Rapporti li Keith Schembri se jsiefer minn Malta mal-familja tiegħu

By
2019-12-26T22:38:39+01:00Thu, 26th Dec '19, 17:50|

Qed nirċievi numru ta' rapporti mhux konfermati li Keith Schembri, dak li kien iċ-chief of staff tal-prim ministru skreditat Joseph Muscat, ser isiefer barra l-pajjiż mal-familja tiegħu. Waqt li qed nikteb, hu u l-membri tal-familja tiegħu qed jistennew fil-VIP area qabel jirkbu fuq ajruplan. Skond il-Pulizija, Keith Schembri qed jiġi investigat dwar allegat involviment tiegħu [...]

Ġieħu ma jista’ jiġbru qatt

By
2019-12-26T21:52:11+01:00Thu, 26th Dec '19, 16:32|

Wara li xxandar rapport minn f'Lovin Malta dwar l-arloġġ tal-idejn tad-ditta Bulgari li jiswa' eluf ta' ewro u li Joseph Muscat aċċetta b'rigal, illum Repubblika ppreżentat rapport li fih talbet lill-Pulizija biex tinvestiga din l-għotja bħala forma ta' tixħim. Dan l-arloġġ tal-idejn kien ingħata b'rigal fi żmien meta l-Konsorzju Electrogas ta' Yorgen Fenech kien jinsab [...]

Joseph Muscat jixtieqlek Milied hieni

By
2019-12-25T19:12:40+01:00Wed, 25th Dec '19, 08:32|

Joseph Muscat għamel tweet b'awgurju tal-isbaħ xewqat għall-Milied. Il- #Milied it-Tajjeb / Merry #Christmas -JM — Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) December 25, 2019 Il-prim ministru skreditat ta' Malta qed iġib ruħu bħal dak il-gvern li jkun wasal fl-aħħar żmien u li, b'ras iebsa liema bħalha, jibqa' jirrifjuta li jifhem dak li jkun qed jiġri madwaru. Joseph [...]

Is-sistema m’hix maħkuma minn marda. Il-marda hi s-sistema stess.

By
2019-12-20T21:43:14+01:00Fri, 20th Dec '19, 18:23|

M'hux bi ħsiebni ningħaqad ma' dawk li bħalissa qed iħossu ruħhom ixxukkjati u diżappuntati. Ivan Camilleri tkeċċa mill-impjieg tiegħu minn mat-Times of Malta għaliex dawk li kienu l-imgħallmin tiegħu dehrilhom li kien għadda lil Yorgen Fenech informazzjoni li hu kien akkwista fil-kors tax-xogħol tiegħu li l-pulizija kien bi ħsiebha tixlieħ bil-qtil ta' Daphne. Is-sens ta' [...]

Sogħba ta’ xejn?

By
2019-12-20T11:22:23+01:00Fri, 20th Dec '19, 10:05|

Chris Cardona issa qed igħid li l-Partit Laburista għandu jkeċċi lil Keith Schembri 'l barra mill-partit. Tgħid għax dan qal li l-mobile kien tilfu? Min jaf proprju issa x'seta' nbidel? Bosta huma dawk li jeħtieġ jiftakru x'kienu qalu proprju dan l-aħħar dwar Keith Schembri. Dawn huma Robert Musumeci u Emanuel Cuschieri. Dawn għadhom tal-fehma li [...]

Iż-żminijiet li ġejjin fuqna

By
2019-12-19T21:02:37+01:00Thu, 19th Dec '19, 17:06|

Is-sitwazzjoni li jinsab fiha il-pajjiż bħalissa hi waħda ta' tħassib kbir. Keith Schembri għadu jiġri barra minkejja li għawweġ il-fatti minn fuq il-pedina tax-xhieda. Ħadd ma emmnu ħlief, milli jidher, il-korp kollu tal-pulizija. L-iskużi li ġab kienu mill-aktar banali. ‘Kont qed naqra' u ma kontx naf li kelli nitla' l-qorti’. ‘Tlift il-mobile’. ‘Huwa minnu li [...]

Rajnihom mal-faxxisti u xebbaħnihom magħhom

By
2019-12-18T21:26:14+01:00Wed, 18th Dec '19, 16:58|

Il-membri tal-Parlament Ewropew illum intalbu jivvutaw dwar jekk Joseph Muscat għandux iwarrab minnufiħ jew inkella jitħalla jgawdi l-aħħar Milied tiegħu f'Kastilja. Il-biċċa l-kbira tagħhom qalu li għandu jwarrab issa. Il-lista ta' dawk li vvutaw kontrih ma tispiċċa qatt. Mela ejjew nagħtu daqqa t'għajn lejn il-lista ta' dawk li għalihom ma jkun ġara' xejn jekk Joseph [...]

