Dak li l-imxijja sabilha tarfha

By
2020-11-30T14:13:07+01:00Mon, 30th Nov '20, 11:15|

Dawk il-politiċi li jippruvaw jieħdu l-krettu għall-għerf li jkun irnexxielha tikseb ix-xjenza, jagħmlu ħsara lill-kredibilità oġġettiva tax-xjenza daqs dawk li jiċħdu l-eżistenza ta' dak kollu li x-xjenza jkun irnexxielha tipprova bħala fatt. Ma naħsibx li huma bosta dawk li d-diskorsi ta' Robert Abela jieħduhom bis-serjetà. S'issa lill-partitarji tal-Labour m'hu jimpressjonahom xejn u dawn qed jistennew [...]

Is-swaba tal-qarnita li qed taħkimna

By
2020-11-30T10:14:54+01:00Mon, 30th Nov '20, 08:47|

Ir-rapport li xxandar dwar il-pulizija li ssemmgħet fuq diskors ta' accountant mafjuż li jaħsel il-biljuni tal-‘Ndrangheta, waħda mill-akbar għaqdiet kriminali fid-dinja u li hi wkoll waħda mill-aktar perikolużi, għandu jġiegħel lin-nies tintebaħ ma xiex qed inħabbtu wiċċna. Fiż-żmien meta Matthew Caruana Galizia kien ħareġ bil-kliem 'Mafia State' - kliem li bosta kienu dawk li ma [...]

Qed tilgħab man-nar, Simon Mercieca

By
2020-11-27T23:15:59+01:00Fri, 27th Nov '20, 14:56|

Dwar Simon Mercieca ktibt f'dan il-blog u okkażjonalment insib ruħi ninkwieta li, permezz tat-tweġibiet tiegħi, nkun qed nagħti pubbliċità mhux mistħoqqa lill-qlajjiet ta' dan il-miġnun. Nista' nikteb patafjun dwar il-gideb li qed imexxi dan il-bniedem. Għalih dawn ma jammontawx għal gideb iżda huma fatti alternattivi li permezz tagħhom jaqleb ta' taħt fuq ir-realtà u jibdilha [...]

Fidil ir-raġel!

By
2020-11-27T18:30:04+01:00Fri, 27th Nov '20, 13:32|

Ma stajtx ma nkunx preżenti biex b'għajnejja nara lil Konrad Mizzi, hu u jiġi mistoqsi sensiela ta' mistoqsijiet li ilu jiżloq milli jweġibhom għal 7 snin, jirrepeti l-kliem "ma nweġibx" għal mitt darba. Għandu jkun jaf li għaż-żmien li fadallu f'din id-dinja - fil-ħabs jew barra l-ħabs, fir- rokna fejn xeħtuh fis-sala tal-Parlament jew fil-post [...]

Qed jilgħaqu l-art. Wieħed wara l-ieħor

By
2020-11-26T13:13:19+01:00Thu, 26th Nov '20, 12:22|

Joe Cuschieri għadu kemm warrab mit-tmexxija tal-Malta Financial Services Authority. Dan għamlu wara li, għall-ewwel, "issospenda lilu nnifsu" iżda qabel joħroġ ir-riżultat ta' inkjesta nterna mill-eks-Prim Imħallef Joseph Azzopardi li kien ġie mqabbad mill-bord tal-MFSA. Meta kien inħatar Joseph Azzopardi, x'aktarx li ħasbu li dan kien ser ikun ħanin magħhom. Wara kollox, din kienet l-istess [...]

Tassew jinqalgħu għall-buffunati

By
2020-11-25T20:24:29+01:00Wed, 25th Nov '20, 17:10|

Lil Matthew Carbone, l-kelliem ewlieni tal-gvern, il-wiċċ ta' Robert Abela mal-ġurnalisti, l-propagandist prim u kap tal-komunikazzjonijiet, għadhom kemm ġeddewlu l-kuntratt part-time li għandu. Għaliex għandkom tifhmu li, iva, il-kelliem ewlieni tal-gvern jeħtieġ u għandu mpjieg part-time u, kif tistgħu timmaġinaw, il-gvern ta' Malta huwa fost dawk li jħaddmuh. Huwa membru tal-bord li jifli l-films u [...]

Għal ftit ma jaqbdekx id-daħk.

