Is-swaba tal-qarnita li qed taħkimna
Ir-rapport li xxandar dwar il-pulizija li ssemmgħet fuq diskors ta' accountant mafjuż li jaħsel il-biljuni tal-‘Ndrangheta, waħda mill-akbar għaqdiet kriminali fid-dinja u li hi wkoll waħda mill-aktar perikolużi, għandu jġiegħel lin-nies tintebaħ ma xiex qed inħabbtu wiċċna. Fiż-żmien meta Matthew Caruana Galizia kien ħareġ bil-kliem 'Mafia State' - kliem li bosta kienu dawk li ma [...]