About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

‘Provi dwar kollużjoni Maltija ma’ Libjani li jittorturaw lill-immigranti jistgħu iwasslu għal responsabbiltà kriminali għal reati kontra l-umanità’ – espert dwar il-liġijiet internazzjonali

By
2020-04-24T17:31:19+02:00Fri, 24th Apr '20, 08:42|

Hu u jiġi intervistat mill-ġurnal Kattoliku Taljan L’Avvenire, kelliem għall-aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex għadda informazzjoni li turi li s-servizzi tas-salvataġġ tal-Italja, ta' Malta u tal-Libja kienu ngħataw l-informazzjoni kollha li kienu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jsalvaw lill-immigranti li kienu riekbin fuq dinghy li minnhom 5 għerqu u 7 oħra ħadd ma jaf x'sar minnhom. Dawk [...]

Vapur mingħajr isem. Iżda bi skop preċiż

By
2020-04-24T16:50:12+02:00Fri, 24th Apr '20, 08:05|

Minkejja l-isforzi li saru biex jiġu mistura l-isem, l-identità u l-istorja tal-vapur li għabba lill-immigranti li ġew salvati  fl-ibħra Maltin fi żmien il-Għid, mill-internet irriżultaw stejjer interessanti dwar dan il-vapur. Huwa mifhum li l-vapur in kwistjoni jġib l-isem Mae Yemanja. Kelliem għall-UNHCR qalli li l-aġenzija mhix ċerta għal kollox li l-vapur li kien għabba l-passiġġieri [...]

Ħarbu minn infern u reġgħu spiċċaw f’ieħor

By
2020-04-24T15:57:49+02:00Thu, 23rd Apr '20, 16:30|

Photo: Arezo Malakooti Kif diġà ġie rappurtat aktar kmieni llum, l-immigranti involuti fid-diżastru li seħħ fi żmien il-Għid meta huwa mifhum li 12 il-ruħ għerqu fil-baħar kienu telqu mil-Libja lejliet il-Ġimgħa l-Kbira wara li kienu ilhom jistennew għal madwar tlitt ijiem fuq ix-xtajta miżmumim mit-traffikanti mingħajr ikel u ilma. Wara tlitt ijiem fuq [...]

L-Għid fuq il-baħar

By
2020-04-23T16:15:59+02:00Thu, 23rd Apr '20, 13:15|

Investigazzjonijiet li saru minn Nello Scavo ta' L’Avvenire u minn Sergio Scandura ta' Radio Radicale kixfu aktar dettalji dwar l-identità ta' dawk li kienu riekbin fuq dinghy li kienu ġew identifikati mill-awtoritajiet Maltin l-għada tal-Għid u li tkaxkru lura lejn il-Libja jumejn wara minn vapur bla isem u bla bandiera. Hemm xhieda li ġew intervistati [...]

Kemm tassew hemm sigurtà fil-bażi militari ta’ Tripli?

By
2020-04-23T13:30:49+02:00Thu, 23rd Apr '20, 11:27|

Sigħat qabel l-immigranti ttieħdu lura lejn il-Libja bis-saħħa ta' operazzjoni organizzata minn Malta, vapur tal-flotta navali Taljana kellu jagħmel evakwazzjoni minħabba l-periklu ġej minn bombi sparati mill-artillerija. Nhar it-Tnejn f'nofs ta' lejl, l-awtoritajiet Maltin ħarġu avviż hekk kif lemħu il-55 immigrant li eventwalment inġarrew lura lejn il-Libja – jigifieri dawk li kien fadal mill-grupp li [...]

Min hu sid il-vapur mingħajr isem?

By
2020-04-23T10:42:00+02:00Thu, 23rd Apr '20, 08:05|

Wara li għaddew ġranet sħaħ ta' skiet perfett u li fihom il-gvern u l-armata baqgħu ma wieġbux għall-kritika dwar il-mod kif twettaq is-salvataġġ fuq il-baħar fi żmien l-Għid, it-TVM beda' jxandar stejjer dettaljati ta' verżjoni mhux uffiċjali tal-operazzjoni tas-salvataġġ tal-armata. Tat-TVM qed igħidu li l-istorja qed "jinvestigawha" iżda minn dak li qed jixxandar jidher li [...]

Nagħtikom parir taqraw dan li ġej

By
2020-04-25T18:41:05+02:00Wed, 22nd Apr '20, 10:32|

Qed jippruvaw jitimgħu lill-poplu l-qerq dwar dak li seħħ mill-Għid 'l hawn: id-deċiżjoni tal-gvern li jabbanduna lil dawk li kienu fil-periklu tal-mewt bl-għarqa fl-ibħra tagħna, l-impatt li kellha din id-deċiżjoni fuq mill-inqas żewġ dgħajjes mgħobbijin bin-nies, l-imwiet ta' 12 minnhom, is-sejħa ta' Repubblika biex titnieda investigazzjoni dwar l-inċidenti u r-reazzjoni bla preċedent tal-prim ministru. Saħansitra [...]

