Araw ftit x’qalilna Brian

By
2020-07-17T09:01:46+02:00Fri, 17th Jul '20, 07:51|

Il-filmat li xxandar ta' Brian Hansford li fih jidher jagħti parir lis-segwaċi ta' Adrian Delia dwar il-mod kif jistgħu jagħmlu pressjoni fuq id-deputati Nazzjonalisti m'hu xejn ħlief xhieda ħajja dwar kemm dan il-bniedem hu ċuċ. Ilna nafu li Hansford, li jmexxi programm fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali, huwa biċċa għodda f'idejn il-Partit Laburista li qed iservi [...]

L-istorja ta’ Ezekiel u ta’ Ishmael

By
2020-07-17T09:51:32+02:00Fri, 17th Jul '20, 07:15|

Il-bieraħ fil-qorti seħħet storja mhux tas-soltu. L-avukati ta' Yorgen Fenech qalu li jeżisti tape recording li kien għamle Melvyn Theuma li għadu qatt ma nstema' fil-qorti. Dan it-tape recording l-avukati ta' Theuma kien jafu bih, iżda mid-dehra ħadd aktar ma kien jaf bl-eżistenza tiegħu. Milli jidher dan it-tape recording ma kienx issemma' għaliex il-komputer ta' [...]

L-elf jum ta’ Daphne

By
2020-07-12T20:40:50+02:00Sun, 12th Jul '20, 08:46|

Elf jum ilu Daphne Caruana Galizia nqatlet permezz ta' karrozza-bomba ftit passi 'l bogħod mid-dar tagħha fil-Bidnija. Kienet ġurnalista formidabbli li kienet tgawdi l-fiduċja ta' għejjun li kienu jidħlu f'ħafna riskji biex igħinu fix-xogħol tagħha u li kellha eluf ta' qarrejja f'pajjiż li kien jiddependi fuqha biex isir jaf x'kien qed jagħmel il-gvern. Kienet kitbet [...]

Esperti legali ma jaqblux ma’ Adrian Delia: il-President għandu jaħtar lil Therese Comodini Cachia bħala kap tal-oppożizzjoni

By
2020-07-10T15:56:21+02:00Fri, 10th Jul '20, 15:31|

Parir legali li ntalab minn grupp ta' deputati parlamentari li talbu lill-President biex jaħtar lil Therese Comodini Cachia bħala kap tal-oppożizzjoni, jikkonferma li l-Kostituzzjoni tobbliga lill-President li jneħħi lil Adrian Delia mill-kariga u li jaħtar floku lill-kandidat magħżul minnhom. Il-bieraħ inħolqot konfużjoni sħiħa wara li Adrian Delia stqarr li kien bi ħsiebu jibqa' fil-kariga ta' [...]

L-istqarrijiet tal-lum ta’ Ian Abdilla

By
2020-07-10T16:58:14+02:00Fri, 10th Jul '20, 15:29|

Bil-konfużjoni li hemm bħalissa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u bit-theddid ta' Adrian Delia li jisplodi kollox u jġib lill-partit frak, faċli ħafna li wieħed jaljena rasu minn ġrajjiet oħra li qed iseħħu fil-pajjiż. M'għandniex xi ngħidu, wieħed faċli li jaljena rasu għaliex Adrian Delia qed jhedded bit-tifrik appuntu sabiex ma nindunawx b'dak kollu li qed [...]

PODCAST: Mexxej tal-isem. U ieħor ta’ veru.

By
2020-07-09T16:34:12+02:00Thu, 9th Jul '20, 12:33|

Emanuel Delia · A Leader In Name. Another In Fact. Il-vot li ttieħed jumejn ilu fil-grupp parlamentari tal-PN seta' ttieħed sena jew sentejn ilu. Seta' ttieħed saħansitra qabel Adrian Delia ġie elett bħala Kap tal-Partit f'Settembru 2017. Jum qabel l-elezzjoni għall-kariga ta' Kap tal-Partit, Simon Busuttil kien pubblikament ta parir lil Adrian Delia biex ma [...]

It-tliet passi ta’ Adrian Delia

By
2020-07-07T11:42:17+02:00Tue, 7th Jul '20, 08:45|

Adrian Delia m'hu xejn ħlief eżempju ħaj ta' kif ikun tirann populista. Jiġi jaqa' u jqum li m'għandux l-appoġġ tal-grupp parlamentari tiegħu. Jiġi jaqa' u jqum li ma jistax ikollok kap tal-oppożizzjoni li jkun nieqes mill-appoġġ tal-oppożizzjoni. Bi ħsiebu jibqa' mkaħħal mal-leġittimità li tah Partit li jinsab maħkum minn nuqqas ta' ħeġġa u li m'għandux [...]

