemm hawn persuni li jidhrilhom li tkun idea tajba jekk jinħatar Ċensur tal-Istat?

By
2022-01-12T18:56:47+01:00Wed, 12th Jan '22, 12:02|

Matthew Xuereb, Kurt Sansone u Neil Camilleri huma t-tliet ġurnalisti li nħatru biex iservu fil-"Kumitat tal-Esperti" li llum ħabbar il-gvern “bl-iskop li jiġi mgħarbel il-ġurnaliżmu u l-qasam tax-xandir f'Malta, biex jiġu indentifikati l-oqsma li jeħtieġu żvilupp u biex isiru rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru”. Xuereb, Sansone u Camilleri ilkoll huma validi. Dawn ħadmu fil-qasam tal-ġurnaliżmu għal snin [...]

Wara li stenbħu, issa qabbdu lil Saviour biex ‘jagħmel xi ħaġa’ dwar l-inkjesta Daphne (2)

By
2022-01-12T10:31:24+01:00Tue, 11th Jan '22, 16:15|

KONFERMA: 16:20 Il-gvern ħabbar li Saviour Balzan inħatar tabilħaqq bħala membru ta' kumitat ta' esperti li ser jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar it-twettiq tal-konklużjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ikompli hawn. Ix-xniegħa li hawn bħalissa dwar il-ħatra ta' Saviour Balzan fuq kumitat ta' esperti li għandu jissorvelja t-twettiq tal-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' [...]

Wara 6 xhur stenbħu: jridu juru li qed jagħmlu xi ħaġa dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Daphne (1)

By
2022-01-11T21:03:36+01:00Tue, 11th Jan '22, 16:05|

Il-gvern jidher li ser iħabbar it-twaqqif ta' bord bil-għan li jiġu mwettqa r-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Deċiżjoni bħal din għandha tidher bħala waħda tajba. U jidher li hekk jixtiquna nqisuha. Iżda jidher li l-gvern jinsab moħħu biex itellef il-kuntest. Ir-rapport tal-Imħallfin tal-inkjesta xxandar f'Lulju li għadda, jiġifieri, sitt xhur ilu. [...]

Victoria jeħtieġ li tispjega

By
2022-01-09T16:37:50+01:00Fri, 7th Jan '22, 09:35|

S'issa, l-Avukat Ġenerali baqgħet tinjora s-sejħiet pubbliċi li sarulha, anki mill-Oppożizzjoni Parlamentari, sabiex tispjega d-deċiżjoni li ħadet biex tiftiehem ma' bniedem li eventwalment ammetta li fl-2010 kien ħa sehem f'serqa awdaċi u vjolenti. Darren Debono mhux biss għamel attentat biex jisraq. Hu u jipprova jaħrab, spara diversi drabi b'armi lejn uffiċjali tal-pulizija li ppruvaw iwaqqfuh. [...]

Oliver Scicluna: inġenwinità politika aktar minn żelu rivoluzzjonarju

By
2022-01-07T18:04:38+01:00Wed, 5th Jan '22, 16:16|

Oliver Scicluna jinsab imħasseb dwar dawk il-votanti li qed iwiegħduh li "jaħsbu fih" kemm-il darba jaqdihom jew jagħmlilhom xi pjaċir. Għalkemm diġà huwa membru parlamentari, għax hekk xtaq Robert Abela, Oliver Scicluna issa qed ikollu jgħaddi mill-proċess biex jerġa' jiġi elett u, mid-dehra, xejn mhi togħġbu s-sistema ta' "ħokkli dahri biex inħokklok dahrek". Sewwa għamel [...]

Għadu fiż-żmien li jiġbor ġieħu

By
2022-01-05T20:22:41+01:00Wed, 5th Jan '22, 11:54|

Ritratt: Chris Sant Fournier / Times of Malta Għamilt sewwa, Sur Prim Ministru, meta attendejt għall-velja tal-bieraħ filgħaxija b'tifkira ta' Paulina Dembska. Għamilt sewwa li twaħħadt mar-rabja u max-xokk li qed iħossu n-nies għad-delitt li seħħ fil-konfront tagħha u fil-konfront ta' familtha. Kif diġà ngħad għal diversi drabi f'dawn l-aħħar sigħat, kull mara [...]

Ninsabu f’salib it-toroq

By
2022-01-06T12:45:55+01:00Tue, 4th Jan '22, 15:31|

Se nazzarda nifhem min inti mill-fatt li qed taqra din il-kitba. Int tinsab irrabjat għall-Partit Laburista. X'aktarx, iżda mhux bilfors, li minn dejjem hekk kont. Iżda anki jekk int kont bqajt tagħti l-appoġġ lill-Partit Laburista sal-2017, issa qed tintebaħ x'sarrfet l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat u kif l-amministrazzjoni ta' Robert Abela la għandha l-ħila u lanqas [...]

Go to Top