About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Il-Kummissarju Muttley

By
2021-11-10T19:00:59+01:00Wed, 10th Nov '21, 16:24|

i Ma' sider Anġlu Gafà għadhom kemm dendlu midalja b'rikonoxximent għal "servizz twil u effiċjenti". Teknikament il-midalja jdendilhielu l-Ministru tal-Intern. Fil-prattika, jdendilha ma' sidru hu stess. Din hi midalja tabiħaqq prestiġġjuża. Midalja li dan l-aħħar iddendlet ukoll ma' sider Ian Abdilla, bniedem li mingħalih li l-kriminalità tiġġildilha billi tiġbdilha ritratt. Għandu żmien biżżejjed fuqu biex [...]

Ksur ta’ etika? Ħafna agħar minn hekk

By
2021-11-10T19:17:45+01:00Wed, 10th Nov '21, 11:01|

Dawk il-politiċi li, wara li jkunu warrbu mis-setgħa, jitqabbdu biex jaħdmu jew jingħataw xogħol minn persuni li kienu, fiż-żmien li fih servew ta' ministri, tqabbdu minnhom permezz ta' kuntratti huma ħatja ta' imġiba li tmur kontra l-etika. U jekk dawn il-politiċi m'għandhomx il-ħila jikkontrollaw lilhom infushom, għandu jkun hemm liġijiet li jwaqqfuhom u li jimmultawhom. [...]

SEGWI: Repubblika titlob lill-Pulizija biex tinvestiga l-ħlasijiet li saru lil Joseph Muscat minn tal-VGH

By
2021-11-10T19:46:53+01:00Tue, 9th Nov '21, 10:35|

Dalgħodu l-President ta' Repubblika Robert Aquilina għamel żjara lill-uffiċini dwar l-investigazzjonijiet fuq kriminalità finanzjaraja tal-Pulizija  u ġibed l-attenzjoni għal dak li xxandar fis-Sunday Times of Malta dwar ħlasijiet li saru lil Joseph Muscat mingħand tal-VGH ftit wara li warrab minn prim ministru. Din l-ġejja hi l-istqarrija li għamel Robert Aquilina:

Liġi ġdida li ser tippremja lill-iżviluppaturi li għandhom l-arretrati ta’ taxxa x’iħallsu

By
2021-11-09T09:58:58+01:00Tue, 9th Nov '21, 09:08|

Il-gvern għadu kemm ħareġ liġi li ser tippermetti lill-bejjiegħa ta' proprjetà li jużaw id-dħul ta' flus li jagħmlu minn dan il-bejgħ biex iħallsu taxxi li jkunu għadhom dovuti. U bi premju ser jiġu eżentati milli jħallsu l-bolol fuq il-bejgħ tal-proprjetà. Din il-liġi ġdida, li xxandret erbat ijiem ilu b'ordni tal-ministru tal-finanzi bżala avviż legali, tippermetti [...]

Ħadma nobis

By
2021-11-08T19:56:32+01:00Sun, 7th Nov '21, 08:29|

Ftit sigħat wara li ħa l-ġurament dak li leħaq warajh, Joseph Muscat mar jiġri lura lejn Kastilja biex, flimkien ma' rappreżentanti ta' dawk li kienu  s-sidien tat-tliet sptarijiet li darba kienu tagħna, jagħmel pressjoni fuq il-gvern Malti biex joħroġ aktar flus. Għalkemm ma tantx għandna dettalji, jidher li se tgħaddi ta' Joseph Muscat. L-istorja ewlenija [...]

L-Interpol tħassar notifika biex jiġi arrestat ir-raġel ta’ Efimova minħabba “kuntest politiku ċar”

By
2021-11-05T20:51:43+01:00Fri, 5th Nov '21, 17:30|

Interpol għadha kif ħassret in-notifiki kollha li jitolbu għall-arrest ta' Pantelis Varnava, ir-raġel ta' Maria Efimova, li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Ċiprijotti dwar l-allegat twettiq ta' reati kriminali. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Interpol wara li tnieda rapport intern mill-awtorità indipendenti tal-aġenzija, mil-liema rapport jirriżulta li l-każ kontra Varnava kien wieħed “prinċipalment politiku” u konsegwenza tal-fatt li [...]