X’fihom il-borom li kixef il-Koħħu?

By
2020-07-03T18:53:56+02:00Fri, 3rd Jul '20, 10:44|

Illum xehed quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia dak li kien l-avukat ta' Vince Muscat il-Koħħu. Huwa stqarr li kien jaf li jinsab fil-periklu iżda l-Pulizija kienu ċaħdulu l-protezzjoni għaliex qalu li jekk jagħtuh din il-protezzjoni, kulħadd isir jaf li l-Koħħu kien qed jikxef il-borom. Iżda sa dakinhar kulħadd kien sar jaf [...]

Waqqgħetilna wiċċna ‘l art

By
2020-07-03T12:48:05+02:00Fri, 3rd Jul '20, 09:01|

Dalgħodu fuq ir-radju numru ta' lagħqa tgħidx kemm faħħru lil Julia Farrugia Portelli għall-mod kif wieġbet il-mistoqsijiet f'intervista li għamlulha tal-BBC il-bieraħ. Tgħidx kemm iggustawha talli stiednet lil Boris Johnson biex jagħmel il-jogging magħha. Tabilħaqq għandna gvern mill-medjokri għall-medjokri. Il-bieraħ fuq it-televiżjoni Julia Farrugia Portelli waqqgħetilna wiċċna 'l art bil-mistħija. Staqsewha mistoqsijet li huma marbutin [...]

It-tajn li xeħet Glenn Bedingfield weħillu ma’ jdejħ.

By
2020-07-02T14:17:42+02:00Thu, 2nd Jul '20, 10:33|

Dak li stqarr Robert Abela l-bieraħ jidher li ma wasalx f'widnejn Glenn Bedingfield. Quddiem il-bini tal-Parlament, il-mexxej tal-partit lill-ġurnalisti qalilhom li ma' ġara' xejn li wieħed seta' kien ħabib, ħobża u sikkina jew soċju fin-negozju ma' Yorgen Fenech sakemm dan kien għadu ma ġiex mixli bi qtil. Ġewwa l-bini tal-Parlament, Glenn Bedingfield tkellem u qal [...]

Baqgħu mdendlin ma’ djul Yorgen

By
2020-07-01T19:24:28+02:00Wed, 1st Jul '20, 15:16|

Robert Abela wiegħed livelli għoljin ta' mġieba fejn għandha x'taqsam il-governanza. Iżda milli jidher il-ministri mhux bi ħsiebhom jintrabtu b'din il-wegħda u dan ma jmurx xi wieħed (jew aktar) minnhom jinqabad bil-qalziet imniżżel sa għarqubu. Illum huwa wieġeb għall-mistoqsijiet li l-ġurnalisti qed jagħmlu lill-ministri wara li ftit tal-jiem ilu Paul Caruana Galizia xandar tweet li [...]

Ġej sajf jaħraq

By
2020-06-29T21:02:34+02:00Mon, 29th Jun '20, 08:12|

M'hemmx dubju li ċ-ċaħdiet ta' Adrian Delia huma kategoriċi. Huwa seħaq li ma kellu ebda kuntatt ma' Yorgen Fenech wara li f'Ottubru 2018 kienet ixxandret l-istorja li Fenech huwa sid is-17 Black, il-kumpannija li nħolqot biex jixxaħħmu Keith Schembri u Konrad Mizzi. Huwa qal ukoll li jista' jagħti l-każ li Yorgen Fenech seta' bgħatlu messaġġ [...]

SEGWU: It-traġedja ta’ żminijietna

By
2020-06-28T18:09:17+02:00Sun, 28th Jun '20, 11:15|

  https://youtu.be/FNgT30sW2hU It-traġedja ta' żminijietna L-istorja ta' pajjiżna għaddiet miż-żminijiet imqallbin tagħha. Iżda qed isir dejjem aktar diffiċli li wieħed jipparaguna ż-żminijiet li ninsabu għaddejjin minnhom ma' żminijiet oħrajn mill-Indipendenza 'l hawn. Illum is-Sunday Times of Malta tikkowota għejjun li huma "qrib il-gvern ta' Robert Abela” li qalu li “l-prim ministru l-ġdid huwa ħerqan li [...]

