Stat polizjesk li jsarraf fil-qerda tad-demokrazija
Il-ħajja komunitarja ma tikkonċernax biss id-dar u x-xogħol. Ma tikkonċernax biss il-flus - anki l-flus li nonfqu biex inħallsu lil dawk li jipprovdulna d-divertiment. Il-ħajja fil-komunità tfisser imġieba u azzjonijiet li jsiru għalenija minn nies li jsarrfu biex jinħoloq il-ġid għal kulħadd. Hemm uħud li jivvolontarjaw biex igħinu lil min hu fil-bżonn u lil dawk [...]