Sena ilu bħal-lum kont poġġejt bil-qiegħda biex nixtarr fuq ir-riżultati tal-elezzjoni ġenerali. L-artiklu bit-titlu It hurts, doesn’t it? kien fiħ madwar 3,000 kelma u kien twil wisq biex jixxandar fil-Facebook. Allura ddeċidejt li noħloq  Blogger account b’xejn biex inkun nista’ noħloq link mal-Facebook.

Daphne Caruana Galizia qrat l-artiklu u għamlet link għal mal-blog tagħha f’post intitolat ‘Din hi r-raġuni għala l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni’. Dak il-post qrawh aktar minn 60,000 ruħ u għadu sal-lum post li hu fost l-aktar li nqara’ f’din l-aħħar sena li fiha twieled manueldelia.com. M’għandniex xi ngħidu, kull min kien żar il-post ta’ Daphne Caruana Galizia  ħaseb li kien se jaqra’ l-analiżi tagħha tar-riżultati tal-elezzjoni (u mhux tiegħi) u din kienet ir-raġuni għan-numru daqshekk kbir ta’ qarrejja.

Dan il-blog issa għalaq sena. jekk għadek sal-lum taqraħ, nirringrazzjak.

M’intix waħdek.

Matul l-aħħar 30 jum żaru l-blog 53,000 ruħ individwalment li bejniethom żaruh 279,000 darba.

83% żaruħ minn Malta. il-bqija żaruħ minn 140 pajjiż differenti minn madwar id-dinja, l-aktar mir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Italja, l-Belġju, l-Ġermanja, Franza, l-Awstralja, l-Olanda u l-Lussemburgu fejn hemm numru kbir ta’ residenti Maltin.

Persuni mill-Indoneżja, miż-Żimbabwe, min-Nigerja u mill-Afrika t’Isfel żaruħ ukoll. Nimmaġina li ħbieb antiki li ħdimt magħhom fl-imgħoddi minn dawn il-pajjiżi żaruħ biex jaraw x’inhu għaddej.

Dan il-blog sar ukoll form għad-dibattitu b’medja ta’ 3000 kumment fix-xahar u b’aktar minn 6,000 vot. Nirringrazzjakom talli ħloqtu dibattitu interessanti.

Fl-aħħar 90 jum dawn kienu l-istejjer li nqraw l-aktar:

fin-numru 10, Ir-raġunijet għala l-PN jinsab daqshekk minn taħt (li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ Adrian Delia)

Numru 9: Kris Bajada għandu jagħti aktar minn €110,000 fuq karrozzi lussużi .

Numru 8: Araw x’hemm wara d-diskors kollu dwar il-laptop.

Number 7: Jekk int elitist, taqrax dan li ġej.

Numru 6: Mart Ali Sadr għandha permess biex appartament kbir fi Triq it-Torri taqsmu f’żewġ appartamenti biex tkun ġara mas-CEO tal-Pilatus Ghanbari.

Numru 5: il-verżjoni fil-lingwa Maltija ta’ If not now. Jekk mhux issa.

Numru 4: Nisa u karrozzi tat-tlielaq.

Nammetti li r-ritratt li ġie nkwadrat seta’ ħajjar aktar lil dak li jkun biex iżur dan l-artiklu.

Numru 3: Korruzzjoni minn Kastilja: Keith Schembri mogħti 5000 metri kwadrati ta’ art pubblika lejlet l-elezzjoni tal-2017.

Numru 2: Star Comment: Minn missier Daphne Michael Vella.

U l-artiklu li nqara’ l-aktar matul l-aħħar 90 jum huwa wieħed riċenti ħafna:  Mixli kif inhu b’akkuża li wettaw attentat vjolenti u indiċenti kontra l-persuna ta’ mara ta’ 22 sena, John Suda jieħu sehem bħala preżentatur f’wirja ta’ moda