Ma nħallux id-demokrazija tinqered
Il-bieraħ il-ġurnalista Victor Paul Borg laqat il-musmar fuq rasu permezz ta' kitbietu. Wara li seħħet dik il-famuża konferenza stampa ta' Robert Abela li fiha għoġbu jattakka lill-ġurnalisti talli dawn ażżardaw jistaqsuh mistoqsijiet skomdi u li matulha stqarr li kien qed iħossu sturdut u li ma messux kien xogħol għax ma kienx jiflaħ, bosta kienu dawk [...]
Il-ġurnalisti jqabbżuha lid-“difensur tal-ġurnalisti”
Matul konferenza stampa riċenti qabel dik tal-bieraħ, il-prim ministru kien stqarr li jqis lilu nnifsu bħala l-anġlu kustodju tal-libertà ġurnalistika. “Inwiegħed li nkun id-difensur tal-ġurnalisti kollha” qal lill-udjenza li kellu quddiemu. Dan id-diskors qalu lejn l-aħħar ta' Jannar, ftit aktar minn xahar ilu. Il-bieraħ deher li qabżitlu meta Tim Diacono tal-Lovin Malta staqsieh jekk kienx [...]
Libes żarbun li ma jiġieħx
Kien patetiku Robert Abela waqt il-konferenza stampa tal-lum dwar l-imxijja. U kien superfiċjali u ardit fit-tweġibiet li ta għan-nom tal-gvern tiegħu. F'ħin minnhom deher li ntebaħ li kien qed jagħżaq u stqarr li ma kienx f'sikktu u li kien qed jieħu l-mediċini. Iżda stqarr ukoll li l-pressjonijiet tal-kariga li qed jokkupa qed ikissruh. Din m'hix [...]
Pajjiż immexxi minn vavu
Il-filmat li fih Robert Abela jinstema' jħabbar li f'Marzu konna ser nitilqu niġru leħaq infirex sewwa qabel tħabbret l-aħbar inevitabbli li ser jittieħdu miżuri aktar iebsin f'attentat biex titwaqqaf u tiġi kontrollata l-firxa tal-imxijja. Anki dawk li huma mill-aktar xettiċi u ambivalenti skantaw bir-rati għoljin ta' infezzjoni li issa qed jaqbżu t-300 kuljum. L-imwiet qed [...]
Chris Fearne, jaqaw m’għandekx il-ħila li tikxef l-isem?
Tgħidx kemm kien drammatiku l-bieraħ Chris Fearne wara li l-Oppożizzjoni sfidatu u akkużatu li kien qed jagħmel il-preferenzi politiċi u jqabbeż nies fuq oħrajn li qed jistennew biex jingħataw it-tilqima kontra l-imxijja. Hu u jiċħad dawn l-istejjer, Chris Fearne infexx f'dagħdiha ta' rabja u lill-Kap tal-Oppożizzjoni qallu li kien hemm membru tal-grupp parlamentari tal-PN li [...]
Il-bogħod mill-verità
Mario Cutajar wieġeb għal diskors li għamel il-bieraħ fil-Parlament Jason Azzopardi li permezz tiegħu id-deputat tal-PN allega li fl-2013 il-kap tas-servizz ċivili u dak li kien imexxi l-korp tal-pulizija kienu ngħaqdu biex flimkien jintimidaw impjegat anzjan tal-gvern u jġiegħeluh iwarrab. L-istqarrija ta' Cutajar hi twila 8 paragrafi. F'seba' paragrafi u nofs minnhom ma jagħmel ebda [...]
Nieħdu ħsieb xulxin waqt li nipprotestaw
Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com ifakkru li l-protesta t’għada t-Tnejn, l-1 ta’ Marzu 2021 fil-17:00 quddiem il-Parlament qed issir wara notifika lill-Pulizija skont il-liġi u b’konformità mar-rekwiżiti u l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa. Persuni li jħossuhom ma jifilħux huma miltuba jibqgħu id-dar. Dawk li se jieħdu sehem fil-protesta huma mfakkra li: Min jieħu sehem fil-protesta irid ikun [...]
Hekk sewwa! Dendlulu midalja ma’ sidru.
Skont il-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-lum Ian Abdilla, l-uffiċjal għoli tal-Pulizija li qagħad jieħu belgħa kafè waqt li, fis-satra tal-lejl, Ali Sadr Hashemi Nejad inkiss inkiss ħareġ provi dokumentati mill-Pilatus Bank, ser jingħata midalja bħala rikonoxximent għas-servizz li ta lin-nazzjon. Daphne Caruana Galizia, li nqatlet waqt li kienet fuq dmirijietha, għadha sal-lum ma ġietx rikonoxxuta mill-Istat. [...]