By
2020-11-25T20:08:18+01:00Wed, 25th Nov '20, 17:03|

Fit-28 ta' Ġunju li għadda kont ktibt dwar Ishmael Psaila, preżentatur fuq is-Super One u attivist Laburista li huwa wkoll l-avukat personali ta' Keith Schembri. Dakinhar kont ktibt dwaru għaliex, wara li qaċċat lil Aron Mifsud Bonnici minn fuq il-bord tal-Enemalta hekk kif feġġ l-iskandlu tal-imtieħen tar-riħ tal-Montenegro, l-gvern daħħal floku Ishmael Psaila, li m'huwa [...]

Fi kliemu

By
2020-11-25T19:23:31+01:00Wed, 25th Nov '20, 16:48|

Bix-xieraq Malta llum sellmet 'il Oliver Friggieri. Qatt m'għallimni imma għal xi xhur kien ixandar fuq ir-radju meta fuq ir-radju kien hemm diskors li kont ridt tisma'. Oliver Friggieri ma kienx jinqala' għat-teknoloġija. Uliedi ma jemmnuniex imma meta kelli 17-il sena kont saħħar tat-teknoloġija u allura kont inħaddam l-apparat waqt li Oliver Friggieri kien jiffoka [...]

Il-Ministeru tat-Tqalfit tal-Imbeċilli

By
2020-11-23T17:55:08+01:00Mon, 23rd Nov '20, 09:35|

It-tibdil li Robert Abela għadu kemm wettaq fil-kabinett tal-ministri fakkarni xi ftit fi tmiem l-istaġun tal-futbol. Miriam Dalli u Clyde Caruana ġew sparati 'l fuq u tqabbżu fuq l-irjus ta' veterani li servew taħt Joseph Muscat. Iżda l-inkwiet veru tfaċċa lejn in-naħa t'isfel tal-klassifika. L-ewwel wieħed li ġie kalat 'il barra kien Edward Scicluna. Dan [...]

Disprezz istituzzjonalizzat

By
2020-11-21T09:22:57+01:00Fri, 20th Nov '20, 10:23|

Erġajna koppi. Dan il-gvern jiġi jaqa' u jqum dwar kif tarana d-dinja.  Diġà ninsabu f'baħar ta' nkwiet mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal diversi raġunijiet. Kellna żewġ banek li kienu ngħataw liċenzja wara l-2013 li ġew imġiegħla jagħlqu minħabba ħasil persistenti ta' flejjes maħmuġin. U l-pożizzjoni ta' pajjiżna bħala ġurisdizzjoni finanzjarja fil-lista l-bajda issa tinsab imdendla. [...]

Joe Mifsud reġa’ għamilha

By
2020-11-19T15:00:42+01:00Thu, 19th Nov '20, 12:49|

Tlitt irġiel kienu tressqu l-qorti u kienu ġew mixlija talli fil-lejl tad-29 ta' Novembru 2019, waqt li l-Kabinett tal-Ministri dam f'laqgħa sat-3 ta' filgħodu, llegalment qaflu f'kamra f'Kastilja lil grupp ta' ġurnalisti li kienu nġabru biex jisimgħu lil Joseph Muscat jistqarr li l-Ministri damu 7 sigħat biex jiddeċiedu dwar iċ-ċaħda tat-talba għall-immunità ta' Yorgen Fenech. [...]

Għall-qerq ma jirbħilhom ħadd

By
2020-11-18T13:15:51+01:00Wed, 18th Nov '20, 10:44|

Il-bieraħ qiegħedna 100 siġġu f'Misraħ Kastilja, poġġejna l-fjuri fuqhom u fakkarna f'dawk il-vittmi li mietu bl-imxijja Covid 19. Aħna kkritikajna l-politika tal-gvern f'dan ir-rigward u malli Robert Abela tfaċċa fuq l-għatba ta' Kastilja kien hemm min għadda rimarki ta' diżapprovazzjoni fil-konfront tiegħu. Dan ġie rappurtat fil-mezzi tax-xandir. U r-reazzjoni ta' mijiet ta' kummentaturi u ta' [...]

It-trasparenza skont Robert Abela

By
2020-11-17T19:03:18+01:00Tue, 17th Nov '20, 18:30|

Lill-membri parlamentari, Robert Abela qalilhom li għandhom jikkonformaw ruħħom mal-kodiċi tal-etika u jiddikjaraw ġidhom. Il-ministri tal-gvern huwa mistenni minnhom li kull sena jippubblikaw il-lista tal-ġid tagħhom. Il-proċess m'huwiex wieħed li jista' jissejjaħ dettaljat u l-fatt biss li l-ġid ta' żwieġhom jew ta' seħbithom ma jiġix dikjarat, jirrendih f'farsa. Iżda minkejja dawn ir-regoli laxki fejn tidħol [...]

