About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

NIPPROTESTAW ILLUM! Keith Schembri hu biss il-bidu. Joseph Muscat għandu jwarrab!

By
2019-11-26T10:18:03+01:00Tue, 26th Nov '19, 10:17|

Niltaqgħu llejla fis-7pm quddiem Kastilja. Tinsewx! Illum It-Tlieta 26 ta' Novembru 2019 fis-19:00 f'Misraħ Kastilja, Valletta. Konna sejjaħna lin-nies għal għada biex jipprotestaw iżda l-avvenimenti li seħħew wasslu biex is-sitwazzjoni ssir aktar urġenti. Keith Schembri warrab mill-Berġa ta' Kastilja. Iżda dak li hu ħobża u sikkina miegħu, l-alleat u l-kompliċi tiegħu huwa l-prim ministru ta' [...]

Keith Schembri jwarrab. Issa jmiss lil Joseph Muscat.

By
2019-11-26T21:46:28+01:00Tue, 26th Nov '19, 09:45|

Joseph Muscat ħabbar ir-riżenja taċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri. Keith Schembri kien il-moħħ wara l-ħolqien ta' Joseph Muscat bħala prodott politiku. Iżda jingħad ukoll li kien il-moħħ wara l-korruzzjoni fi ħdan il-gvern. Ismu kien inkixef permezz tal-Panama Papers u l-isforzi tiegħu biex igawdi personalment mis-setgħa li kellu f'idejh kienu nbdew qabel l-elezzjoni ta' Marzu [...]

Minn kollox ser jagħmel biex jipprova jsalva ġildu

By
2019-11-26T21:45:22+01:00Tue, 26th Nov '19, 09:22|

Rapporti mill-kwartier ġenerali tal-pulizija mxandra f'numru ta' mezzi tax-xandir isostnu li Yorgen Fenech qed jagħmel minn kollox biex itawwal bil-għan li jipprova jtaffi xi ftit il-konsegwenzi ta' ikla ħabs għal għomru fuq akkużi ta' qtil. Għad irridu naraw x'se ssarraf ix-xhieda tiegħu. Il-ġurnalist tat-Times of Malta Ivan Martin illum jirrapporta li, skont l-għejjun tiegħu, li  [...]

L-espressjoni fuq wiċċ Konrad

By
2019-11-25T13:57:14+01:00Mon, 25th Nov '19, 12:34|

Li kieku l-kzazel u l-borom li għandu jkunu dejjem vojta, jista' jagħti l-każ li nkun magħlub daqshekk! Forsi jista' jkun ukoll li jkolli l-espressjoni li kellu fuq wiċċu Konrad Mizzi dalgħodu hu u jwieġeb il-mistoqsijiet ta' Ivan Martin. ‘Int kont se tirċievi flejjes ġejjin mit-tixħim mingħand bniedem suspettat bi qtil @KonradMizzi?’ #DaphneCaruanaGalizia pic.twitter.com/U0tUVNKZad — Ivan [...]

Chris Fearne jieħu post Joseph Muscat fil-konferenza tal-iGaming

By
2019-11-25T13:58:17+01:00Mon, 25th Nov '19, 12:20|

Il-konferenza SIGMA m'hix ser tinfetaħ uffiċjalment minn Joseph Muscat li bħalissa għandu ħafna aktar affarijiet fuqhiex jixħet l-attenzjoni tiegħu. Suppost kellu jiftaħ il-konferenza nhar l-Erbgħa b'ħafna xniexel. Din il-konferenza qed titnieda f'Ta' Qali  għalkemm il-premjijiet annwali fil-qasam tal-industrija ser isiru fil-lukanda Hilton. Agħtu daqqa t'għajn lejn l-iscreenshot tal-programm li sal-lum għadu jgħid li l-konferenza se [...]

