Ikliet u multi minn butna

By
2021-07-09T12:17:16+02:00Fri, 9th Jul '21, 08:19|

Jien nammira dawk il-ġurnalisti li jħossu l-ħtieġa li jisfidaw lill-awtoritajiet li jippruvaw jikkastigawhom talli dawn jagħżlu li jkunu vertjieri fir-rappurtar tagħhom u ma jbagħbsux rapporti biex jintogħġbu ma' dawn l-istess awtoritajiet. Iżda l-kap tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv nazzjonali m'hix ġurnalista. Hi biss propagandista tal-Partit Laburista li tqiegħdet fejn tinsab illum appuntu għaliex hi propagandista Laburista. Skont [...]

Il-ħbieb ta’ Rosianne

By
2021-07-06T14:01:39+02:00Tue, 6th Jul '21, 09:11|

Wara r-"riżenja temporanja" tagħha, Robert Abela ma setax jaqbad u jerġa' jdaħħal lil Rosianne Cutajar fil-kabinett. Li kieku seta', ibqgħu ċerti li kien jerġa' jdaħħalha. Iżda jeħtieġ niftakru li r-"riżenja temporanja" tagħha kienet seħħet għaliex George Hyzler kien beda' l-investigazzjoni tiegħu. Hi kienet konvinta li ma kienitx ser tinstab ħatja. Ġara' bil-maqlub u l-karta s-safra [...]

Jekk il-lejla ser tkun il-Belt Valletta għall-ħabta tas-6 pm……….

By
2021-07-05T17:07:31+02:00Mon, 5th Jul '21, 15:30|

Fis-6pm l-lejla, l-President ta' Repubblika Robert Aquilina ser jindirizza lill-ġurnalisti. Lill-membri parlamentari miġburin fil-bini ta' warajh ser iwissihom li issa għadda biżżejjed żmien biex il-pajjiż jibda' jaħseb biex jieħu passi kontra dawk fosthom li jippretendu li ma jista' għalihom ħadd, li jistgħux jintmessu u li qed igħadduha lixxa għar-reati li wettqu. Nieħdu lil Rosianne Cutajar. [...]

GUEST PROSE: L-inżul u t-tlugħ ta’ Marta s-sabiħa

By
2021-06-28T18:20:08+02:00Mon, 28th Jun '21, 17:50|

Din in-novella satirika hi miktuba minn xi ħadd li naf, iżda li minħabba xogħolu ma jistax jiffirma ismu. Marta minn dejjem kienet mara sabiħa. Iż-żwieġ tagħha ma’ Nazju kien irnexxa, u kellhom żewġt itfal żgħar li kienu l-mimmi ta’ għajnejhom. Minkejja t-tfal li kellha, Marta ma kienet  tilfet xejn minn ġmielha, anzi! Kienet kompliet sbieħet [...]

Omar Debono jridna nagħmlu l-arja

By
2021-07-01T12:27:14+02:00Fri, 25th Jun '21, 10:49|

Omar Debono ma jistax jitqies għal kollox bħala persuna pubblika. Iżda dak li kiteb fil-Facebook u l-kariga li jokkupa tagħti xi ftit tal-ħjiel dwar il-mentalità ta' dawk li ngħataw il-ħatriet u dwar il-fatt li b'nies bħal dawn ftit hemm ċans li noħorġu mit-toqba li xeħtuna fiha. Omar Debono huwa wieħed mill-kapijiet ta' entità li sejjħulha [...]

‘Naqbel mal-prim ministru li wiegħdni li mhux ser nara ċella ta’ ħabs minn ġewwa,’ jgħid Joseph Muscat

By
2021-06-24T14:30:06+02:00Thu, 24th Jun '21, 14:08|

Lil tat-Times of Malta Joseph Muscat għamlilhom kumment wieħed biss: "Naqbel għal kollox mal-kummenti li għamel il-prim ministru." Mur obsor ħej! Id-dinja forsi tibda' tieħu lil Malta bis-serjetà dakinhar li Joseph Muscat ikollu għalxiex ma jaqbilx mal-prim ministru. S'issa l-Kink għadu l-Kink. Prosit Prim Ministru.

