About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7955 blog entries.

Is-sigrieti tal-Istat

By
2018-09-27T09:55:05+02:00Tue, 25th Sep '18, 18:03|

Ir-rapport ta' dak li xehed Peter Grech fil-kawża li għamel kontrih Adrian Delia talli dan ċaħħdu minn kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant huwa wieħed kontroversjali u jaħraq. Ilni li tlift il-paċenzja bid-djufija u l-ġjufija ta' Peter Grech. Iżda tal-lum kienet waħda speċjali. Fuq il-pedana tax-xhieda kien qiesu bużullieqa hu u  jipprova jiġġustifika l-ġudizzji tiegħu. Il-kwistjoni fundamentali [...]

Is-skiet jistieden l-inkwiet

By
2018-09-27T09:53:55+02:00Tue, 25th Sep '18, 10:09|

X'aktarx li min ma jkollux argumenti u raġunijiet x'joffri jispiċċa biex jirrikorri għall-banalitajiet. It-trolls tas-soltu ħarġu bi ħġarhom biex jikkummentaw dwar ir-rikors kostituzzjonali li ppreżentajt fil-qorti 'l bieraħ li fih sostnejt li t-tneħħija ta' protesta minn misraħ l-Assedju l-Kbir minn aġenzija tal-gvern tammonta għal ċaħda tal-libertà tal-kelma. L-iskuża li ilha tinġieb li "dan huwa monument [...]

Tal-waħx

By
2018-09-25T09:15:27+02:00Mon, 24th Sep '18, 09:45|

Qed ninkwadra ritratt li ttieħed il-bieraħ bil-lejl ta' protesta tnemnem quddiem il-bini tal-Qorti. U din il-protesta perikoluża, mniġġsa u offensiva "tnaddfet" matul il-lejl. Aqraw x'kitbet Therese Comodini Cachia dalgħodu dwar is-suġġett fit-Times of Malta: "Min xiex ikun qed jibża' l-gvern tagħnakull darba li numru ta' ċittadini Maltin jesprimu fehmithom billi jagħmlu mafkar biswit il-monument tal-Assedju l-Kbir? [...]

It-tagħlima minn Malta

By
2018-09-25T09:12:18+02:00Sat, 22nd Sep '18, 07:42|

The Economist magazine 1843 xandar artiklu twil intitolat 'Qtil f'Malta' miktub minn Alexander Clapp, ġurnalist li jgħix f'Ateni. Nistedinkom biex l-ewwel taqraw il-paragrafu li ġej: "It-tagħlima minn Malta m'hix li l-ġurnalisti jistgħu jiġu assassinati f'postijiet relattivament trankwilli. Dan minn dejjem kien il-każ. Iżda, kif qalli Nicholas Shaxson, awtur ta' 'Treasure Islands', ktieb dwar dawk li [...]

Peress li int ħsibt li llum huwa Jum l-Indipendenza

By
2018-09-22T09:41:09+02:00Fri, 21st Sep '18, 11:59|

Din mhix xi mistoqsija retorika. X'inhi ‘l-indipendenza’ għalik? Hija ċ-ċittadinanza? Ħares lejn din il-kumpanija Ingliża tbiegħ iċ-ċittadinanza Maltija lil nies li qatt ma rifsu hawn u qatt ma jridu jkunu hawn. Li qatt ma taw kontribut għall-benessere ta' din il-komunita' u qatt ma huma beħsiebhom jagħmlu dan. Li jridu jfittxu isem Malta fuq il-mappa l-ewwel [...]

Brian Tonna u Karl Cini ma jridux il-passapport tagħhom onlajn. Mela jaqbel ma jżurux dan is-sit.

By
2018-09-25T09:14:08+02:00Thu, 20th Sep '18, 12:08|

Brian Tonna u Karl Cini jeżiġu l-privatezza. Din hija ħaġa li jippretenduha l-ħallelin. Jittantaw li jużaw il-liġijiet biex jħarsu lilhom infushom mill-iskrutinju pubbliku. Lill-awtoritajiet talbuhom iġiegħlu lil Peter Caruana Galizia jħassar ritratti tal-passporti tagħhom mill-blog ta' martu. Huwa rrifjuta li jagħmel dan u tahom raġunijiet legali, fosthom dik li hu m'huwiex sid il-blog ta' Daphne [...]

Tobsru għaliex ninsistu li ssir il-ġustizzja?

By
2018-09-22T09:40:16+02:00Thu, 20th Sep '18, 11:23|

Il-Qorti tal-Appell, magħmula minn tilet imħallfin, iddifferiet għad-29 ta' Ottubru għas-sentenza l-kawża dwar jekk l-Imħallef Antonio Mizzi għandux jirrikuża ruħħu milli jisma' appell li għamlu Joseph Muscat u l-klikka tal-Panama minn ordni li kienet saret biex huma jiġu investigati.  Meta l-bieraħ l-imħallfin ddifferew il-kawża, kienu jafu li se jkunu qed igħażqu fl-ilma meta jiġu biex [...]

Il-gideb ta’ Owen

By
2018-09-22T09:39:22+02:00Thu, 20th Sep '18, 10:05|

Aqraw hawn dak li stqarr Owen Bonnici hu u jfittex l-iskużi biex jieħu passi kontra r-reat kriminali li jikkommetti min jipprotesta pubblikament. Ħadd m'għandu xi intenzjoni li l-mafkar tal-Assedju l-Kbir "jagħmlu tiegħu". L-użu ta' kliem tqil ma jimpressjona lil ħadd. Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir f'postu baqa' - ħadd ma ħadu d-dar miegħu. Wara l-massakru tal-Bataclan li [...]

