Wiċċ Malta ħammruh mad-dinja
Wieħed wara l-ieħor, il-membri tal-Parlament Ewropew tkellmu dwar fatti li ma jista' jiċħadhom ħadd. Ġurnalista ġiet assassinata. Kienet ġurnalista li nvestigat korruzzjoni li dwarha s'issa ma ttieħdu ebda passi. Jeżisti suspett ġustifikat li kien imdaħħal l-uffiċċju tal-prim ministru f'cover-up tal-assassinju u li għalhekk jeżisti suspett li kien involut fil-qtil innifsu. Joseph Muscat għadu jokkupa l-kariga [...]