Ifarfru t-tort fuq l-Unjoni Ewropea

By
2020-04-20T12:18:18+02:00Mon, 20th Apr '20, 07:42|

Fl-isforz tagħhom li jsibu l-għedewwa lil minn jattakkaw, tal-Partit Laburista u dawk li jitkellmu f'ismu tgħidx kemm qegħdin jehdew iwaħħlu fl-Unjoni Ewropea għal dak kollu li ma jinżlilhomx. Il-propaganda ta' mibgħeda kontra l-barranin qabdet l-għeruq u qed tinfirex anki fost uħud li ma jappoġġjawhomx. Dan m'hu xejn ħlief pass ieħor fit-triq tal-lemin estrem li qabad [...]

Min huwa l-għadu?

By
2020-04-17T23:44:10+02:00Fri, 17th Apr '20, 23:02|

Mingħajr ma noqgħod nidħol fil-mertu tal-preċiżjoni storika tal-interpretazzjoni ta' Glen Bedingfield ta' dan ir-ritratt, l-intenzjoni tiegħu hi ċara. Fi ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin, Repubblika u dawk li jażżardaw jagħtuha l-pariri huma kollaboraturi mal-għadu, jiġifieri mal-ħażin. Dak li qed iseħħ bħalissa huwa sforz stil Goebbels biex iqanqal paranojja fost in-nies li tisfrutta r-razziżmu iżda li [...]

L-imwiet ta’ persuni innoċenti Robert Abela jdawwarhom f’xilja kontra dawk li jażżardaw li jikkritikawħ

By
2020-04-17T23:18:17+02:00Fri, 17th Apr '20, 20:52|

Il-lejla l-Prim Ministru Robert Abela pprova jnessi minn moħħ in-nies il-fatt li mietu tnax il-ruħ fl-ibħra tagħna tort ta' deċiżjoni li ħadu hu u l-Forzi Armati biex ma jsalvawhomx u jitilquhom għal riħhom fil-baħar. U fetaħ attakk fuq Repubblika. Huwa pass ta' bla preċedent meta l-prim ministru u l-gvern kollu tiegħu jwaqqfu x-xandir pubbliku fit-8 [...]

Ċempilli r-Re tat-tigri

By
2020-04-17T11:57:06+02:00Fri, 17th Apr '20, 10:57|

Hawn hu t-"Tiger Kink". Ftit minuti wara li tellajt din il-kitba dalgħodu rċievejt telefonata minn No Caller ID. Il-persuna li ċemplet ma qaltlix min hi iżda meta staqsietni liema bajd qed nistenna li għandha tbus, intbaħt li din il-persuna kienet hu. Aktar tard huwa kkonferma li kien hu li ċempilli b'ħafna theddid bis-saħħa tal-kitba ta' [...]

Tal-Labour ħarġu lill-pappagalli biex b’ħeġġa jappoġġjaw lil Edward tagħhom

By
2020-04-17T10:06:32+02:00Fri, 17th Apr '20, 09:07|

Fejn għandhom x'jaqsmu r-relazzjonijiet pubbliċi, l-gvern ta' Robert Abela fula maqsuma mal-gvern ta' Joseph Muscat. Bħalissa hemm tilwima bejn Repubblika u Edward Zammit Lewis. Tilwima li mhux diffiċli li wieħed isib tarfha. Iżda lil tal-Kummissjoni ta' Venezja, Edward Zammit Lewis jeħtieġ jurihom li kkonsulta mas-soċjetà ċivili f'Malta dwar l-emendi proposti għall-kostituzzjoni dwar il-mod kif jinħatru [...]

Ir-Re tat-tigri

By
2020-04-17T09:29:43+02:00Fri, 17th Apr '20, 08:09|

Il-lejl li għadda Anton Rea Cutajar xandar filmat fil-Facebook u kiteb li m'għandux ikun hawn firda fil-pajjiż. F'dawn l-aħħar ġranet, din id-dikjarazzjoni ilu jirrepetiha xi ftit iżżejjed tant li issa għoddu nħanaq. Persuni bħal Anton Rea Cutajar donnhom qatt ma semgħu bin-Nażisti. Kont nistenna li nies bħal dawn jistħu jirrepetu l-argument faxxista li biex ikun [...]

L-Arċisqof: “Il-libertà tinsab fl-azzjoni”

By
2020-04-16T18:42:39+02:00Thu, 16th Apr '20, 18:42|

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna sentejn u nofs mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-tagħlim soċjali tal-Knisja ifakkarna illi l-paċi hija msejsa fuq il-verità, ġustizzja, libertà u mħabba. Dawn l-erba’ valuri huma l-pedament u jiddependu minn xulxin, kull wieħed minnhom huwa essenzjali; komunità ma tistax tkun verament fil-paċi jekk imqar waħda minnhom tkun nieqsa jew imwarba. Wara [...]

Go to Top