About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Muscat giddeb lill-ministri tiegħu

By
2020-12-05T13:37:57+01:00Fri, 4th Dec '20, 15:02|

Mill-bidu nett, Joseph Muscat wera' li ma kienx qed jieħu pjaċir bil-mistoqsijiet li kienu qed isiru matul is-sena li ilha għaddejja l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u ta' sikwit ipprova jwaħħal fl-avukati tal-familja. U ma ddejjaq xejn jipprova jwaħħal fl-Imħallfin ukoll. Xi drabi wera' t-tħassib tiegħu dwar il-kwalità tax-xhieda li semgħu l-membri tal-bord [...]

Katina ta’ ġrajjiet li wasslet għal assassinju

By
2020-12-04T23:48:16+01:00Fri, 4th Dec '20, 13:39|

Joseph Muscat illum xehed quddiem bord ta' inkjesta li kien ħatar huwa stess, liema nkjesta qed teżamina r-rwol li seta' kellu l-istat fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Iżda Muscat mingħalih li għadu fiċ-ċentru tal-univers u, mill-bidu nett, ipprova jaqleb lill-inkjesta ta' taħt fuq. Qara' stqarrija li kien ħejja bil-quddiem li l-kontenut tagħha kien aktar dwar [...]

Il-Qorti ma qagħditx togħmodha: Ian Borg huwa giddieb

By
2020-12-01T11:55:30+01:00Tue, 1st Dec '20, 10:20|

Sentenza li ngħatat mill-qorti 'l bieraħ bir-raġun għandha twassal għar-riżenja ta' Ian Borg. Mhux talli mhux ser iwarrab iżda huwa arroganti biżżejjed li jaħseb, anki bejnu u bejn ruħu, li m'għandux għalfejn iwarrab. Bis-saħħa tas-sentenza tagħha tal-bieraħ, f'kawża li fiha huwa kien xhud, il-qorti ikkonfermatu bħala bniedem li m'huwiex adattat biex iservi fil-ħajja pubblika. Aqraw [...]

Dak li l-imxijja sabilha tarfha

By
2020-11-30T14:13:07+01:00Mon, 30th Nov '20, 11:15|

Dawk il-politiċi li jippruvaw jieħdu l-krettu għall-għerf li jkun irnexxielha tikseb ix-xjenza, jagħmlu ħsara lill-kredibilità oġġettiva tax-xjenza daqs dawk li jiċħdu l-eżistenza ta' dak kollu li x-xjenza jkun irnexxielha tipprova bħala fatt. Ma naħsibx li huma bosta dawk li d-diskorsi ta' Robert Abela jieħduhom bis-serjetà. S'issa lill-partitarji tal-Labour m'hu jimpressjonahom xejn u dawn qed jistennew [...]

Is-swaba tal-qarnita li qed taħkimna

By
2020-11-30T10:14:54+01:00Mon, 30th Nov '20, 08:47|

Ir-rapport li xxandar dwar il-pulizija li ssemmgħet fuq diskors ta' accountant mafjuż li jaħsel il-biljuni tal-‘Ndrangheta, waħda mill-akbar għaqdiet kriminali fid-dinja u li hi wkoll waħda mill-aktar perikolużi, għandu jġiegħel lin-nies tintebaħ ma xiex qed inħabbtu wiċċna. Fiż-żmien meta Matthew Caruana Galizia kien ħareġ bil-kliem 'Mafia State' - kliem li bosta kienu dawk li ma [...]

Qed tilgħab man-nar, Simon Mercieca

By
2020-11-27T23:15:59+01:00Fri, 27th Nov '20, 14:56|

Dwar Simon Mercieca ktibt f'dan il-blog u okkażjonalment insib ruħi ninkwieta li, permezz tat-tweġibiet tiegħi, nkun qed nagħti pubbliċità mhux mistħoqqa lill-qlajjiet ta' dan il-miġnun. Nista' nikteb patafjun dwar il-gideb li qed imexxi dan il-bniedem. Għalih dawn ma jammontawx għal gideb iżda huma fatti alternattivi li permezz tagħhom jaqleb ta' taħt fuq ir-realtà u jibdilha [...]

Fidil ir-raġel!

