Jixirqilna aħjar

By
2018-02-19T14:59:10+01:00Sun, 18th Feb '18, 18:45|

Stqarrija ta' #occupyjustice: Ġurnata wara li l-billboards li tellgħu l-grupp #occupyjustice tneħħew mill-awtoritajiet, l-attivisti nġabru quddiem Kastilja bl-istess messaġġi fuq banners biex iħalluhom taħt it-taraġ ta’ Kastilja. “Jekk taħseb illi se tagħlqilna ħalqna billi tneħħi l-billboards li tellajna, jew billi turi snienek u tiżra’ l-biża’ anki fil-persuni tan-negozju li jippruvaw jgħinuna niġġieldu sabiex jerġa’ jkun [...]

Ippużar ħdejn is-sodda

By
2018-02-20T09:28:11+01:00Sun, 18th Feb '18, 15:35|

Ġurnaliżmu sensazzjonali miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Labour. Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi jippużaw flimkien f'ritratt biex jipperswadu lid-dinja li m'hemmx tilwim bejniethom. U balleċ sabu okkażjoni li fiha żgur ma kinux se jitlewmu. Ma kontx għadni ntbaħt li dan l-ippużar kollu ħdejn is-sodod ta' nisa xjuħ akka għadu daqshekk in voga mal-politiċi. U tal-One TV serrħulna rasna li Bonnici u Zrinzo Azzopardi ma [...]

THE SUNDAY TIMES: Kefrin wisq, kullimkien

By
2018-02-20T15:18:05+01:00Sun, 18th Feb '18, 08:55|

Din hi traduzzjoni tal-artiklu tiegħi fis-Sunday Times illum:   It-ton ċertament idarrsek. Qatt ma kien ħelu wisq, biex ngħidu kollox. Daphne Caruana Galizia mietet erba' xhur ilu. U waqt li l-blast tal-isplużjoni kienet għada qed tidwi, il-Prim Ministru daħal fix-xena. Uriena kemm taparsi jrid li ssir ġustizzja u stqarr li ma jaċċettahx dal-qtil. Ried jurina [...]

Nilagħbu bil-verità

By
2018-02-19T10:34:23+01:00Fri, 16th Feb '18, 17:21|

Hekk jiġġustifikaw ruħhom tal-Labour.  Jitfgħu partita kuntradizzjonijiet fi kliemhom, iħalltu kwistjoni ma' oħra, u jġegħilu lin-nies jagħlqu ħalqhom u  jilagħbuha tan-newtrali. Rajthom jagħmluha ma' raġel intelliġenti xi ftit tal-ġimghat ilu. Owen Bonnici pprova jgħerreq lil Antonio di Pietro f'baħar ta' fatti dubjużi, nofs veritajiet u gideb, tant li dal-povru raġel kellu jaqdef bis-salt biex irnexxilu [...]

Ir-ritratt li messhom qiegħdu

By
2018-02-16T11:21:40+01:00Fri, 16th Feb '18, 09:18|

U kif kien mistenni, xi ħadd qabad u qiegħed ir-ritratti ta' Karin Grech u ta' Raymond Caruana mal-mafkar ta' Daphne Caruana Galizia fi Triq ir-Repubblika. Irrid ngħid li napprezza l-motivazzjoni wara din l-azzjoni. Il-familjari taż-żewġ vittmi għadhom sal-lum jistennew li ssir ġustizzja. Madankollu, b'kuntrast mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, dawn iż-żewġ vittmi ma' kinux fil-mira ta' min ħasdilhom ħajjithom. Iżda mhuwiex il-ħsieb tiegħi li noqgħod inqiegħed il-gravità ta' [...]

#OccupyJustice: Tliet billboards għall-prim ministru

By
2018-02-16T09:52:54+01:00Fri, 16th Feb '18, 08:18|

Stqarrija ta' #Occupyjustice: Fil-film Three Billboards Outside Ebbing, Missouri, li ġie nnominat għal diversi premji Oscar, omm imnikkta tfittex ġustizzja għall-assassinju ta’ bintha. Wara li jkunu għaddew ix-xhur u jibqgħu ma jinstabux dawk ħatja, l-omm tagħmel xi ħaġa mhux mistennija u ttellgħa tliet billboards f’awtostrada ewlenija u b’messaġġi diretti lejn il-Kummissarju tal-Pulizija li jgawdi mir-rispett [...]

