Fidwa għall-kotra

By
2021-10-17T16:57:57+02:00Sun, 17th Oct '21, 01:43|

Din hi l-omelija ta’ Patri Charlò Camilleri, O.Carm. waqt il-quddies ilbieraħ b’suffraġju għal Daphne Caruana Galizia: F’dan il-jum li fih inġbarna hawnhekk biex infakkru l-ħajja u l-qtil ta’ Daphne, u nitolbu għall-mistrieħ tagħha ta’ dejjem, filwaqt li nqiegħdu tamietna f’Alla li kif tlabna fis-Salm “It-tjieba tiegħu hija fuqna” u li “hu l-għajnuna u t-tarka tagħna”, [...]

Daphne mfakkra

By
2021-10-16T18:31:08+02:00Sat, 16th Oct '21, 17:27|

Dawn ir-ritratti nġibdu minn Simon Sansone waqt laqgħa fis-skiet li saret fil-Bidnija aktar kmieni llum wara nofsinhar. Aktar dettalji dalwaqt.

Id-dlam jintrebaħ bid-dawl tal-ħeġġa u tad-determinazzjoni

By
2021-10-16T13:22:28+02:00Sat, 16th Oct '21, 09:37|

Dalgħodu qgħadt inħabbel moħħi biex insib il-kliem li huwa adattat biex titfakkar ir-raba' sena minn dak il-jum iswed li fih inqatlet Daphne. Moħħi beda' jberren dwar ideat li kont għadni ma ħsibtx dwarhom u dwar dak li, f'dawn l-aħħar erba' snin, għadu ma ngħadx. Moħħi berren ukoll dwar kliem li għadhom ma tlissnux u dwar [...]

Kampanja ta’ intimidazzjoni u ta’ miżinformazzjoni biex iħawdu l-imħuħ tal-ġurati

By
2021-10-16T11:10:19+02:00Fri, 15th Oct '21, 10:39|

Il-fatt li Yorgen Fenech ilu arrestat għal kważi sentejn u mistenni li jgħaddi ġuri fejn jista' jeħel għomru l-ħabs bis-saħħa tal-fatt li l-prosekuzzjoni għandha biżibilju ta' provi li juru li huwa kompliċi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma jfissirx li l-ġustizzja tinsab wara l-bieb. Malta kellha ġuri ieħor simili dwar attentat ta' qtil li forsi [...]

Erba’ snin mill-qtil ta’ Daphne, NGOs li jirrappreżentaw il-libertà tal-kelma jinsabu f’Malta

By
2021-10-14T21:20:56+02:00Thu, 14th Oct '21, 11:24|

Dalgħodu, rappreżentanti tal-NGOs dwar il-libertà tal-kelma marru biswit il-mafkar fejn ta' spiss isiru l-protesti favur il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta u dan bħala parti mill-missjoni tagħhom f'Malta biex ifakkru r-raba' anniversarju mill-qtil tagħha. Rappreżentanti ta' ARTICLE 19, il-Committee to Protect Journalists (CPJ), il-European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF), il-European Federation of [...]

Jeħtieġ li nibqgħu hemm sal-aħħar

By
2021-10-12T19:38:04+02:00Tue, 12th Oct '21, 11:02|

Ftit hemm dubju li d-diskors tal-budget kien intenzjonat biex iġedded iċ-ċens tal-Partit Laburista fuq is-siġġu tas-setgħa politika. Tfassal biex jagħmel proprju dan, ikun hemm kemm ikun hemm dubji dwar il-kredibilità ta' dak li ngħad. Madankollu ma nistgħux ninsew li l-kwistjoni dwar it-tiġdid taċ-ċens fuq is-setgħa politika mhix il-problema ewlenija. Il-ħallelin kienu ħejjew pjan sabiex ir-riżultat [...]

B’seba’ għajnejn sal-aħħar

By
2021-10-12T20:59:14+02:00Tue, 12th Oct '21, 10:19|

Id-diskors tal-baġit tal-bieraħ kien immirat biex ma jiksirha ma' ħadd u biex jogħġob lil kulħadd. Għamlu ħafna tbassir dwar it-tkabbir tal-ekonomija u l-gvern iddeċieda li seta' jkun ġeneruż. U hekk għamel. Ekonomista tal-affari tiegħu għandu jifli sewwa dan it-tbassir. Għandu jħares lejn il-figuri u jgħarbel huwiex possibbli jew le li jintlaħqu dawk il-miri u fl-istess [...]