By
2020-11-27T18:30:04+01:00Fri, 27th Nov '20, 13:32|

Ma stajtx ma nkunx preżenti biex b'għajnejja nara lil Konrad Mizzi, hu u jiġi mistoqsi sensiela ta' mistoqsijiet li ilu jiżloq milli jweġibhom għal 7 snin, jirrepeti l-kliem "ma nweġibx" għal mitt darba. Għandu jkun jaf li għaż-żmien li fadallu f'din id-dinja - fil-ħabs jew barra l-ħabs, fir- rokna fejn xeħtuh fis-sala tal-Parlament jew fil-post [...]

Qed jilgħaqu l-art. Wieħed wara l-ieħor

By
2020-11-26T13:13:19+01:00Thu, 26th Nov '20, 12:22|

Joe Cuschieri għadu kemm warrab mit-tmexxija tal-Malta Financial Services Authority. Dan għamlu wara li, għall-ewwel, "issospenda lilu nnifsu" iżda qabel joħroġ ir-riżultat ta' inkjesta nterna mill-eks-Prim Imħallef Joseph Azzopardi li kien ġie mqabbad mill-bord tal-MFSA. Meta kien inħatar Joseph Azzopardi, x'aktarx li ħasbu li dan kien ser ikun ħanin magħhom. Wara kollox, din kienet l-istess [...]

Tassew jinqalgħu għall-buffunati

By
2020-11-25T20:24:29+01:00Wed, 25th Nov '20, 17:10|

Lil Matthew Carbone, l-kelliem ewlieni tal-gvern, il-wiċċ ta' Robert Abela mal-ġurnalisti, l-propagandist prim u kap tal-komunikazzjonijiet, għadhom kemm ġeddewlu l-kuntratt part-time li għandu. Għaliex għandkom tifhmu li, iva, il-kelliem ewlieni tal-gvern jeħtieġ u għandu mpjieg part-time u, kif tistgħu timmaġinaw, il-gvern ta' Malta huwa fost dawk li jħaddmuh. Huwa membru tal-bord li jifli l-films u [...]

Għal ftit ma jaqbdekx id-daħk.

By
2020-11-25T20:08:18+01:00Wed, 25th Nov '20, 17:03|

Fit-28 ta' Ġunju li għadda kont ktibt dwar Ishmael Psaila, preżentatur fuq is-Super One u attivist Laburista li huwa wkoll l-avukat personali ta' Keith Schembri. Dakinhar kont ktibt dwaru għaliex, wara li qaċċat lil Aron Mifsud Bonnici minn fuq il-bord tal-Enemalta hekk kif feġġ l-iskandlu tal-imtieħen tar-riħ tal-Montenegro, l-gvern daħħal floku Ishmael Psaila, li m'huwa [...]

Fi kliemu

By
2020-11-25T19:23:31+01:00Wed, 25th Nov '20, 16:48|

Bix-xieraq Malta llum sellmet 'il Oliver Friggieri. Qatt m'għallimni imma għal xi xhur kien ixandar fuq ir-radju meta fuq ir-radju kien hemm diskors li kont ridt tisma'. Oliver Friggieri ma kienx jinqala' għat-teknoloġija. Uliedi ma jemmnuniex imma meta kelli 17-il sena kont saħħar tat-teknoloġija u allura kont inħaddam l-apparat waqt li Oliver Friggieri kien jiffoka [...]

Il-Ministeru tat-Tqalfit tal-Imbeċilli

By
2020-11-23T17:55:08+01:00Mon, 23rd Nov '20, 09:35|

It-tibdil li Robert Abela għadu kemm wettaq fil-kabinett tal-ministri fakkarni xi ftit fi tmiem l-istaġun tal-futbol. Miriam Dalli u Clyde Caruana ġew sparati 'l fuq u tqabbżu fuq l-irjus ta' veterani li servew taħt Joseph Muscat. Iżda l-inkwiet veru tfaċċa lejn in-naħa t'isfel tal-klassifika. L-ewwel wieħed li ġie kalat 'il barra kien Edward Scicluna. Dan [...]