Dan il-pajjiż m’huwiex wieħed normali

By
2021-06-24T12:04:10+02:00Thu, 24th Jun '21, 07:09|

Li kieku Malta hi pajjiż normali, bħalissa għandna kriżi politika taħraq fuq ħoġorna. Ninsabu fuq il-Lista l-Griża mhux minħabba xi diżgrazzja li ġratilna bħal meta kienet faqqgħet kriżi dwar il-prezz taż-żejt. Jew bħal meta nkalja vapur u niġġeż il-baħar jew bħal meta jseħħ xi terremot. Dak li seħħ il-bieraħ ma kien xejn ħlief falliment politiku [...]

Biżżejjed li tissieħeb mal-forzi tal-ħażen

By
2021-06-17T13:11:06+02:00Thu, 17th Jun '21, 10:05|

Li kieku pajjiżna huwa wieħed demokratiku tassew, dak li qed iseħħ fil-Kumitat tal-Parlament dwar il-Kontijiet Pubbliċi kien jiġi kunsidrat bħala oltraġġ. Giannella Demarco hi l-avukata ta' Paul Apap Bologna: tqabbdet minnu u titkellem f'ismu. Hawn m'huwiex jiġi mgħoddi ġuri. Huwa biss xhud li m'għandu ebda ħtieġa ta' difiża jew ta' rappreżentanza. Iżda minkejja dan, għażel [...]

L-iċweċ fost iċ-ċwieċ

By
2021-06-18T08:29:20+02:00Wed, 16th Jun '21, 09:44|

Jason Micallef, li jmexxi l-istazzjonijiet propagandistiċi tal-Labour u li huwa wkoll responsabbli għall-"kultura fil-belt kapitali", tgħidx kemm tbaqbaq wara li saret il-protesta tal-bieraħ fil-lejl tal-#occupyjustice dwar dawk l-erba' kaxxi tal-injam li rama' fid-daħla tal-Belt li jieħu ħsiebhom ġardinar minfuħ li ma jiswiex karlin.   Kont appik ser inkompli nikteb sakemm ilmaħt din il-kitba ta' Martina [...]

Repubblika xxandar proposti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni waqt l-elezzjonijiet

By
2021-06-15T16:08:06+02:00Tue, 15th Jun '21, 12:44|

Repubblika illum xandret dokument li fih sensiela ta' proposti magħmulin bil-għan li tiġi miġġielda l-korruzzjoni waqt l-elezzjonijiet u, b'mod partikolari, kontra l-abbużi li jsiru minn kandidati li jkollhom is-setgħa ta' ministru u mill-partit li jkun fil-gvern. Fir-rapport tagħha, Repubblika saħqet li l-biċċa l-kbira tal-liġijiet mhux qed jiġu osservati. Fost dawn hemm liġijiet li jipprojbixxu t-tqassim [...]

It-tifsira tal-kelma “edukazzjoni”

By
2021-06-14T13:49:56+02:00Mon, 14th Jun '21, 11:42|

It-Times of Malta llum irrappurtat li l-bieraħ fil-Każin tal-Banda ta' San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ ir-regolamenti ta' kontra l-imxijja Covid-19  kienu qed jinkisru fil-preżenza ta' Ian Borg. U dan minnufih wieġeb li Bernard Grech kien preżenti wkoll. Eh, ma jimpurtax mela! Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-ritratt ta' hawn taħt. Fuq ix-xellug jidher Alfred Grixti, eks-Sindku ta' [...]

Tat-TVM x’jambuni meta għandhom lil Norma u lil Quinton?

By
2021-06-11T18:38:59+02:00Fri, 11th Jun '21, 16:57|

Norma Saliba u Quinton Scerri ippruvaw - mingħajr ma rnexxielhom - li jiskużaw lilhom infushom wara li tat-TVM xandru programm dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabs u wara li saru lmenti mal-Awtorità tax-Xandir. L-Awtorità tax-Xandir tat ordni lil tal-PBS biex ixandru filmat li jwassal is-"sitwazzjoni reali" li "tirrispetta l-intelliġenza tan-nies". Dan ma jistax ħlief ifisser li dak li [...]