L-istallett ta’ George Abela

By
2018-02-16T16:36:43+01:00Thu, 15th Feb '18, 16:39|

Nista' nobsor li l-President illejla qed tħossha kemmxejn skomda. Jien u naqra' dak li xehed illum fil-Qorti l-predeċessur tagħha f'kawża li saret kontra dawk li fl-2015 organizzaw wirja ta' karrozzi tat-tlielaq u li matulha sewwieq baqa' dieħel fuq in-nies, bejn u bejn ruħi imaġinajt li ħasset stallett dieħel dritt f'dahrha. George Abela kien jaf x'kienet xehdet Marie Louise Coleiro ftit tal-jiem ilu fil-Qorti. Skont hi, [...]

Dgħufija fil-ħidma kontra l-ħasil tal-flus fis-settur tal-logħob

By
2018-02-15T21:21:02+01:00Thu, 15th Feb '18, 14:37|

Agimeg hija aġenzija speċjalizzata tal-aħbarijiet fl-Italja b'interess fl-industrija tal-logħob. Ftit ilu għamluli xi domandi b'rabta mad-diżgwid li kien hemm dan l-aħħar bejn Malta u l-Italja fuq l-użu ta' Malta minn mafjużi biex jaħslu l-flus tagħhom hawnhekk. Hawn hi l-intervista. Naturalment se jkun hemm min bħas-soltu jakkużani li jien traditur. Il-merħla ta' zombie trolls dan l-aħħar [...]

Pazjenti Amerikani mdejqin bl-inkursjoni ta’ Steward f’Malta

By
2018-02-15T21:19:44+01:00Thu, 15th Feb '18, 12:43|

L-għada tal-Milied li għadda, Steward Health Group ħabbar fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook li kien xtara l-konċessjoni ta' tliet sptarijiet f'Malta. Il-klijenti tal-grupp ma tantx kienu kuntenti. Il-messaġġ ewlieni kien li ma tantx kienu ferħanin bis-servizz li kienu qed jingħataw u ma tantx kellhom tama li l-affarijiet imorru għall-aħjar issa li dawk li jmexxu l-isptarijiet [...]

Kumpannija fl-istess grupp ta’ Steward tapplika biex tiġi dikjarata falluta

By
2018-02-15T13:36:01+01:00Thu, 15th Feb '18, 08:57|

Remington Outdoor Company Inc., kumpannija li bħal Steward Health Group hi proprjetà ta' Cerberus Capital Management, għadha kemm applikat biex tiġi dikjarata falluta u dan minħabba dejn li għandha ta' ftit inqas minn biljun dollaru Amerikan. Remington hi waħda mill-ikbar ditti Amerikani li tipproduċi l-armi tan-nar. Skond rapport imxandar minn Reuters, Remington stqarret li ser tirċievi finanzjament fallimentari ta' $145 miljun biex [...]

Jekk int ġurnalist, itlaq mill-IĠM: ħallih għall-qaddejja tal-Istat

By
2018-02-15T13:38:54+01:00Wed, 14th Feb '18, 22:37|

Għalkemm qatt ma kelli xi ħerqa kbira li nsir membru tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), l-istqarrija li dan ħareġ illum biex "jikkundanna" lil oħt Daphne Caruana Galizia talli din żammet lil hekk imsejjaħ "ġurnalista tal-One TV" milli jaqdi dmiru, għandha tkun biżżejjed biex min għadu qed jaħsibha, jdabbar rasu minn dan l-Istitut mingħajr aktar dewmien. L-istqarrija tal-IĠM m'hi xejn ħlief att ta' [...]

Economist IU: “Riskju li investituri jibdew iwarrbu lil Malta”

By
2018-02-15T16:42:59+01:00Wed, 14th Feb '18, 21:20|

F'rapport pubblikat illum l-Economist Intelligence Unit (EIU), hi u tanalizza l-impatt  tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kkonkudiet  li "fl-isfond tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, s'issa ma jidhirx li d-dawl internazzjonali li nxteħet fuq il-korruzzjoni u fuq il-kriminalita' organizzata f'Malta kellu xi mpatt negattiv fuq l-ekonomija Maltija. Madankollu, jekk jispuntaw każijiet oħra ta' korruzzjoni u ta' kriminalita', il-ħsara għar-reputazzjoni ta' Malta taf tkun [...]