Mhumiex lesti li jieħdu r-riskji

By
2021-10-14T21:18:41+02:00Tue, 12th Oct '21, 09:59|

Ikollu kemm ikollu problemi fuq ħoġru, lejlet elezzjoni ġenerali ebda gvern ma jkun lest jammetti li jkun qed iberraq. Ma kellna ebda dubju  mid-diskors tal-baġit tal-bieraħ li l-gvern ser jiftaħ idejh u jqassam iċ-ċejċa. Għaliex - jingħad x'jingħad dwar il-maturità demokratika tal-poplu tagħna - lill-gvern bqajna sal-lum inqisuh bħallikieku huwa xi Father Christmas u d-diskors [...]

Tintebaħ li l-elezzjoni tinsab fil-qrib………..

By
2021-10-08T19:52:54+02:00Thu, 7th Oct '21, 10:43|

Dakinhar li l-Papa jħassar stedina għall-ikel. U dakinhar li l-awtorità dwar it-tmexxija tat-traffiku jkun jidrilha li għandu jitneħħa speed camera biex b'hekk jitnaqqas deterrent u għodda biex tiġi infurzata l-liġi li għandha l-iskop li tikkontrolla l-veloċità eċċessiva. U dakinhar li deċiżjoni bħal din tiġi diskussa wkoll fl-ogħla livelli tal-gvern - jiġifieri fil-Kabinett tal-Ministri – u [...]

Ma nħallux it-teatrini jaljenawna

By
2021-10-06T17:04:40+02:00Wed, 6th Oct '21, 09:10|

Konrad Mizzi qed jipprova jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet skomdi. Waqt l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne kemm-il darba rrepeta l-kliem: “nagħżel li ma nweġibx”, ħaġa li kellu dritt jagħmel għaliex ebda xhud ma jista' jiġi mġiegħel jinkrimina ruħu. Illum ħabbar li ma kienx biħsiebu jattendi l-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi li talbu jwieġeb mistoqsijiet dwar il-kuntratt [...]

Sinjuri tat-TVM – il-kliem “ħmistax” u “attwalità” ma joqogħdux flimkien

By
2021-10-05T20:16:12+02:00Tue, 5th Oct '21, 17:45|

Fil-preżent lill-gvern xejn mhuma jdejquh dawk li qed ifasslu l-programmi ta' attwalità tat-TVM. Ma' dak l-istazzjon, kull min kellu xrara ta' imparzjalità ilu li tqabbeż 'il barra. Iċ-ċirkolari li tqassmet u li nkixfet mit-Times of Malta u li lil dawk li jfasslu l-programmi ordnatilhom biex javżaw lill-management minn ħmistax qabel, turi l-istat miskin u partiġġjan [...]

Kemm ser indumu nissaportu l-ġennati ta’ John Dalli?

By
2021-10-06T21:07:13+02:00Tue, 5th Oct '21, 07:26|

John Dalli sar qisu dak iz-ziju li, akkost kollox, ikun jaqbillek tevitah anki matul il-ġranet tal-Milied. Ma tridx wisq għerf biex ixxomm kull pass li jkun biħsiebu jagħmel. Ftit huma dawk li skantaw li, minn tant nies, kellu jitfaċċa proprju ismu hekk kif inkixfu l-kontijiet sigrieti tal-banek tal-Pandora Papers. It-tweġiba tiegħu wkoll wieħed seta' jbassarha. [...]

Qed jiżirgħu ż-żerriegħa tal-qerda tal-gvern li jmiss

By
2021-10-05T20:22:04+02:00Tue, 5th Oct '21, 07:23|

Robert Abela għadu ma xebax jgħatti xtur Rosianne Cutajar. Il-prim ministru u l-gvern tiegħu jafu ben tajjeb li din mhux biss qed tħammar wiċċ pajjiżna, iżda jafu wkoll li l-imġiba tagħha mhi aċċettabbli xejn. Ilbieraħ għamlu ammissjoni indiretta li kumitat indipendenti ta' membri parlamentari Ewropej kienu appik waslu biex ikeċċuha mill-Kunsill tal-Ewropa dwar kwistjoni ta' [...]

X’qed jistenna Carmelo Abela biex iħarrek lill-Koħħu?

By
2021-09-30T17:29:36+02:00Thu, 30th Sep '21, 13:20|

Il-Qorti li quddiemha qed tinstema' kawża ta' libell li għamel Carmelo Abela kontra Jason Azzopardi ċaħdet talba ta' Jason Azzopardi biex jinġiebu l-istqarrijiet li kienu għamlu band'oħra Ċensu Muscat il-Koħħu u l-aħwa Degiorgio. Band'oħra u waqt proċeduri tal-qorti dawn il-persuni - wieħed minnhom diġà ġie misjub ħati u t-tnejn l-oħra qed jistennew li jgħaddu ġuri [...]

Go to Top