About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7977 blog entries.

16 ta’ Awwissu: Velja għas-sewwa u għall-ġustizzja

By
2018-08-12T11:20:08+02:00Sat, 11th Aug '18, 18:18|

Qed tagħmel is-sħana. U mhux sforz it-temp biss. In-nirien ta' sħana li qed naraw u nħossu ma' wiċċna m'huma xejn ħdejn in-nirien li spiċċaw qerdu lil Daphne Caruana Galizia. Kienet fuq quddiem nett fit-taqtiegħa għall-ġustizzja u qerduha. Ħadd m'għandu jiskanta li nkunu aħna li issa se jmissna nkunu fil-mira tagħhom. Iriduna nieqfu u se jagħmlu [...]

Ali Sadr dan li ġej qed jaqraħ

By
2018-08-12T11:18:16+02:00Fri, 10th Aug '18, 14:59|

Entità bl-isem Pilatus Holdings ħarġet stqarrija li permezz tagħha qalet li għandha titneħħa l-immunità ewroparlamentari ta' David Casa sabiex ikunu jistgħu jwerwruh b'xi kawża. Kuntrarjament għal dak li ġie rappurtat illum fl-istampa, Pilatus Holdings m'huwiex bank. Allura mhux minnu li llum kien hemm xi kunflitt bejn ewroparlamentari u bank. Pilatus Holdings hi entità li kienet [...]

Il-Maġistrat Aaron Bugeja: “mhux xogħli li nsir naf min hu sid l-Egrant”

By
2018-08-10T11:50:08+02:00Fri, 10th Aug '18, 09:08|

Minn traskrizzjoni ta' sensiela ta' mistoqsijiet li saru mill-Maġistrat Aaron Bugeja fl-inkjesta Egrant, li jinsabu f'parti mir-rapport li ma ġiex imxandar u li jien rajt b'għajnejja, juru li l-Maġistrat interpreta t-termini ta' riferenza li kien ingħata fis-sens li kull indaġni dwar l-identità ta' sid l-Egrant kellha tiġi eskluża. “Se nagħmilielek ċara. It-terms of reference tiegħi [...]

‘Issa int imiss’

By
2018-08-10T11:51:29+02:00Fri, 10th Aug '18, 08:46|

Jekk int, waqt li tkun miexi fit-triq, tkun dejjem beżgħan li jista' hemm xi ħadd lest għalik biex joqtlok, taħsibha darbtejn għandekx toħroġ timxi fit-triq. Il-biża' li joqtluk taħdem bħall-forka. Hi għodda klassika wżata mill-Mafja. Kull ġurnalist li ħadem fl-Italja jista' jikkonferma li l-mod kif ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia jixbaħ bil-wisa' l-mod kif kienu [...]

Edward Scicluna jiswa’ għal xi ħaġa?

By
2018-08-10T09:19:33+02:00Thu, 9th Aug '18, 10:43|

Ftit ħafna huma dawk li kwart ta' biljun ewro ixommuhom, aħseb u ara jarawhom b'għajnejhom. Ċifri bħal dawn qajla jagħmlu sens mal-biċċa l-kbira tal-poplu. Mhux għax il-poplu ma jafx igħodd sal-għaxra. Iżda għaliex ċifri bħal dawn huma ta' barra minn hawn u lil hinn mir-realtà li fiha jgħixu n-nies. Il-gvern qed iserraħ fuq din ir-realtà [...]

Meta l-ġustizzja tħares lejn l-uċuħ

By
2018-08-10T09:21:56+02:00Wed, 8th Aug '18, 09:30|

Jekk il-miżien jitbagħbas biex ixaqleb lejn naħa waħda; jekk il-ġustizzja titneħħielha l-għamad u x-xabla tintuża fl-interess ta' naħa kontra l-interess ta' oħra, il-ġustizzja ssir inġustizzja u l-liġi ssir delinkwenza. Oġġettivament m'hemm ebda ksur tal-liġi meta l-pulizija tibgħat għal xi ħadd biex tinterrogaħ. Ikollu kemm ikollu appoġġ u jkun min ikun, ebda bniedem m'hu eżentat mill-iskrutinju [...]

Żewġ deputati parlamentari jitolbu l-ftuħ mill-ġdid tal-inkjesta Egrant

By
2018-08-08T08:57:37+02:00Tue, 7th Aug '18, 14:41|

Meta storja jkun hemm min iqisha bħallikieku kienet Vanġelu u dawk li għandhom is-setgħa f'idejhom ma jitilfux mument wieħed biex jippruvaw ibellgħuha sal-gerżuma tan-nies li tabilħaqq hi Vanġelu u li dan ħadd m'għandu l-jedd li jiddubitah, ma jistax jonqos li jkun hemm min joħroġ b'mistoqsijiet pertinenti. It-theddid u x-xiljiet x'aktarx iġiegħlu lil dak li jkun [...]