Ġifa jgħatti xtur il-ġwejjef

By
2018-09-20T11:46:08+02:00Tue, 18th Sep '18, 15:26|

Id-dokument iffirmat mill-pulizija li jinsab inkwadrat hawn jiċċertifika li l-gvern, permezz tal-impjegati tiegħu, neħħa strixxun bil-bandiera ta' Malta, b'wiċċ il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia u bil-kelma ‘Ġustizzja’ stampata fuqu b'tipi grassi. Kaxkru magħhom ukoll il-fjuri u x-xemgħat u ħallew warajhom mandra sħiħa. Huma u jneħħu l-istrixxun, dawn il-ħaddiema għamlulu l-ħsara. Ninsab bla kliem. Din m'hi [...]

Tlabt lill-Qorti tħarisna mit-theddid tal-gvern kontra l-libertà tal-kelma

By
2018-09-17T14:08:20+02:00Sat, 15th Sep '18, 22:18|

Il-lejla, bil-għajnuna tal-avukati Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Eve Borg Costanzi u Therese Comodini Cachia kif ukoll ta' 61 avukat ieħor, għamilt talba lill-Qorti biex tiftaħ barra l-ħin legali u sabiex tikkunsidra t-talba tiegħi biex il-gvern jiġi ordnat ma jneħħix il-mafkar ta' protesta li hemm f'Misraħ l-Assedju l-Kbir. L-Imħallef Noel Cuschieri rċieva t-talba tiegħi u ħareġ [...]

Rapport lill-Pulizija

By
2018-09-17T14:05:14+02:00Sat, 15th Sep '18, 15:02|

Għadni kemm issottomettejt dan ir-rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar it-tneħħija ta' kartellun li waħħalna dalgħodu quddiem ilbini tal-Qorti: Sur Kummissarju, Kif forsi diġà taf, dalgħodu jiena personalment flimkien ma’ numru ta’ attivisti oħra poġġejna banner li kien juri l-bandiera ta’ Malta, il-kelma “ĠUSTIZZJA” u wiċċ il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir li jinsab [...]

De Volkskrant: il-gvern Malti “xxukkjat” bil-ħrara ta’ investigatur tal-Kunsill tal-Ewropa

By
2018-09-17T14:03:46+02:00Sat, 15th Sep '18, 14:50|

Il-ġurnal de Volkskrant xandar rapport li fih inkiteb li l-awtoritajiet Maltin huma xxukkjati minħabba l-ħrara u d-determinazzjoni tal-MP Pieter Omtzigt li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex iniedi rapport dwar jekk l-investizgazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia humiex verament indipendenti. Skond ir-rapport, Pieter Omtzigt għandu fama fl-Olanda ta' "kelb tal-għassa" li, biex isib tarf [...]

Fil-Bidnija

By
2018-09-17T14:00:46+02:00Sat, 15th Sep '18, 14:17|

Dawn ir-ritratti nġibdu llum wara nofsinhar. Is-sejħa biex issir ġustizzja għalqet 11 il-xahar. U għadha tidwi. 

Kunsilliera Laburisti jivvutaw kontra l-għoti ta’ rikonoxximent lil Daphne Caruana Galizia mill-kunsill tal-lokalità tagħha

By
2018-09-17T14:07:02+02:00Sat, 15th Sep '18, 13:49|

Kunsilliera Laburisti Mostin ivvutaw kontra mozzjoni li saret sabiex Daphne Caruana Galizia tingħata rikonoxximent fiċ-ċerimonja li ssir kull sena fil-lokalità. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li huwa wkoll ir-rappreżentant ta' Malta dwar l-awtonomija lokali u d-demokratizzazzjoni, Mario Fava, xandar dan il-post li permezz tiegħu kkritika dawk il-Kunsilliera tal-Mosta li appoġġjaw l-għoti tar-rikonoxximent lil Daphne Caruana Galizia. [...]

Kunu afu x’inhuma drittijietkom

By
2018-09-17T13:55:29+02:00Sat, 15th Sep '18, 13:33|

Illum waqt li kient qed tittieħed azzjoni mill-attivisti tas-soċjetà ċivili biswit il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, kien hemm uħud li lill-attivisti qalulhom li "issa żżejjed". L-azzjoni ttieħdet waqt protesta fis-skiet li fiha ddendel kartellun kbir u tqiegħdu l-fjuri u  x-xemgħat. Ċertament ħadd ma tefaż xi bomba. U minkejja dan qed igħidulna li "issa żżejjed" għaliex hemm [...]

Difiża tat-tarka tad-demokrazija

By
2018-09-15T14:56:08+02:00Wed, 12th Sep '18, 22:31|

Ma nafx jekk Jean Claude Juncker, qabel tkellem illum, kienx ġie muri ritratt tal-mod kif il-makfar tal-Assedju l-Kbir ġie mdawwar bil-barrikati minn nhar il-Ħadd l'hawn. Li ċertament huwa żgur hu li kellu f'moħħu lil Malta u lil Daphne Caruana Galizia meta stqarr li numru kbir ta' ġurnalisti fl-Unjoni Ewropea kienu qed jiġu "intimidati, attakkati u [...]

Malta 2018

By
2018-09-11T23:33:17+02:00Tue, 11th Sep '18, 17:07|

Mara xtrat tliet xemgħat u daħħlet id-driegħha bejn il-barrieri tal-pulizija biex tqiegħedhom fuq it-taraġ ta' pjazza pubblika. Mara oħra li kienet fit-triq avviċinatha, ġibdet erba' ritratti ta' din il-mara permezz tal-mobile hi u tqiegħed ix-xemgħat. Ċertament ma ġibditx ir-ritratti minħabba xi sens ta' ammirazzjoni li ħasset għall-mara l-oħra. Il-bieraħ l-ewwel mara qiegħdet ix-xemgħat fl-istess post. [...]

Go to Top