Il-ħobż ta’ Brussell ma jafux jikluh
Wara l-ammissjoni imbarazzanti ta' Edward Scicluna meta wera' ma kienx xamm l-implikazzjonijiet tal-messaġġ ta' Vera Jourova li l-Kummissjoni Ewropea kienet ser iġġiegħel lil Malta tikolha minħabba n-nuqqasijiet serji li sabu fir-regolamentazzjoni bankarja, in-nies ta' taħtu - nies imħallsin minni u minnek biex ifiehmuh dak li ma jkollux il-ħila jxomm hu - għalenija tkellmu mal-istampa lokali [...]