Segwu: Kif l-Enemalta ntużat minn Muscat u Mizzi bħala għodda biex titkattar il-korruzzjoni.

By
2020-06-26T11:03:23+02:00Thu, 25th Jun '20, 17:59|

  https://youtu.be/qK8JwngPWvo Dakinhar li tal-Labour ħadu f'idejhom ir-riedni tas-setgħa fl-2013, l-hekk imsejjaħ skandlu taż-żejt fl-Enemalta kien għadu relattivament frisk fl-imħuħ. Din l-istorja feġġet frott ta' investigazzjoni li kienet saret mill-Malta Today ta' Saviour Balzan u li wasslet biex ittella' l-qorti iċ-Chairman tal-Enemalta Tancred Tabone, fost oħrajn. Dawn kienu ġew mixlija li xxaħħmu minn aġent lokali [...]

Iddisprat biex isalva ġildu

By
2020-06-25T21:18:40+02:00Thu, 25th Jun '20, 09:03|

Mexxejja ta' partit politiku ta' sikwit ikollhom is-saħħa li jmexxu lis-segwaċi tal-partit tagħhom mit-triq li jkunu jridu jgħadduhom. Eżatt kif isir mat-tfal. Iżda meta dawn il-mexxejja jippruvaw imexxu lis-segwaċi minn toroq opposti, dawn x'aktarx jiddiżorjentaw ruħħom u malajr jibda' jfeġġ it-tgergir. Xi drabi niftakar f'dak li kien seħħ f'nhar Jum il-Ħaddiem tal-2018, jiġifieri madwar sitt [...]

X’hemm aktar li Keith Schembri gideb dwaru?

By
2020-06-24T15:51:26+02:00Wed, 24th Jun '20, 14:35|

Bosta minna jistgħu jiftakru b'miżura ta' ċertezza fejn kienu hekk kif semgħu li kienet inqatlet Daphne Caruana Galizia. Jiftakru dwar kif saru jafu, ma' min kienu u x'kienu għamlu dak il-ħin. Bosta minna kienu ġew profondament milqutin meta semgħu bl-aħbar. Wieħed għandu jistenna li Keith Schembri kien milqut ukoll u li għandu memorja ċara ta' [...]

Araw x’kien wieġeb fi Frar 2016

By
2020-06-24T12:46:33+02:00Wed, 24th Jun '20, 12:44|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat li ttieħed fil-kwartier tal-Partit Laburista dakinhar li lil Konrad Mizzi ħatruh bħala d-deputat mexxej tal-partit. Isimgħu l-ewwel mistoqsija li kienet saritlu. Dan kien fi Frar 2016. Kienu ħatruħ deputat mexxej meta kienu diġà jafu b'dak li kienu jafu l-bieraħ meta ddeċidew li jkeċċuh. Il-Partit Laburista għad irid jagħti rendikont [...]

L-akbar u l-agħar gidba fl-istorja politika Maltija

By
2020-06-24T14:16:47+02:00Wed, 24th Jun '20, 12:43|

Xi drabi niġi mistoqsi mill-ftit li fadal tas-segwaċi ta' Joseph Muscat fejn kont jien meta kienet seħħet xi ħaġa qabel l-2013. Ma nafx għalfejn issirli mistoqsija bħal din għaliex kulħadd jaf it-tweġiba għaliha. Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-ritratt ta' hawn taħt biex tiffriskaw xi ftit il-memorja dwar fejn kien Robert Abela f'Ġunju 2017. Kien qed [...]

Nilqa’ lil Robert Abela u lil sħabu fil-Barra Brigade

By
2020-06-24T12:33:59+02:00Wed, 24th Jun '20, 08:28|

Kienu jsejħulna tal-"Barra Brigade", tal-"klikka ta' Daphne", ‘Ta’ Simon’, ‘Ta’ kontra Delia’, ‘Erba’ anarkiċi’, ‘Nazzjonalisti indannati’ jew ‘Erba’ qtates m’għandhomx x’jagħmlu’. Iva. Ma jfissirx però li ma kellniex raġun. Mhux bi ħsiebni noqgħod insemmi waħda waħda t-tgħajjir li kienet qalgħet Daphne Caruana Galizia tul ħajjitha - iżda għat-tgħajjir kollu li kienet qalgħet, kellha mitt raġun. [...]

Go to Top