Adrian Delia (3): Skiet li jtarrax

By
2018-08-07T14:57:13+02:00Mon, 6th Aug '18, 07:57|

Ir-riżultati tas-sondaġġi tal-Malta Today kif konfermati mis-sondaġġi ta' Lovin Malta li saru ftit qabel u li għalihom intużat metodoloġija differenti wrew ċertu xebħ dwar kif bi ħsiebhom jivvutaw in-nies u li l-Labour jinsab minn fuq b'madwar 94,000 u 100,000 vot: dan ifisser li għal kull persuna li lesta li tivvota PN, hemm tnejn li lesti [...]

Adrian Delia (2): in-numri jitkellmu weħidhom

By
2018-08-07T14:55:52+02:00Mon, 6th Aug '18, 07:48|

Waqt intervista qasira l-bieraħ filgħodu fuq ir-radju Adrian Delia kompla jitfa' ċ-ċnagen fuq saqajh. Qal li l-PN “tilef il-kredibilità u mhux qed jirnexxielu juri li ġedded lilu nnifsu”. Dan huwa diskutibbli iżda r-raġuni vera li għaliha saret din l-istqarrija mhix din. Din l-istqarrija saret f'attentat biex iwaħħal fil-konklużjonijiet tar-rapport Egrant għas-sondaġġi tassew tal-waħx dwar l-affidabilità [...]

Adrian Delia (1): fejn hi l-loġika?

By
2018-08-07T14:54:29+02:00Mon, 6th Aug '18, 07:29|

Hemm ħaġa li ma tagħmilx sens f'dak li Adrian Delia qal lil The Sunday Times of Malta 'l bieraħ. “M'hemm xejn fl-1500 paġna tar-rapport dwar Egrant, li s'issa għadu ma xxandarx kollu kemm hu, li jista' jibdel il-konklużjonijiet ċari li wasal għalihom” Mhux daqshekk diffiċli li wieħed jasal biex jifhem liema ħabel qed jiġbed Adrian [...]

Dan kollu kienet qalitulna

By
2018-08-07T14:53:10+02:00Fri, 3rd Aug '18, 10:04|

Hekk kif Standard & Poor's turi t-tħassib tagħha dwar il-qasam bankarju f'Malta, hi ħaġa minn ewl id-dinja li  dawk li jaħdmu fis-servizzi finanzjarji sabu ruħħom f'baħar ta' inkwiet. Fil-fatt m'għandhomx b'xiex jiskantaw għal dan l-inkwiet għax jafu sew x'inhu jiġri. Dawn in-nies, li lil din l-industrija jifhmuha sew, jafu li s-swieq ilhom żmien twil jitmeżmżu [...]

Tal-Bank Ċentrali jsebbħu

By
2018-08-03T15:12:53+02:00Thu, 2nd Aug '18, 10:29|

Anki li kieku tal-Bank Ċentrali ġew imġiegħla jidħlu għax-xogħol f'nofs ta' lejl biex jaraw kif se jwieġbu għall-kummenti ta' Standard & Poor's dwar il-ħsara li qed issir lir-reputazzjoni tal-qasam bankarju f'Malta, l-ħsara li leħqet saret hi kbira ħafna. Niżbaljaw jekk noqgħodu nwaħħlu f'Standard & Poor's. Jekk nagħmlu dan, inkunu qisna l-gvern li kull darba li [...]

Jaqueline Alexander arrestata wara investigazzjoni dwar kriminalità organizzata u ħasil ta’ flus u talba tagħha għal-libertà proviżorja miċħuda minn Qorti fil-Panama

By
2018-08-02T09:38:10+02:00Wed, 1st Aug '18, 15:01|

Qorti speċjali fil-Panama ċaħdet talba ta' Jaqueline Alexander għal libertà proviżorja waqt li jinsabu għaddejjin investigazzjonijiet dwar is-sehem tagħha f'atti ta' ħasil ta' flus maħmuġin. L-inkjesta Egrant straħet fuq stqarrija li għamlet Jaqueline Alexander fil-Panama stess biex setgħet ġiet attakkata l-kredibilità ta' provi dokumentati li ġew mgħoddija lill-Maġistrat li jindikaw li Michelle Muscat hi s-sid [...]