Disprezz istituzzjonalizzat

By
2020-11-21T09:22:57+01:00Fri, 20th Nov '20, 10:23|

Erġajna koppi. Dan il-gvern jiġi jaqa' u jqum dwar kif tarana d-dinja.  Diġà ninsabu f'baħar ta' nkwiet mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal diversi raġunijiet. Kellna żewġ banek li kienu ngħataw liċenzja wara l-2013 li ġew imġiegħla jagħlqu minħabba ħasil persistenti ta' flejjes maħmuġin. U l-pożizzjoni ta' pajjiżna bħala ġurisdizzjoni finanzjarja fil-lista l-bajda issa tinsab imdendla. [...]

Joe Mifsud reġa’ għamilha

By
2020-11-19T15:00:42+01:00Thu, 19th Nov '20, 12:49|

Tlitt irġiel kienu tressqu l-qorti u kienu ġew mixlija talli fil-lejl tad-29 ta' Novembru 2019, waqt li l-Kabinett tal-Ministri dam f'laqgħa sat-3 ta' filgħodu, llegalment qaflu f'kamra f'Kastilja lil grupp ta' ġurnalisti li kienu nġabru biex jisimgħu lil Joseph Muscat jistqarr li l-Ministri damu 7 sigħat biex jiddeċiedu dwar iċ-ċaħda tat-talba għall-immunità ta' Yorgen Fenech. [...]

Għall-qerq ma jirbħilhom ħadd

By
2020-11-18T13:15:51+01:00Wed, 18th Nov '20, 10:44|

Il-bieraħ qiegħedna 100 siġġu f'Misraħ Kastilja, poġġejna l-fjuri fuqhom u fakkarna f'dawk il-vittmi li mietu bl-imxijja Covid 19. Aħna kkritikajna l-politika tal-gvern f'dan ir-rigward u malli Robert Abela tfaċċa fuq l-għatba ta' Kastilja kien hemm min għadda rimarki ta' diżapprovazzjoni fil-konfront tiegħu. Dan ġie rappurtat fil-mezzi tax-xandir. U r-reazzjoni ta' mijiet ta' kummentaturi u ta' [...]

It-trasparenza skont Robert Abela

By
2020-11-17T19:03:18+01:00Tue, 17th Nov '20, 18:30|

Lill-membri parlamentari, Robert Abela qalilhom li għandhom jikkonformaw ruħħom mal-kodiċi tal-etika u jiddikjaraw ġidhom. Il-ministri tal-gvern huwa mistenni minnhom li kull sena jippubblikaw il-lista tal-ġid tagħhom. Il-proċess m'huwiex wieħed li jista' jissejjaħ dettaljat u l-fatt biss li l-ġid ta' żwieġhom jew ta' seħbithom ma jiġix dikjarat, jirrendih f'farsa. Iżda minkejja dawn ir-regoli laxki fejn tidħol [...]

Robert Abela jrid ibellagħha li Roberta Metsola tobgħod lit-tfal morda bil-kanċer

By
2020-11-16T17:32:46+01:00Mon, 16th Nov '20, 13:56|

Il-Prim Ministru m'għandux il-ħila li jinfatam mill-vizzji tal-imgħoddi. Eżatt bħal dak ta' qablu, lill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ma jiddefendihiex bis-saħħa ta' argumenti mnebbħin mill-merti tagħha stess. Tafu għaliex? Għaliex ħlief għall-fatt li l-iskema tissarraf fi flus, m'għandha ebda merti. Il-flus ma jrendux l-argument wieħed sod. Tista' tagħmel il-flus anki jekk tagħmel serqa minn bank, iżda dan [...]

Il-PN reġa’ qabad it-triq tad-diċenza u min hu ndiċenti xejn ma ħa pjaċir b’dan

By
2020-11-13T13:28:45+01:00Fri, 13th Nov '20, 10:26|

Edwin Vassallo ilu fil-PN għal ħafna snin. Qatt ma kellu tolleranza, luċidità u rispett lejn id-diversità aktar milli għandu llum.  Iżda kien jaf li ma kienx jaqbillu jparla żejjed. Kien jaf li ma setax igħaddiha lixxa li kieku kellu jesprimi bla xkiel il-preġudizzji tiegħu. Iżda mbagħad il-PN għadda minn fażi li matulha t-tixrid tal-velenu tal-mibgħeda [...]

Go to Top