Robert Abela jrid ibellagħha li Roberta Metsola tobgħod lit-tfal morda bil-kanċer

By
2020-11-16T17:32:46+01:00Mon, 16th Nov '20, 13:56|

Il-Prim Ministru m'għandux il-ħila li jinfatam mill-vizzji tal-imgħoddi. Eżatt bħal dak ta' qablu, lill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ma jiddefendihiex bis-saħħa ta' argumenti mnebbħin mill-merti tagħha stess. Tafu għaliex? Għaliex ħlief għall-fatt li l-iskema tissarraf fi flus, m'għandha ebda merti. Il-flus ma jrendux l-argument wieħed sod. Tista' tagħmel il-flus anki jekk tagħmel serqa minn bank, iżda dan [...]

Il-PN reġa’ qabad it-triq tad-diċenza u min hu ndiċenti xejn ma ħa pjaċir b’dan

By
2020-11-13T13:28:45+01:00Fri, 13th Nov '20, 10:26|

Edwin Vassallo ilu fil-PN għal ħafna snin. Qatt ma kellu tolleranza, luċidità u rispett lejn id-diversità aktar milli għandu llum.  Iżda kien jaf li ma kienx jaqbillu jparla żejjed. Kien jaf li ma setax igħaddiha lixxa li kieku kellu jesprimi bla xkiel il-preġudizzji tiegħu. Iżda mbagħad il-PN għadda minn fażi li matulha t-tixrid tal-velenu tal-mibgħeda [...]

L-attenzjoni tagħna jeħtieġ li tibqa’ ffukata

By
2020-11-11T12:36:46+01:00Wed, 11th Nov '20, 09:22|

  Manuel Delia · PODCAST: We've Had Our Fun With Jason's Pilgrimage Jeħtieġ li l-attenzjoni tagħna tibqa' tiffoka fuq dak li hu l-aktar importanti. Il-lejl li għadda lil Konrad Mizzi qafluħ f'ċella u raqad fiha minħabba l-fatt li l-pulizija għad fadlilha x'tinterrogah dwar suspett tas-sehem tiegħu fil-kriminalità finanzjarja. U lil Keith Schembri l-pulizija ġabruh dalgħodu [...]

Repubblika mħassba dwar ‘ġenerazzjoni mitlufa’ ta’ tfal tal-iskola

By
2020-11-07T09:47:00+01:00Sat, 7th Nov '20, 09:47|

Din hi stqarrija li għamlet dal-għodu Repubblika. Repubblika hija mħassba ħafna fuq il-mod kif il-gvern qiegħed imexxi s-sitwazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni waqt il-pandemija tal-COVID. L-akbar inkwiet tagħna huwa li l-falliment tal-gvern qiegħed iwassal biex mhux it-tfal kollha jkollhom opportunitajiet indaqs. Qed titħalla sitwazzjoni fejn l-opportunitajiet li għandhom it-tfal tagħna ivarjaw skond liema skola li jattendu – [...]

Proprju b’Cyrus Engerer qed jippretendu li jikkonvinċu lid-dinja li m’aħniex ċorma ta’ ħallelin?

By
2020-11-06T10:30:52+01:00Thu, 5th Nov '20, 10:09|

Sa fl-aħħar Cyrus Engerer sab ruħu fil-Parlament Ewropew. Il-mixja tiegħu kienet bdiet fl-2014 u, wara li konna ġejna kostretti li nsegwuha, issa ser ikollna nassistu għal dik l-espressjoni stupida li għandu fuq wiċċu li, b'xorti tajba, ser tkun moħbija wara maskra. Meta f'Ġunju 2018, Cyrus Engerer kien ħabbar li kien bi ħsiebu jikkontesta l-elezzjonijiet għall-Parlament [...]

Jekk lanqas m’għandek il-ħila li tiċħad li int frodist….

By
2020-11-04T23:29:14+01:00Wed, 4th Nov '20, 17:42|

Jien m'jinix qorti (daqskemm lanqas l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia m'hi qorti). Għaldaqstant m'għandix għalfejn nibqa' lura milli nasal għall-konklużjonijiet tiegħi meta xi ħadd "jagħżel li ma jweġibx għal mistoqsija" sabiex ma jinkriminax ruħu. Għiduli kemm tridu li jien frodist u, wara reazzjoni fiżika ta' nofs kedda li tfakkarni f'dawk il-ġranet twal li [...]

Go to Top