Lestu ruħkom biex nerġgħu nipprotestaw
Repubblika, #occupyjustice u din il-website qed isejjħu lill-poplu biex nhar it-Tnejn 1 ta' Marzu fil-5pm jipprotesta quddiem il-bini tal-Parlament. Jeħtieġ li nġeddu l-insistenza tagħna li ssir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia, ma' niesha u mal-pajjiż kollu. Inħossu rabja kbira aħna u ninnotaw lill-Prim Ministru Robert Abela jgħaġġel b'kemm għandu saħħa biex jagħlaq każ li għadu [...]
Każ magħluq? Ċertament li m’huwiex.
Is-sofistrija li qed nisimgħu bħalissa fid-diskors m'għandhiex limitu. U din is-sofistrija qed tiġi mpinġija bħala kjarezza. Il-prim ministru stqarr li l-qattiel ta' Daphne, Ċensu "l-Koħħu" Muscat ma kienx semma' l-isem ta' politiku fil-kuntest tal-assassinju tagħha. Ma kienx dan li semgħu tan-Newsbook u għaldaqstant il-mistoqsija saret lil Anġlu Gafà u dan kien aktar kategoriku fit-tweġiba li ta: [...]
Repubblika għal darb’oħra tħeġġeġ lil Rosianne Cutajar biex twarrab
Dalgħodu attivisti ta' Repubblika marru quddiem l-uffiċċju ta' Rosianne Cutajar fil-Belt Valletta biex iħeġġuha twarrab. Segwu filmat tal-attività. Dan l-imbierek ta' Ġorġ Bnazzi kien qed isegwi. U Rosianne Cutajar kienet qed issegwi wkoll. Tajjeb. X'aktarx li l-messaġġ waslilha.
Fadlilna ħafna x’naqdfu
X'aktarx li l-konferenza stampa li ta l-bieraħ Robert Abela ssaħħaħ sew il-fehma ta' min jidhirlu li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż m'humiex jaħdmu kif suppost qed jaħdmu. Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kitba li ġejja ta' Alessandra Dee Crespo li tiġbor fiha s-sens ta' dak li diġà għaddejna minnu fl-imgħoddi. It-teatrin tal-bieraħ qabblitu mal-konferenza stampa li kien ta Joseph [...]
“Malta qed tistenniek”
Bħall-lum ħames snin ilu, Daphne Caruana Galizia kienet xandret artiklu dwar ħaruf tan-New Zealand li kien lest għall-qatla fil-festi tal-Għid. Din kienet l-istorja li tat bidu għall-iskandlu tal-Panama Papers. ? #OTD 2016, #DaphneCaruanaGalizia teased us with this cryptic post. We didn't know what it meant, but @KonradMizzi & @keithaschembri knew. 5 down the line, both [...]
Ma kienx ser joqgħod b’idejħ fuq żaqqu
Reno Bugeja għadu kemm inħatar bħala kap tal-komunikazzjonijiet u tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-korporazzjoni statali tal-enerġija. Dan huwa impjieg full-time fuq ħatriet l-oħra li ngħata kemm ilu li rtira mill-kariga ta' editur tal-aħbarijiet ta' TVM. Huwa kien ingħata promozzjoni bħala editur tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv tal-istat f'Mejju 2013, ftit anqas minn xahrejn wara li Joseph Muscat tela' fil-gvern. [...]
Il-Koħħu x’aktarx li qed jikkopera mal-awtoritajiet
Ċensu “il-Koħħu” Muscat, bniedem li jinsab mixli li kien wieħed minn tliet assassini li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, għadu kemm ċeda appell li kien sar minn digriet ta' mħallef li permezz tiegħu kienu ġew miċħuda l-eċċezzjonijiet tekniċi kollha li kienu għamlu l-avukati difensuri tat-tliet akkużati. X'aktarx li permezz ta' din ir-rinunzja tal-appell, tista' titwitta' [...]
Il-Ministru tal-Ġustizzja tiegħek qed jaħdem għalik b’ilsienu barra!
Kull darba li tisimgħu lil min jitkellem favur il-fatt li l-ministri għandhom ikunu wkoll membri tal-parlament li minn elezzjoni għal oħra jkunu f'tellieqa biex jistagħdu għall-voti, agħtu daqqa t'għajn lejn dawn ir-ritratti. Ħsibtu li l-Ministru tal-Ġustizzja kien qed jaħdem qatigħ b'ilsienu barra biex idaħħal ir-riformi dwar is-saltna tad-dritt li dan pajjiżna tant jeħtieġ biex iseħħ [...]
Aħna lkoll imġienen. Kollu tort tagħna.
Sa fejn tkun trid tasal biex iġġiegħel lil Robert Abela jirrabja? Il-bieraħ fil-Parlament deher jitħaddet fit-tul ras imb'ras ma' Rosianne Cutajar. Ara li ma tmorrux tiġru bl-idea l-prim ministru kien b'xi mod qed jipprova jqiegħdha f'postha pubblikament biex juri lil kulħadd x'id soda għandu mal-ministri tiegħu tafux! Il-bieraħ ix-xena li kien hemm jista' jkun li [...]