Se nkunu l-aqwa fl-Ewropa, kien qalilna

By
2019-12-19T08:58:17+01:00Wed, 18th Dec '19, 13:26|

581 membru tal-Parlament Ewropew ivvutaw favur riżoluzzjoni li tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex minnufiħ "tibda' djalogu" ma' Malta biex tissewwa l-ħsara li din għamlet lis-saltna tad-dritt fil-pajjiż. Jidher ċar li kliem Owen Bonnici ma mpressjonaw xejn. Kienu biss 26 ewroparlamentari li vvutaw kontra l-mozzjoni, ħafna minnhom nazzjonalisti tal-lemin estrem li għalihom il-Parlament Ewropew lanqas biss għandu [...]

Egrant (7): L-oppożizzjoni għandha tinfluwenza l-ġrajjiet u mhux toqgħod gallarija ssegwihom

By
2019-12-18T20:53:37+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:30|

Xogħol l-oppożizzjoni m'huwiex dak li jikkummenta dwar ġrajjiet kurrenti. Oppożizzjoni għandha r-rwol kostituzzjonali li tagħmel l-għassa fuq il-gvern u m'għandhiex titkellem biss. Il-battalja prinċipali għandha tkun miġġielda fil-Parlament iżda huwa fatt li din l-istituzzjoni mhix taqdi d-dmirijiet li kienet nħolqot biex taqdi. F'dan il-każ, il-qorti ntalbet tidħol fil-mertu dwar jekk kienx sewwa li l-gvern ma [...]

Egrant (6): L-eżonerazzjoni tal-koppja Muscat fil-konklużjoni tar-rapport tal-inkjesta ma taqbilx mal-kontenut tal-bqija tar-rapport

By
2019-12-18T19:41:10+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:28|

Il-konklużjonijiet tar-rapport li xxandru aktar minn sena ilu jeżoneraw lill-koppja Muscat fuq premessa li l-inkjesta ma sabitx provi li huma s-sidien ta' Egrant u li allura ma setgħux kienu huma s-sidien. Minn dak li qrajt s'issa - u din il-konklużjoni tiegħi tista' tinbidel wara li nkun flejt sewwa r-rapport - ma jidher li hemm xejn [...]

Egrant (5): Dan il-pajjiż għadu ma fehemx ir-rwol tal-whistleblowers x’inhu

By
2019-12-18T15:28:04+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:25|

Meta l-inkjesta rrakkomandat li Maria Efimova għandha tiġi investigata għall-kalunji u ġurament falz wara li x-xhieda tagħha kienet fetħet tant għajnejn dwar il-frodi u l-qerq li kien għaddej fil-Pilatus Bank, din uriet li ma fehmet xejn dwar x'inhi l-funzjoni ta' whistleblower. Bl-eċċezzjoni ta' Jonathan Ferris li ssemma' fir-rapport tal-inkjesta, Maria Efimova weħidha ma kellha xejn [...]

Egrant (4): Għandna nibqgħu ninsistu biex insiru nafu sid l-Egrant min hu jew min hi

By
2019-12-18T14:49:10+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:23|

Limitati kemm setgħu kienu limitati t-termini ta' riferenza tal-inkjesta u, tenut kont tal-allegazzjonijiet dwar Egrant u l-kuntest li fih kienet inħolqot il-kumpannija sigrieta flimkien ma' Hearnville u Tillgate, l-pulizija kienet fid-dmir li taħdem biex tistabbilixxi min kien il-“bearer” tal-ishma fil-kumpannija sigrieta Egrant bejn  Marzu 2013 u dakinhar li ġiet xjolta l-istess kumpannija. Inkjesta maġisterjali dmirha [...]

Egrant (3): L-inkjesta Egrant m’għarblitx il-provi kollha li nġiebu quddiemha

By
2019-12-18T14:02:30+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:20|

L-inkjesta żgur naqset li tgħarbel prova waħda: il-prova li Michelle Buttigieg, is-sieħba ta' Michelle Muscat fin-negozju falz li semmewħ Buttardi, kienet ħallset f'daqqa dejn li kienet qed tagħmel tajjeb għalih ipoteka reġistrata fuq appartament f'Manhattan, New York u dan ftit jiem wara li allegatament kienet irċieviet parti minn ħlas li kien sar favur Michelle Muscat [...]