Jinkiser is-skiet

By
2019-11-25T12:28:51+01:00Mon, 25th Nov '19, 09:23|

Is-sostenituri ta' Konrad Mizzi qed jinfexxu f'Evarist Bartolo u qed ifakkruh li l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament u tal-Partit Laburista fil-gvern jafhom lil Konrad Mizzi. Jaqaw dawn sikru b'xi ħaġa? Eh iva. Mingħalija jgħidulu Kool-Aid. Ċerta Coress (dan isimha proprju?) Gouder minn Raħal Ġdid, kostitwenta u sostenitriċi fanatika ta' Konrad Mizzi lil Evarist Bartolo wissietu biex isodd [...]

Meta kien iddendel ma’ djul Keith Schembri

By
2019-11-25T12:28:02+01:00Mon, 25th Nov '19, 08:30|

Lejlet l-elezzjoni tal-2017, Joseph Muscat ttanta jbeżżana bl-elezzjoni mill-ġdid tal-PN fil-gvern. Il-kuntest kien intervista televiżiva li kien għamillu Saviour Balzan meta dan staqsih kienx bi ħsiebu jżomm lil Keith Schembri f'postu. Joseph Muscat wieġeb billi fakkarna li Lawrence Gonzi kien ħatar  -- skużi -- social worker bħala chief of staff tiegħu. Jaqq. Konna fhimna x'ried [...]

Evarist Bartolo: jekk tieqaf nofs triq ikun aħjar li kieku t-triq ma tkun qsamtha xejn

By
2019-11-25T12:27:16+01:00Mon, 25th Nov '19, 08:08|

Evarist Bartolo issa semma' lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi u talabhom iwarrbu. Jien nista' nwieġbu billi ngħidlu li dak li qed jistqarr illum kien messu qalu tliet snin ilu. Nista' nwieġbu billi ngħidlu li kieku dan kollu stqarru tliet snin ilu u għaddiet tiegħu, Daphne illum għadha mimlija bil-għomor. Nista' nwieġbu wkoll billi [...]

Kien qal ħaġ’oħra wkoll

By
2019-11-24T19:18:34+01:00Sun, 24th Nov '19, 18:39|

Immorru lura għas-sena 2011. Lawrence Gonzi huwa l-prim ministru. Iċ-chief of staff tiegħu huwa Edgar Galea Curmi. Biex nagħmluha ċara, qatt ma kien hemm l-iċken ħjiel li Edgar Galea Curmi kien ġoloq kumpannija fil-Panama jew x'imkien ieħor biex din tirċievi flejjes mis-sidien ta' power station. Jew minn x'imkien ieħor. Cyrus Engerer -- tafuh lil dan [...]

Araw ukoll x’kienet qalet martu

By
2019-11-24T18:42:22+01:00Sun, 24th Nov '19, 17:17|

Segwu dan il-filmat ta' propaganda tal-2o13 Joseph Muscat kien wiegħed li kien ser jeħles lill-pajjiż mill-politika tribali tal-imgħoddi u li issa kienet ser tidħol il-meritokrazija u Malta ssir "Tagħna Lkoll". Araw lil mart Joseph Muscat hi u tgħid li għandha seba' mitt sena biex tgħix iż-żmien li fih uliedha jkunu jistgħu iħarsu lura lejn iż-żmien [...]

Araw ukoll x’qal dan

By
2019-11-24T18:41:32+01:00Sun, 24th Nov '19, 17:00|

Hawn fuq jidher Chris Cardona wara li wasal lura miż-żjara tiegħu f'Velbert  - arawħ mhux biss jaħlef li ma kienx minnu li kien mar ma' prostituta f'burdell waqt il-ħin tax-xogħol, iżda li l-prim ministru jemmen dak kollu li qallu. Hawn kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet ta' ġurnalista tat-Times of Malta. "Il-Prim Ministru lili jemminni mill-A saż-Ż," [...]

