On my behalf Andrew Borg Cardona sent the following to the editor of NET TV in response to a report where they said I lied about the Opposition voting in favour of the cannabis law when I said no such thing. So far they haven’t reported it.
L-Editur NetNews
Nikteb ghan-nom ta’ Manwel Delia b’riferenza ghall-artiklu intestat “Il-PN … il-blogger Manwel Delia imgiddeb” li ġie ppublikat f’diversi media kkontrollati mill-Partit Nazzjonalista.
Bi dritt ta’ risposta skond il-liġi, is-Sur Delia jeżiġi illi jiġi mistqarr kif ġej, ċioe’ illi:
a) hu qatt ma kiteb illi l-Membri Parlamentari Nazzjonalisti vvutaw favur il-legalizzazzjoni tal-kannabis f’xi forma jew oħra jew illi l-PN hu favur tali legalizzazzjoni u
b) kull ma kien rapportat hu illi l-Kap Adrian Delia kien qata’ fil-qasir id-diksussjoni fil-Grupp Parlamentari u li ma kienx stqarr illi kellu konnessjoni familjari u mod ieħor ma’ nies interessati fil-koltivazzjoni tal-kannabis għal skopiijiet mediċinali, liema pass fil-fehma tas-Sur Delia messu ttieħed mill-Kap Adrian Delia b’turija ta’ rispett għall-prinċipji ta’ governanza xierqa.
Għoddni tieghek
Andrew Borg-Cardona Ll.D., M.A. (Business Law)
BCGL Advocates