Egrant (2): Joseph Muscat huwa giddieb sfaċċat u ma jiskruplax li jabbuża minn sigrieti uffiċjali tal-istat għall-vantaġġ personali tiegħu

By
2019-12-18T13:13:13+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:18|

Matul dawn l-aħħar tmintax il-xahar, Joseph Muscat lagħabha tal-vittma u xela' lil Simon Busuttil li kien iffalsifika dokumenti biex jeħel hu għat-twettiq ta' delitt kriminali. Dakinhar li xxandar estratt żgħir tar-rapport is-sena li għaddiet, taha għat-teatrin u waqt konferenza stampa għamel tabirruħu li ma setgħax iżomm id-dmugħ milli jġelben minn xfar għajnejh. Għal ftit minuti, [...]

Egrant (1): il-kriminalità finanzjarja ma tistax tinvestigaha bis-saħħa ta’ inkjesta maġisterjali

By
2019-12-18T12:18:29+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:16|

Sforzi kemm għamel sforzi Aaron Bugeja biex jikteb rapport ta' inkjesta li fiħ 1,501 paġna, dan ir-rapport juri kemm l-istituzzjonijiet tagħna m'humiex armati biżżejjed biex jiġġieldu kontra l-ħasil ta' flus maħmuġin u kontra l-kriminalità finanzjarja. Malta tiftaħar li hi ġurisdizzjoni finanzjarja ta' kwalità u ta' klassi għolja li adottat kemm liġijiet li jitħaddmu f'tax havens [...]

L-ewwel reazzjoni għar-rapport Egrant (0)

By
2019-12-18T11:24:44+01:00Wed, 18th Dec '19, 11:12|

Għadni ma sibtx il-ħin biex naqra r-rapport Egrant minn tarf sa tarf. Dan ir-rapport fiħ 1,501 paġna u ma tistax tiflieħ f'ħakka t'għajn. Dan ir-rapport għad irid jiġi mgħarbel bir-reqqa. Mal-medda taż-żmien, Godfrey Leone Ganado bi ħsiebu jipprovdi sensiela ta' kummentarji analitiċi għal din il-website li ser ikomplu jmexxu d-diskussjoni 'l quddiem. Iżda minn dak [...]

Tgħid din tisbita ta’ wara l-waqgħa?

By
2019-12-17T13:41:20+01:00Tue, 17th Dec '19, 12:07|

F'dan ir-ritratt li nġibed dalgħodu jidher Keith Schembri fil-karrozza tal-marixxall tal-qorti hekk kif ittieħed mill-villa tiegħu f'Santa Marija Estate biex jixhed fil-qorti f'kawża kostituzzjonali li saret minn Yorgen Fenech kontra l-awtoritajiet Maltin. Yorgen Fenech jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, liema qtil li huwa jiċħad li kien wettaq. Permezz ta' rikors kostituzzjonali, Yorgen Fenech [...]

Wiċċ Malta ħammruh mad-dinja

By
2019-12-17T12:51:24+01:00Tue, 17th Dec '19, 11:58|

Wieħed wara l-ieħor, il-membri tal-Parlament Ewropew tkellmu dwar fatti li ma jista' jiċħadhom ħadd. Ġurnalista ġiet assassinata. Kienet ġurnalista li nvestigat korruzzjoni li dwarha s'issa ma ttieħdu ebda passi. Jeżisti suspett ġustifikat li kien imdaħħal l-uffiċċju tal-prim ministru  f'cover-up tal-assassinju u li għalhekk jeżisti suspett li kien involut fil-qtil innifsu. Joseph Muscat għadu jokkupa l-kariga [...]

Jibda’ d-dibattitu dwar Malta fil-Parlament Ewropew

By
2019-12-17T12:19:41+01:00Tue, 17th Dec '19, 08:59|

Forsi xi ħadd ikun jista' jinfurmahom li dalgħodu l-marixxal tal-qorti ma setgħax isib lil Keith Schembri biex dan ikun jista' jidher il-qorti bħala xhud. Min jaf, forsi kien messhom qabbdu lil Neville Gafà biex isibu. Ngħiduha kif inhi, għal dawn l-aħħar ħmistax Neville Gafà x'kien qed imur jagħmel Santa Maria Estate fil-Mellieħa bil-karrozza tal-uffiċċju jekk [...]

Ir-regħba tiftaħ il-bibien beraħ għall-mafja

By
2019-12-17T15:49:52+01:00Tue, 17th Dec '19, 08:38|

Hemm bosta raġunijiet il-għala wieħed għandu jsegwi d-dokumentarju li xandar ir-Rai nhar il-Ħadd li għadda. Forsi wieħed ikun jista' jifhem il-għala l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia mhux se jħalli effett fuq Malta biss. U dan mhux biss għaliex din il-ġrajja hi dwar assassinju ta' ġurnalista u li l-ġurnalisti minn madwar id-dinja għandhom neċessarjament juru interess [...]

Go to Top