Qed jippruvaw igħattu x-xemx bl-għarbiel

By
2020-05-13T09:31:06+02:00Tue, 12th May '20, 19:10|

Il-gvern jidher li skanta bir-reazzjoni li kien hemm madwar id-dinja għall-aħbar li Charles Mercieca kien irriżenja mill-impjieg tiegħu ta' prosekutur mal-Avukat Ġenerali biex l-għada stess ingħaqad mal-avukati tad-difiża ta' Yorgen Fenech. Il-gvern ma messu skanta xejn u kellu jintebaħ mill-ewwel x'reazzjoni ta' tbelliegħ kien ser ikun hemm wara li seħħet kawlata oħra bħal din. Iżda l-gvern [...]

L-awtoritajiet Maltin ikunu qed jonqsu bil-kbir jekk avukat żleali jitħalla jimmina l-prosekuzzjoni tal-qattiela ta’ Daphne – Omtzigt

By
2020-05-11T19:27:35+02:00Mon, 11th May '20, 16:36|

Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa li kien inħatar minħabba l-imġieba tal-gvern wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kellu kliem iebes fil-konfront tal-Avukat Ġenerali Peter Grech f'ittra li huwa bgħat illum. Pieter Omtzigt kiteb dwar ir-riżenja tal-avukat Charles Mercieca mill-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali li immedjatament wara ngħaqad mal-avukati tad-difiża ta' Yorgen Fenech. Pieter Omtzigt ġibed l-attenzjoni għall-fatt li Charles [...]

Il-labra tad-diska mġenġla issa weħlitilhom fuq il-kelma “insensittività”

By
2020-05-11T19:03:12+02:00Mon, 11th May '20, 09:39|

Kull meta Joseph Muscat kien jagħmel xi tgħaffiġa minn tiegħu, tiftakru kemm kienu jinsistu li huma "sereni" u "trankwilli"? Ilkoll niftakru kemm qalet li kienet tinsab "serena" u "trankwilla" Michelle Muscat meta tfaċċat l-allegazzjoni li mal-miljun dollaru kienu ġew mgħoddija mid-dittatur tal-Ażerbajġan lil żewġha permezz ta' kont bankarju miftuħ f'isimha. Chris Cardona kien ukoll stqarr [...]

Fid-9 ta’ Mejju 1987, nhar għeluq sninu, Raymond Caruana ma kien irċieva ebda rigal. Kien hu stess li ta rigal kbir lil Malta

By
2020-05-08T20:46:06+02:00Fri, 8th May '20, 16:23|

Il-bieraħ binti għalqet għaxar snin. Għaddew l-ewwel għaxar snin ta' ħajjitha. Għeluq l-ewwel għaxar snin, għeluq l-għoxrin sena, għeluq it-tletin sena eċċetra huma speċjali. Kull għaxar snin li jgħaddu għandna nħossuna xxurtjati li rnexxielna nibqgħu mimlijin bil-għomor. Mhux kulħadd ser jirnexxielu jasal biex jagħlaq is-60 sena u jkun hemm inqas persuni li jaslu sa għeluq [...]

Insensittività jew ħadma minn taħt?

By
2020-05-07T19:11:26+02:00Thu, 7th May '20, 12:45|

Edward Zammit Lewis stqarr li fil-fehma tiegħu Charles Mercieca ġab ruħu b'mod “insensittiv” meta l-avukat żagħżugħ iddeċieda li jwarrab mill-impjieg bħala avukat fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u jingħaqad mal-avukati tad-difiża ta' Yorgen Fenech. Ħabta u sabta. U mingħajr ma ħadem il-perijodu tan-notice. Il-bieraħ il-kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi qal li din il-manuvra kellha xamma ta' "ħadma". Jiġifieri [...]

L-integrità tal-proċess

By
2020-05-06T20:12:15+02:00Wed, 6th May '20, 17:50|

Qed jinħass ċertu tħassib li, wara ċ-ċaqlieq li kien seħħ f'Novembru 2019 minn dakinhar li Yorgen Fenech ġie arrestat 'il quddiem, ir-ritmu mgħaġġel li kienu qabdu l-istituzzjonijiet tal-istat bil-għan li tinkixef il-verità kollha dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia milli jidher qed imajna. M'hemmx dubju li xi ftit minn it-tħassib ġej mill-perċezzjoni. Jew inkella ejjew [...]

Rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa jwiddeb lill-partiti politiċi Maltin kontra t-twettiq ta’ riformi mingħajr konsultazzjoni wiesa’

By
2020-05-06T13:01:33+02:00Wed, 6th May '20, 12:16|

Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dwar is-saltna tad-dritt f'Malta, Pieter Omtzigt, wera' t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-gvern u l-oppożizzjoni f'Malta qed jippruvaw iwettqu riformi istituzzjonali mingħajr ma jagħmlu konsultazzjonijiet wiesa' mas-soċjetà. “Meta fi Frar li għadda żort Malta, ħadt pjaċir nisma' mingħand il-gvern li fi żmien qasir kien ser jixxandar [...]

Qatt tistaqsi għal lil min taf

By
2020-05-05T19:44:58+02:00Tue, 5th May '20, 11:59|

L-EWWEL: il-gvern ta' Joseph Muscat kien jiddiletta jikser il-liġi permezz tal-użu tal-istess liġi. Ta' sikwit kien jara kif ikun jista' jgħaffeġ fuq l-ispirtu tal-liġi u fuq il-vera intenzjoni wara t-tfassil tagħha. Kienu jgħidulna li, bi kliemhom, Jason Micallef u Tony Zarb kienu qed jeżerċitaw id-dritt li jgħidu tagħhom b'mod ħieles, huma u jabbużaw is-setgħa pubblika [...]

