Inqabad il-far

By
2018-05-01T11:14:49+02:00Mon, 30th Apr '18, 21:05|

Fil-Parlament illejla Jason Azzopardi kixef l-isem tal-uffiċjal tal-pulizija li qed jiġi suspettat minn uffiċjali anzjani tal-pulizija li, qabel l-arrest tagħhom, widdeb lill-aħwa Degiorgio li kienu appik ser jiġu arrestati bl-intiża li dawn ikollhom biżżejjed żmien biex jeħilsu minn provi li setgħu jinġiebu kontrihom. Huwa allegat li Alfred u George Degiorgio flimkien ma' Vince Cassar kienu [...]

Xi ħadd mill-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija tarraf kelma lill-allegati assassini qabel dawn ġew arrestati?

By
2018-04-30T11:13:07+02:00Mon, 30th Apr '18, 11:13|

Il-Pulizija ma weġbitx għall-mistoqsija dwar jekk, fil-fehma tagħhom, xi ħadd kienx tarraf kelma lill-allegati assassini li tqabbdu biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia qabel l-arrest tagħhom. Il-Pulizija għandha twieġeb. Il-Pulizija m'humiex biss fid-dmir li jarrestaw lil min ikun suspettat bit-twettiq ta' reat kriminali. Ma tridx wisq għerf biex tarresta lil xi ħadd f'pajjiż żgħir bħalma [...]

Matthew Caruana Galizia dwar il-preżenza ta’ Adrian Delia fid-dimostrazzjoni tal-bieraħ

By
2018-05-01T11:12:49+02:00Mon, 30th Apr '18, 10:09|

Dan huwa dak li kiteb Matthew Caruana Galizia fuq Facebook ftit minuti ilu: Il-preżenza ta' Delia fil-protesti huwa tentattiv biex inaddaf ir-reputazzjoni tiegħu. Il-ġlieda tagħkom bħala ċittadini hija ġlieda għad-dinjità tagħkom. Mhix ġlieda biex teħilsu minn klikka - dik ta' Joseph Muscat - u tbiddluha ma' klikka oħra - dik ta' Adrian Delia. Ħarsu lejn [...]

Waqt li eluf ta’ nies kienu qed jipprotestaw …

By
2018-05-01T11:10:21+02:00Mon, 30th Apr '18, 08:50|

Waqt li l-protesta biex inkunu nafu l-verità kienet waslet fin-naħa ta' fuq ta' Triq ir-Repubblika, kien hemm xi wħud li waqfu jirriflettu maġenb dik li tat ħajjitha biex tiddefendi l-verità. Kemm aħna midjunin lejha imma fl-istess ħin ma nistgħux inpattulha ta' li għamlet.

Messaġġ mingħand Maria Efimova

By
2018-04-30T11:02:59+02:00Mon, 30th Apr '18, 07:19|

Din hi traduzzjoni ta' messaġġ ta' Maria Efimova li nstama' waqt il-Manifestazzjoni għall-Ġustizzja u l-Verità l-bieraħ fil-Belt Valletta: https://youtu.be/66uI8fnt5og Għeżież #occupyjustice, Awturi u intom ilkoll li ngħaqadtu magħhom illum, Huwa ta unur kbir għalija li nindirizzakom. Sinċerament kienet tkun ix-xewqa tiegħi li nkun fostkom. Nammira ħafna l-kuraġġ u l-perseveranza tagħkom intom u taqbżu biex tiddefendu [...]

Is-sigrieti li riedu jostru

By
2018-05-01T11:16:30+02:00Fri, 27th Apr '18, 19:05|

Ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità saru biex jagħtu kenn lin-negozji mill-aġir abbużiv tal-kompetituri tagħhom. Ċertament ma sarux biex jagħtu kenn lill-kriminali u biex jostru l-kriminalità tagħhom. Jekk dokumenti ta' sid ta' negozju jinsterqu u jiġu mgħoddija lill-kompetitur tiegħu jew imkella jixxandru pubblikament, ikun seħħ ir-reat ta' spjunaġġ industrijali u sid in-negozju jkollu kull dritt li jilmenta. M'għandniex [...]

Xi ħadd mis-CID avża minn qabel lill-aħwa Degiorgio bl-arrest tagħhom – Għejjun

By
2018-04-30T11:45:49+02:00Fri, 27th Apr '18, 16:34|

Għandi nformazzjoni li l-Pulizija taf min hu dak li widdeb lill-allegati assassini ta' Daphne Caruana Galizia dwar l-arrest tagħhom qabel dawn ġew arrestati. Il-ħsieb ta' min kellimhom kien li jwiddibhom biex, qabel l-arrest tagħhom, jeħilsu minn kull prova li setgħet tinkriminahom, bħal per eżempju l-mobile phones. Jidher li l-Pulizija saret taf li għamel din it-twiddiba [...]