Araw ftit x’kienu qalu

By
2019-11-24T18:40:24+01:00Sun, 24th Nov '19, 16:55|

Agħtu ħarsa lejn ir-ritratt ta' Konrad Mizzi, il-kandidat-stilla twil tal-Partit Laburista li riedu jpunġuh bħala bniedem kompetenti lejlet l-elezzjoni tal-2013. Hawn jidher f'intervista mat-Times of Malta jgħidilna li l-għaks li n-nazzjonalisti stupidi u korrotti ħallew lil Malta fih dalwaqt jittaffa'. 'Nafu liema direzzjoni ser naqbdu,' qalilna. "Għandna roadmap". Il-ġurnalista jistaqsih: "Xi trid tfisser eżatt bil-kliem [...]

Niżguraw li ntemmu dak li bdejna

By
2019-11-24T16:47:53+01:00Sun, 24th Nov '19, 09:29|

Min jaħseb li dawk li jagħtu l-vot tagħhom lill-Partit Laburista huma nies maħkumin b'mentalità tribali li m'għandhomx il-ħila jaslu għal ġudizzju msejjes fuq il-moralità, mhux biss ikun qed jiżbalja bl-ikraħ, iżda jkun qed juri wkoll li hu stess huwa maħkum minn din il-mentalità u li hu stess m'għandux il-ħila li jagħmel ġudizzju morali. M'hemm ebda [...]

Tassew li l-prim ministru m’hu jgħatti xtur ħadd?

By
2019-11-23T18:00:47+01:00Sat, 23rd Nov '19, 10:00|

Dalwaqt jasal żmien li fih ikollna naraw x'informazzjoni kellu Joseph Muscat u dwar iż-żmien meta sar jaf biha. Ikollna wkoll ngħarblu l-istqarrijiet kollha li huwa għamel tul l-aħħar tliet snin sabiex tiġi determinata l-kompliċità tiegħu f'delitti kriminali gravi ħafna. Ftakru ftit fiż-żmien li fih Konrad Mizzi kien kostrett jammetti li huwa sid ta' trust f'New [...]

X’qed jistennew biex jibgħatu għal Karl Cini?

By
2019-11-23T18:00:09+01:00Sat, 23rd Nov '19, 09:49|

Jekk hemm xi ħadd li jaf sew l-intriċċi kollha li seħħew u dwar min xaħħam lil min, dan hu Karl Cini. Ftit qabel Marzu 2013 kien siefer lejn il-Panama u fl-uffiċċju ta' Mossack Fonseca beda' jwitti t-triq li kellhom igħaddu minnha l-imgħallmin korrotti tiegħu. Permezz tat-telefon, lil sħabu tal-Panama tahom struzzjonijiet dwar taħt isem min [...]

Ma jagħti kenn lil ħadd, qalilna

By
2019-11-23T17:59:20+01:00Sat, 23rd Nov '19, 09:17|

Il-prim ministru ried jinstema' kategoriku f'leħnu meta stqarr li mhux bi ħsiebu jagħti l-kenn lill-kriminali dan kollu għaliex l-arrest tagħhom għad jista' jimbarazzah. Huwa ġie mistoqsi dwar jekk kienx ser ikun hu li jiddeċiedi dwar l-għoti tal-proklama tal-immunità lil dak li jkun lest li jixhed dwar kemm mill-bidu nett kien żbalja dwar Keith Schembri u [...]

Prosekuturi Sqallin jridu jsiru jafu fejn jinsab Yorgen Fenech sabiex ikunu jistgħu jixluħ b’korruzzjoni fil-logħob tal-futbol u b’imħatri llegali.

By
2019-11-23T09:33:22+01:00Fri, 22nd Nov '19, 16:42|

Il-ġurnal La Sicilia rrapporta li Yorgen Fenech “m'huwiex persuna li m'hix magħrufa” mal-awtoritajiet Taljani. “Għall-kuntrarju” kien qed jiġi mfittex mill-iskwadra mobbli tas-sezzjoni ta' kontera l-kriminalità ta' Katanja li għal xi żmien kienet nvestigatu dwar imħatri llegali u xiri ta' players fil-logħob tal-futbol. L-investigazzjoni li ssejħet “treni del gol” wasslet għall-bidu ta' proċeduri kriminali inizjali kontra [...]

Go to Top