Nuqqas ta’ għaqal fil-ġudizzju

By
2021-11-07T20:02:33+01:00Fri, 5th Nov '21, 14:04|

Qed nissoponi li kien hemm xi ħsieb tattiku wara n-nomina ta' Franco Debono mill-Kap tal-Oppożizzjoni għat-tmexxija tal-Awtorità tax-Xandir. X'nistgħu nsejħulu? Rikonċiljazzjoni? Persważjoni? Dilka bix-xemgħa? Jafu jkunu dawn kollha. X'aktarx hemm ċerti votanti li jixtiequ jaraw lill-PN jidher li rranġa r-relazzjoni tiegħu ma' Franco Debono. Naħseb li l-uniku mod korrett li wieħed jista' jiġġudika dan il-ġest [...]

Owen qed jitħajjar li jġorr?

By
2021-11-05T10:15:53+01:00Thu, 4th Nov '21, 20:54|

Jekk Owen jitħajjar iġorr lejn Filfla, lil din il-biċċa blata jmissna nagħtuha l-indipendenza u nerħulu jiddkjara lilu nnifsu Imperatur. Ibqgħu ċerti li għandu jibbrilla aktar minn uħud mill-gremxul. X'aktarx. Jinqala' ħafna biex iħammrilna wiċċna.

Tgħid għaliex jinħaraq daqshekk meta jixluh li hu korrott?

By
2021-11-04T17:21:12+01:00Wed, 3rd Nov '21, 16:05|

Kif tista' ma tlumx lil dawk iż-żgħażagħ li qatgħu qalbhom minn dan il-pajjiż? Li kieku llum xi wħud minnhom segwew il-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, kien ikollhom stampa ċara dwar kif taħdem id-demokrazija tagħna. Tal-mistħija. M'hemmx mod aħjar kif tista' ssejħilha. Konrad Mizzi lissen l-istess paniġierku bl-użu ta' kliem differenti għal xi 50 darba. U kull [...]

Kif m’għandekx tgħallem lit-tfal dwar l-indafa tal-ħalq

By
2021-11-03T14:51:38+01:00Wed, 3rd Nov '21, 09:58|

Distributur f'Malta ta' toothpaste speċjali għat-tfal kellu jiskuża ruħu mad-dentisti Maltin wara li Rosianne Cutajar użat il-prodott tagħhom fil-kampanja tagħha tal-Halloween. F'ritratti li Rosianne Cutajar tellgħet fil-Facebook fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet jidhru boroż li hi qassmet lit-tfal li kienu mimlijin bil-ħelu u b'tubi tat-toothpaste tad-ditta Vitis Junior. Fil-Facebook Cutajar kitbet li “ma kull borża [...]

Sur Prim Ministru, fittex xandar l-abbozz tal-liġi kontra l-iSLAPP

By
2021-11-03T06:49:38+01:00Tue, 2nd Nov '21, 09:40|

Hu u jwieġeb mistoqsija tad-deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg, il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li għal bosta xhur ilu jaħdem biex jitfassal abbozz tal-liġi kontra l-iSLAPP u dan "biex isaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti". Id-deputat għamlet din il-mistoqsija għaliex sa ftit ilu, l-PM stqarr li l-liġi kienet se tiġi ppreżentata għall-konsiderazzjoni tal-Parlament fi ftit ġranet. Allura fejn hi [...]