Tal-Malta Today u l-konfoffa tal-prim ministru

By
2018-08-02T09:36:06+02:00Wed, 1st Aug '18, 14:41|

Jeħtieġ li jiġi ċċarat punt li qed joħloq ċerta konfużjoni f'moħħ in-nies: l-inkjesta Egrant ma ntalbitx mill-prim ministru skond il-prerogattiva li għandu taħt il-liġi speċjali li tirregola l-inkjesti. Minflok għamel dan, il-prim ministru, kontra kull prassi, qabbad lill-kummissarju tal-pulizija biex jitlob li ssir inkjesta maġisterjali b'termini ta' riferenza imposti minn min suppost qed jiġi investigat: [...]

Jaqueline Alexander ffirmat prokura għal klijent li kien ilu 500 jum mejjet

By
2018-08-01T10:14:01+02:00Wed, 1st Aug '18, 08:20|

Jaqueline Alexander, li l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar min hu sid l-Egrant Inc. serrħet fuq dak li qalet meta din ċaħdet li dokumenti li jindikaw lil Michelle Muscat bħala sid kumpannija sigrieta fil-Panama, fl-2015 kienet iffirmat prokura favur raġel li dak iż-żmien kien diġà ilu mejjet għal kważi sentejn. Din l-istorja nkixfet mill-Panama Papers u [...]

Tpattija

By
2018-08-01T10:11:44+02:00Sun, 29th Jul '18, 17:10|

Wasalna għall-kapitlu tan-nofs. Dawk kollha li jirrispettaw il-prinċipji tas-sewwa u li ħarġu għonqhom biex jirreżistu lil Joseph Muscat u lill-qaddejja tiegħu bħalissa qiegħdin igħixu taħt sħaba sewda. U n-numru ta' dawn il-qaddejja huwa mdaqqas. Aktar milli wieħed jasal biex jimmaġina. Ibda' b'Michelle Muscat li, bis-saħħa ta' stqarrijiet uffiċjali tal-gvern u ta' intervisti kontrollati, ngħaqdet mal-bqija [...]

Tagħlimiet minsija

By
2018-07-29T20:59:24+02:00Fri, 27th Jul '18, 10:13|

Sitt ijiem wara li ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia meta eluf ta' nies kienu daħlu l-Belt Valletta biex jiddimostraw, għadda minn moħħ ħafna minnhom dan il-ħsieb. ‘Nixtieq ma ħallejthiex weħidha. Nixtieq li emmintha meta kont qed naħseb li qed tesaġera. Issa li qatluha b'dan il-mod, naf li ma setgħetx kienet qegħda tesaġera. Nittama li xogħolha [...]

“Termini ta’ riferenza għall-medjazzjoni fil-PN”. Skużawni ta, imma x’intom tgħidu?

By
2018-07-29T17:06:41+02:00Thu, 26th Jul '18, 18:52|

Qed isejħulhom termini ta' riferenza għall-medjazzjoni. Jien u naqra din il-frażi ma nafx kif se naqbad napplikaha għall-partit tal-oppożizzjoni f'Malta. Ejjew nippruvaw insibu tarf ta' din il-kobba mħabbla. Adrian Delia talab lil Simon Busuttil jirtira mill-grupp parlamentari inqas minn siegħa wara l-konferenza stampa ta' Joseph Muscat ta' nhar il-Ħadd li għadda: dik li kien fiha [...]

GUEST POST: Bqajna f’dinja tal-boloħ

By
2018-07-26T08:43:55+02:00Wed, 25th Jul '18, 17:41|

L-awtur ta' dan l-artiklu mhuwiex ġdid għal din il-website. Idħlu fil-link ta' dak li kien kiteb l-ewwel darba. Illum qed jerġa' jikkummenta: Dalgħodu stenbaħt bil-ħsieb li għal mument qasir naċċetta l-idea li l-Prim Ministru huwa bniedem tal-affari tiegħu li verament ma' kellu ebda intenzjoni li jkun kompliċi fl-abbuż tal-poter mill-ewwel ġurnata li rifes fuq l-għatba [...]

Int akbar mill-partit

By
2018-07-24T17:45:20+02:00Tue, 24th Jul '18, 12:04|

Kulħadd huwa akbar mill-partit. L-idea li l-partit huwa akbar minn kulħadd hi waħda li feġġet qabel l-era tal-moderniżmu u għandha tintrema' jekk irridu lil pajjiżna jsir demokrazija moderna. Għandna wkoll noqgħodu lura milli nimponu l-ipokresija fuq in-nies. Uħud mill-kbarat tal-imgħoddi tal-Partit Nazzjonalista kien jfakkru lil kulħadd li ‘ħadd m'hu akbar mill-partit’. Niftakar lil Eddie Fenech [...]

Go to Top