Fejn min jonqos iħallas

By
2018-02-14T14:49:27+01:00Wed, 14th Feb '18, 14:49|

Il-pulizija Iżraeljana għadha kemm irrakkomandat li l-prim ministru Benjamin Netanyahu jiġi mixli dwar allegat tixħim. Hekk kif l-avukat ġenerali beda’ jwieżen din ir-rakkomandazzjoni – proċess li jista’ jdum ix-xhur – Benjamin Netanyahu iddikjara li se jibqa’ jservi bħala prim ministru. Huwa jgħid li jinsab konvint li l-akkużi li jistgħu jinġiebu kontriħ se jisfumaw fix-xejn. Dwar [...]

Il-lejla il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jiddiskuti proposta biex jitneħħew fjuri u xemgħat minn madwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir

By
2018-02-13T15:00:25+01:00Tue, 13th Feb '18, 12:23|

Il-lejla fis-18.30, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser jiddiskuti mozzjoni mressqa minn wieħed mill-Kunsilliera biex jitneħħew il-fjuri, xemgħat u messaġġi li tħallew min-nies madwar il-monument tal-Assedju l-Kbir b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia bi protesta kontra l-impunita’ kontinwa ta’ dawk li ordnaw l-assassinju tagħha jew kienu l-id moħbija wara dan il-qtil. Mill-blog tiegħu mħallas mill-gvern, Glenn Bedingfield [...]

Kampanja għall-Vot 16

By
2018-02-12T18:20:12+01:00Mon, 12th Feb '18, 17:05|

Ilni ħafna naħseb kif, f'nofs din l-ewforija kollha dwar l-emanċipazzjoni ta' dawk li jagħlqu 16 u 17, nista' nispjega bl-aħjar mod il-fatt li ma nħossnix komdu b'din il-proposta. Imbagħad rajt dan ir-ritratt ta' hawn taħt u probabbli ma għandi għalfejn inżid xejn aktar, għax tifhmuni mill-ewwel. Possibbli huwa dan li għandna bżonn biex ikollna demokrazija [...]

Żbalji monumentali

By
2018-02-12T18:19:56+01:00Mon, 12th Feb '18, 16:40|

Ma rridx nidħol fil-merti jekk għandux isir monument permanenti biex ifakkar lil Daphne Caruana Galizia, meta għandu jsir u fejn. Jekk nipprova nagħmel hekk probabbli jirnexxili nifforma opinjoni dwar dan, imma ma naħsibx li bħalissa dan hu l-aktar suġġett importanti fuq l-aġenda nazzjonali. Meta madwar xahar ilu tkellimt fl-attività li saret maġenb il-monument tal-Assedju l-Kbir [...]

Xi tridna naħsbu, Neville Gafà?

By
2018-02-12T14:02:18+01:00Mon, 12th Feb '18, 14:02|

Mid-dehra għamel f’qalbu Neville Gafà għax għandu reputazzjoni ta’ korruzzjoni tinten imdendla ma’ għonqu, b’mod partikolari minħabba l-akkużi ta’ estorsjoni fuq viżi maħruġa lil immigranti.     Dan l-aħħar bgħat tweet mimlija rabja fil-konfront tal-MP Nazzjonalista Claudette Buttigieg għax din kellha l-“ardir” li tibgħat retweet lil xi ħadd li kien bgħatlu tweet li kkwota rapport imxandar fil-ġurnali li kwart tal-istudenti tal-Universita’ [...]

Il-Malta Gaming Authority f’azzjoni kontra liċenzjati Taljani

By
2018-02-12T21:09:46+01:00Mon, 12th Feb '18, 12:14|

Skond il-ġurnal speċjalizzat dwar l-industrja tal-gaming GamingCompliance, “għejjun awtorevoli Maltin” sostnew li il-liċenzji li ngħataw lil-kumpanniji Taljani tal-online gaming se jiġu investigati bil-għan li jitkissru r-rabtiet li dawn għandhom mal-ħwienet tal-imħatri fl-italja. Azzjoni bħal din messha ilha li ttieħdet. Din hi aħbar tajba għal industrija imċappsa kif inhi bid-dell tal-mafja li ilha tuża lil Malta biex taħsel [...]

Go to Top