Tal-Kummissjoni ta’ Venezja qed nistħajjilhom iżommu żaqqhom mgħoxijin bid-daħk

By
2021-06-09T10:57:03+02:00Wed, 9th Jun '21, 10:07|

Ma tistax ma tħossx sens ta' mistħija u tkun trid l-art tibilgħek int u taqra l-artiklu li ħarbex illum il-Ministru tal-Ġustizzja fit-Times of Malta. Huma u jaqrawh, tal-Kummissjoni ta' Venezja nistħajjilhom iżommu żaqqhom mgħoxijin bid-daħk. Buffu u baħnan tabilħaqq. Diġa' kont ktibt dwar ir-raġunijiet il-għala jidhirli li Edward Zammit Lewis m'għandux raġun. U ġaladarba Edward [...]

Ma jistħux jiddandnu bil-pjanijiet u bil-proġetti ta’ Gonzi

By
2021-06-09T10:19:13+02:00Wed, 9th Jun '21, 08:05|

Il-Ministru Miriam Dalli sejjħet konferenza stampa biex tħabbar il-viżjoni li għandha biex Malta jkollha cable tal-elettriku ta' taħt il-baħar li jgħaqqadha ma' Sqallija. Dan m'huwiex proġett li ser jitwettaq matul din il-leġislatura. Għaldaqstant din il-konferenza stampa nistgħu nqisuha bħala waħda li saret mill-Partit Laburista iżda li tħallset mill-gvern. Li kieku ried, il-Partit Laburista seta' ħabbar [...]

Baqgħu ggranfati mal-Istat li ħatfu

By
2021-06-04T14:04:18+02:00Fri, 4th Jun '21, 11:01|

Il-Pulizija flimkien mas-servizzi tal-Prosekuzzjoni qed jippruvaw jipperswadu lil qorti li Keith Schembri u sħabu kienu wettqu sensiela ta' reati kriminali b'rabta mal-iskandlu tal-Allied Newspapers li bis-saħħa tiegħu ffrodaw u serqu lill-Malta Enterprise. Parti mill-flejjes li ntużaw biex ħallsu għall-makna ġdida tal-istampar tal-Allied Newspapers  ittieħdu mill-Kaxxa ta' Malta. Minn rapport intern tal-Malta Enterprise li ġie preżentat [...]

Il-mostru li tela’ fuq il-palk u li bela’ lil dawk kollha li jfittxu s-sewwa

By
2021-05-31T17:14:24+02:00Mon, 31st May '21, 09:46|

Dan li ġej huwa estratt minn diskors li kien għamel fil-Parlament Alfred Sant fl-aħħar jiem tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista. Dan id-diskors kien għamlu fit-12 ta' Mejju 2008. Alfred Sant kien għadu kemm tilef it-tielet elezzjoni ġenerali in fila wara dawk tal-1998 u tal-2003 u fi ftit ġimgħat kien ser jieħodlu postu ħaddieħor. Fis-6 ta' [...]

Ma tridx wisq għerf biex tintebaħ min qed igawdi mid-dewmien f’kawżi li għandhom bixra politika

By
2021-05-29T09:58:22+02:00Fri, 28th May '21, 10:49|

Bosta huma dawk li jiftakru li fl-2010, jiġifieri 11 il-sena ilu, ġgajta ta' ħallelin kienet għamlet attentat biex tisraq mill-kwartier tal-HSBC f'Ħal Qormi. Dakinhar kienu ġew sparati 60 tir. Ma kienitx ġrajja li wieħed jinsieha kif ġieb u leħaq. Matul dik is-sena stess, Ċensu Muscat il-Koħħu u Darren Debono it-Tôpo (mhux Darren Debono l-coach tal-futbol, [...]

Dak li jagħżel li jibqa’ sieket, għandi kull dritt nixlieh li għandu l-faħam miblul

By
2021-05-27T07:37:30+02:00Wed, 26th May '21, 17:13|

Il-Kumitat tal-Parlament dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) jista' jitqies bħala għodda li biha jkunu jistgħu jiġu miġġielda kemm il-korruzzjoni kif ukoll in-nuqqasijiet amministrattivi. Iżda, b'xorti ħażina, r-realtà xejn ma tirrifletti dak li kien ħadem għalih Lawrence Gonzi meta, kmieni fis-snin disgħin, kien ħoloq il-PAC. Il-laqgħat tal-PAC jixbħu mhux ftit fil-monotonija s-seduti tal-Parlament f'sessjoni plenarja. Il-ħin disponibbli [...]

Go to Top