Tħassib ‘ġurnalistiku’ dwar fjuri offensivi

By
2019-03-07T08:49:10+01:00Wed, 6th Mar '19, 11:45|

Sa din il-ġimgħa stess, il-mezzi tax-xandir madwar id-dinja xandru rapporti li permezz tagħhom esprimenw l-iskantament tagħhom għall-kampanja mxajtna li kuljum qed jagħmel il-gvern biex iwarrab fjuri, xemgħat u messaġġi li jitħallew minn membri tal-pubbliku mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir quddiem il-bini tal-Qorti. U biex żgur ma jibqgħux lura, l-ġurnalisti onesti, bilanċjati, kuraġġużi u rispettati mid-dinja kollha tas-Super [...]

Waqt li kien qed iħejji biex ivara l-Pilatus Bank, Ali Sadr kien ta struzzjonijiet lill-ħaddiema tiegħu biex jostru n-nisel Iranjan tiegħu

By
2019-03-07T08:49:52+01:00Wed, 6th Mar '19, 11:38|

Waqt li kien qed iħejji biex jiftaħ il-Pilatus Bank f'Malta, Ali Sadr Hasheminejad kien ta struzzjonijiet lill-ħaddiema tiegħu biex jassiguraw li n-nisel Iranjan tiegħu u r-rabtiet li għandu mal-Iran jibqgħu misturin. Dan kollu jirriżulta minn e-mails li Ali Sadr kien bgħat mill-kont personali Gmail li ġew f'idejn investigaturi Amerikani waqt li kienu qed jinvestigaw lil [...]

Kontroll fuq il-ġejjieni

By
2019-03-05T03:18:48+01:00Mon, 4th Mar '19, 17:12|

Dan l-aħħar ġietni f'moħħi frażi li darba kien uża Simon Busuttil — ‘Labour-proof’ — frażi li tal-Labour qalgħuha mill-kuntest tagħha u tkażaw dwarha għax, skont huma, ħolqot il-firda. M'għandniex xi ngħidu, l-intenzjoni wara dik il-frażi kienet li titqiegħed ir-responsabbiltà fuq spallejn dawk li huma mċappsin bil-korruzzjoni. Hemm dawk li jgħidu li huma "oġġettivi" li jsostnu [...]

Tgħid indenjaw ruħħom jaqraw il-kitba fuq il-ħajt?

By
2019-03-05T14:01:15+01:00Mon, 4th Mar '19, 14:27|

Is-sondaġġi ta' kull xahar imxandra mill-Malta Today, li l-bieraħ ġew konfermati wkoll minn it-Torċa, jkomplu jikkonfermaw ix-xejra konsistenti li tkejjlet fuq aktar minn sena sħiħa dwar id-differenza enormi ta' 70,000 elf vot bejn il-PL u l-PN. Għalkemm mis-sondaġġi li ttieħdu riċentement, jidher li l-PN għamel pass żgħir 'il quddiem, il-mexxej tiegħu kompla jegħreq 'l isfel [...]

L-skrivan tal-bank u l-assistent f’ħanut tan-nuċċalijiet approfittaw ruħħom

By
2019-03-05T03:19:32+01:00Mon, 4th Mar '19, 07:10|

Matthew Caruana Galizia kiteb dan l-artiklu għall-website investigattiv Serb Krik, hu u jwissi kontra l-idea li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea bilfors tfisser duwa u rimedju awtomatiku għall-feriti u għad-difetti strutturali. Lill-qarrejja Serbi tiegħu jgħidilhom s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tat il-lala lil dawk li huma maħmuġin u korrotti li qabel setgħu jimirħu biss fil-konfini ristretti ta' [...]

Repubblika dwar kif issir riforma tal-Kostituzzjoni

By
2019-03-03T05:27:05+01:00Sun, 3rd Mar '19, 05:27|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika ssottometiet rakkomandazzjonijiet bil-miktub lill-President ta’ Malta u l-Kumitat ta’ Tmexxija dwar Riforma Kostituzzjonali dwar il-proċess li għandu jitħaddem biex jiġu kkunsidrati u approvati tibdiliet Kostituzzjonali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinkludi informazzjoni fil-qosor dwar studji tal-każ t’inizjattivi kostituzzjonali li rnexxew jew li fallew f’pajjiżi oħra li jagħtu tagħlimiet li għandhom jinfurmaw id-disinn tal-proċess għall-inizjattiva [...]

Dan il-gvern m’huwiex gvern Ewropew

By
2019-03-03T05:32:18+01:00Sat, 2nd Mar '19, 17:03|

Għal darb'oħra Joseph Muscat qabbad lil ta' taħtu biex iħaqquha mal-ġurnalisti, din id-darba ġurnalisti ta' El Pais, u biex jippruvaw jikkonvinċuhom li qed jagħmlu sewwa meta jixkupaw ix-xemgħat u l-fjuri li qed jitħallew ma' mafkar fil-Belt Valletta kemm ilha li ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia. El Pais irrappurtat li "skont kelliem, il-problema tikkonsisti fil-fatt li [...]

El Pais: Il-battalja tossika tal-fjuri u x-xemgħat

By
2019-03-03T05:30:54+01:00Sat, 2nd Mar '19, 16:51|

Segwu din l-intervista, waħda mill-aħjar li qatt segwejt, li Matthew Caruana Galizia ta' lill-ġurnal Spanjol El Pais. https://youtu.be/l17oXkSp6pY Bran mir-rapport fil-ġurnal dwar l-intervista: "Jeżisti kuntrast bejn l-attenzjoni kollha li l-Ewropa qed tagħti lil Malta, it-tifħir li qalgħet Daphne Caruana Galizia fi Strasbourg fejn il-kamra tal-istampa tal-Parlament saħansitra issemmiet għaliha u l-fastiju li qed isibu [...]

Go to Top