Malta ma tista’ qatt titfi l-ħuġġieġa bit-tfigħ ta’ beżqa

By
2020-05-05T13:21:05+02:00Tue, 5th May '20, 08:29|

Id-dipartiment tal-pulizija qed isaħħaħ it-taqsima li hemm fi ħdanu ta' kontra r-reati kriminali finanzjarji. Ir-responsabbiltajiet ta' din it-taqsima huma kbar ħafna. Din it-taqsima hi mqassma f'erba' taqsimiet: dik li tieħu ħsieb ir-reati kriminali ekonomiċi, dik ta' kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin, dik li tieħu ħsieb li tanalizza r-reati kriminali finanzjarji u dik li tgħarbel il-blockchain. Fi [...]

Mela issa Robert Abela m’għadux imħasseb dwar l-epidemija?

By
2020-05-04T19:30:08+02:00Mon, 4th May '20, 15:54|

Lil Robert Abela tiftakruh igħidilna li l-immigranti m'aħniex noħorġu nsalvawhom mill-għarqa għaliex kien jeħtieġ li nikkonċentraw ir-riżorsi tagħna fuq l-epidemija Covid-19? Tiftakru li meta din il-"politika" nbidlet u l-gvern wera' ruħu determinat li ma jniżżel lil ħadd lejn l-art f'Malta, anki jekk dawn ikunu ġew salvati, kien ukoll ġab l-iskuża bl-epidemija Covid-19? Tiftakru dwar il-mod [...]

Il-kobba mħabbla li l-gvern qed ikompli jitħabbel fiha

By
2020-05-03T12:30:24+02:00Sun, 3rd May '20, 09:16|

Il-gvern dan m'hu qatt ser jammettih. Iżda l-verità hi li Malta daħlet bejn il-basla u qoxritha. Malta rmiet il-baħar il-kredenzjali diplomatiċi li kellha u issa qed nagħtu bis-sieq lill-immigranti bħallikieku dawn għandhom xi tort għall-ftajjar li ħmew Joseph Muscat u Robert Abela. Bħalissa hemm 90 immigrant bejn sema u ilma fl-ibħra tagħna. Tal-Alarm Phone ġibdu [...]

L-aħħar aħbarijiet: 90 ruħ fil-periklu tal-għarqa fl-ibħra Maltin

By
2020-05-03T10:10:29+02:00Sun, 3rd May '20, 08:34|

L-aħħar aħbarijiet fid-08:44. Aqraw dwar l-operazzjoni ta' "salvataġġ". Dgħajsa tal-imjam mgħobbija b'90 immigrant bħalissa tinsab fl-ibħra Maltin. Rapporti jgħidu li din id-dgħajsa tinsab fil-periklu li tegħreq. Fost il-passiġġieri hemm mill-inqas mara waħda li hi tqila u numru ta' tfal. Il-lejl li għadda tal-Alarm Phone ġibdu l-attenzjoni. +++ BREAKING +++ A boat in distress with ~90 [...]

Issa qed naħsdu dak li kien inżera’

By
2020-05-03T12:37:03+02:00Fri, 1st May '20, 17:14|

Qed jingħad li l-epidemija tal-Covid-19 anki tasal biex iġġiegħel lill-imħuħ jiħfiefu. Qabel skattat l-epidemija diġà kellna każijiet bir-rimi ta' ministri li, minflok jiltaqgħu mal-membri tal-istampa biex iwieġbu l-mistoqsijiet u biex jinfurmaw lill-pubbliku, qed jippreferu li jidhru f'filmati ta' propaganda fuq il-media soċjali. Konrad Mizzi kien għamilha drawwa li, għall-attivitajiet ministerjali tiegħu jistieden biss lil dawk [...]

Tgħid il-gvern issa qabad it-tielet triq?

By
2020-05-01T10:41:52+02:00Fri, 1st May '20, 08:05|

Tikkawża kemm tikkawża problemi d-deċiżjoni li l-immigranti jinżammu bejn sema u ilma, hi wkoll deċiżjoni li tipprovdi alternattiva għall-ewwel għażla li għamel il-gvern fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid. X'aktarx biex jemula s-sagrifiċċju li kien għamel Kristu, din l-ewwel għażla kienet li lill-immigranti terħilhom jegħrqu fil-baħar. Il-gvern waħħal fl-immigranti talli dawn għażlu li jaqsmu bil-baħar minflok baqgħu [...]

It-tielet triq

By
2020-05-01T16:14:38+02:00Fri, 1st May '20, 07:54|

Il-lejl li għadda vapur tat-turisti tal-Captain Morgan ġie mgħammar b'imtieraħ li jistgħu jintrefgħu erba' erba' minn persuna waħda u ntbagħat biex jiltaqa' fuq il-baħar mal-vapur tas-sajd li issa sar notorju il-Mae Yemanja, vapur tas-sajd li sidu huwa Malti iżda li jbaħħar taħt il-bandiera tal-Libja u li ntuża biex illegalment treġġgħu lura lejn il-Libja madwar 50 immigrant akkumpanjati [...]

Go to Top