Qorti tiċħad kawża ta’ libell ta’ Raphael Vassallo: artiklu tiegħi dwar l-omertà mhuwiex libelluż

By
2021-11-02T13:40:48+01:00Mon, 1st Nov '21, 17:32|

Il-qorti llum ċaħdet talba li Raphael Vassallo kien għamel kontra tiegħi dwar artiklu li jien kont xandart f'Ottubru tal-2019 li fih semmejt l-introduzzjoni ta' liġijiet speċifiċi fl-Italja fis-snin 80 bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-mafja. Fl-artiklu kont irriferejt għall-kunċett ta' omertà, li kont ktibt li jinkludi sitwazzjonijiet li fihom ġurnalisti jqarrqu bil-qarrejja tagħhom billi jippruvaw [...]

Iċ-ċejċa ta’ Rosianne u ta’ Silvio

By
2021-11-01T17:52:21+01:00Mon, 1st Nov '21, 09:12|

L-ewwel lezzjoni li kienet għallmitni ommi kienet dik ta' meta bagħtitni nixtilha l-butir u l-perżut mingħand il-ħanut tal-merċa ta' faċċata. Kienet tgħidli biex, qabel naqsam it-triq, nittawwal sewwa lejn ix-xellug u lejn il-lemin tiegħi. U biex li min joffrili l-ħelu, ngħidlu "le grazzi". Il-ħelu ma jsolvix il-problemi. Rajna lil Rosianne Cutajar u lil Silvio Schembri, [...]

Apoloġiji strateġiċi

By
2021-10-31T22:00:29+01:00Fri, 29th Oct '21, 09:39|

Jumejn ilu, it-TV tal-Labour stqarr li fuq l-għatba tal-bieb tal-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija qed tinħema konġura "mill-establishment" biex tinsteraq is-setgħa minn idejn il-Partit Laburista. Il-"provi" ta' din il-konġura kienu ritratt fejn jidhru saċerdot, ġurnalist, deputat tal-Oppożizzjoni u attivisti ta' Repubblika, li lkoll kienu qrib xulxin. Minn hemm 'il quddiem, il-portavuċi tal-Labour Karl Stagno Navarra stqarr li [...]

Tixwix u mibgħeda

By
2021-10-28T16:47:29+02:00Thu, 28th Oct '21, 08:55|

It-tixwix qed iseħħ kuljum. Jien kien imissni li ktibt dwaru kull darba li jseħħ. Jeħtieġ nifhmu l-importanza dwar kif tal-One TV ixandru rapporti u kummenti dwar protesta tas-soċjetà ċivili għaliex il-One TV huwa stazzjon kontrollat mill-partit fil-gvern u li jitkellem f'ismu. Din mhi xejn ħlief ir-reazzjoni tal-istat Malti għall-protesta paċifika ta' grupp żgħir ta' persuni [...]

L-attivisti ma jistħoqqilhomx li jkunu mifdija

By
2021-10-28T16:37:21+02:00Thu, 28th Oct '21, 06:54|

Konna nafu li jekk niddeċiedu li mmorru quddiem il-kanċell tal-kwartier ġenerali ta' Pulizija biex neżiġu li dawn jieħdu passi kontra eks ministru tal-gvern li huma msejsin fuq provi ta' tixħim li ilhom 5 snin li nkixfu, kien ser ikun hemm min jitmeżmeż. U konna nafu li wħud minn dawn kienu ser jerħulha għal fuq il-Facebook [...]

Lil Laura Kovesi m’aħniex ser ngħadduha biż-żmien

By
2021-10-27T21:25:53+02:00Wed, 27th Oct '21, 14:33|

Tgħid ma jsirux rapporti dwar qerq u frodi marbutin mal-infiq ta' fondi Ewropej f'Malta għaliex qed ngħixu f'pajjiż uniku fid-dinja li huwa nieqes mill-kriminalità? Jew għaliex ninsabu mgħaddsin sa geddumna fil-ħara u mnifsejna tant draw ir-riħa tinten li m'għadniex inxommuha? Il-prosekutur tal-Unjoni Ewropea Laura Kovesi llum laqtet il-musmar fuq rasu. L-aġenziji Maltin tal-infurzar ma jinvestigawx [...]

Go to Top