Ix-xebħ bejn ix-xenati tan-nisa tal-mexxejja
L-editorjal tat-Times of Malta tal-lum jittratta dwar ix-xebħ fil-mod kif iġibu ruħħom Michelle Muscat u Nickie Vella de Fremaux. L-editur isejjħilhom WAGs u jipparagunahom man-nisa ta' footballers professjonali li wħud minnhom huma magħrufa għall-vujtaġni tagħhom. U jikkritikahom talli jużaw il-pożizzjoni pubblika tagħhom biex iwaħħlu f'kulħadd - minflok fihom infushom - kull darba li jiżolqu fin-niexef. [...]