Miċħuda l-libertà proviżorja għal Ali Sadr. Is-smiegħ tal-każ għas-16 ta’ Mejju.

By
2018-04-30T11:18:10+02:00Fri, 27th Apr '18, 07:18|

Il-Qorti Federali tal-Istati Uniti ċaħdet it-talba Ali Sadr sabiex jingħata l-iberta proviżorja sakemm jintemm is-smiegħ tal-proċeduri li saru kontriħ dwar frodi bankarja u ksur ta' sanzjonijiet. L-avukat ta' Ali Sadr stqarrew li l-awtoritajiet Maltin kienu ċċertifikaw li Ali Sadr ma kien taħt ebda suspett minħabba l-ħidma tiegħu fil-Pilatus Bank. Iżda minkejja dan, il-qorti Amerikana iddeċidiet [...]

‘Abandon ship’

By
2018-04-30T11:14:31+02:00Thu, 26th Apr '18, 16:46|

Diversi diretturi bdew jirriżenjaw mill-karigi tagħhom fil-Pilatus Bank. Il-'persuna kompetenti' li qed tmexxi l-bank bħalissa għadha kif ippreżentat ir-riżenja tad-direttur Joseph Jerry Liow-Yune-Loy quddiem l-MFSA. Dan id-direttur irriżenja.   Din tista' tkun opportunità mitlufa - jew forsi għad hemm iċ-ċans li dan iseħħ - biex xi ħadd jistaqsi lis-Sur Liow-Yune-Loy meta sar jaf li s-sid [...]

Il-Kapitali tal-Kultura Olandiża taqta’ kull kuntatt mal-Belt Valletta. Tgħid li l-organizzaturi tal-V18 “imminaw il-valuri tat-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura”

By
2018-04-30T11:25:34+02:00Thu, 26th Apr '18, 16:33|

Malta mhix l-unika Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018. Il-belt l-oħra hija Leeuwarden fl-Olanda. F'intervista mal-akbar aġenzija tal-aħbarijiet Olandiża NOS, id-direttur tagħha Tjeerd van Bekkum qal li l-kumitat li jmexxi mhux qed jibgħat aktar rappreżentanti uffiċjali lejn Malta. Il-Fondazzjoni Leeuwarden-Fryslân LF2018 (l-ewkivalenti tal-V18) issospendiet kull koperazzjoni mal-imsieħba tagħha f'Malta. Waqqfet ukoll l-inviti kollha li kienu qed jintbagħtu [...]

Għall-korruzzjoni tagħhom qed tħallas int

By
2018-04-30T11:24:49+02:00Wed, 25th Apr '18, 19:26|

Emmnuni li xbajt nisma' lil min joqgħod igħid li kważi kważi fiha u ma fihiex li jkun hemm ministri korrotti kemm il-darba bis-saħħa tax-xogħol li dawn iwettqu jibqa' jiżdied il-ġid għal kulħadd. Għan-nies li jirraġunaw b'dan il-mod, mhux daqstant importanti li nfittxu dak li hu sewwa u nwarrbu dak li mhux. Nistenna li għallinqas dawn [...]

Il-klieb tal-ġlied ta’ Joseph

By
2018-04-25T17:41:56+02:00Wed, 25th Apr '18, 11:22|

Il-mass meeting li se jorganizza l-Partit Laburista nhar it-Tlieta mistenni li jkun kbir ħafna, forsi wkoll wieħed mill-akbar meetings politiċi li qatt kien hawn. Il-folol qed jiġu mħeġġa u t-tensjoni tidher li qed tiżdied ma' kull ġurnata li tgħaddi. Il-Partit Laburista irid jimmobilizza lin-nies permezz ta' dan il-meeting biex jagħti wirja ta' appoġġ mill-partitarji lill-kbir [...]

X’sar minnha l-Buttardi?

By
2018-04-25T17:38:19+02:00Wed, 25th Apr '18, 09:39|

Żur www.buttardi.com. U mbagħad erġa' ejja hawn. Milli jidher in-negozju fil-ġojjelli ta' Michelle Muscat għalaq il-bibien. Intagħżel żmien mill-aktar propizju. Daphne Caruana Galizia kienet kixfet li Ali Sadr kien ħareġ ordni biex jinfetaħ kont f'isem oħtu fil-Pilatus Bank u biex malajr malajr jiġu trasferiti flejjes lil Buttardi fl-Istati Uniti. Aktar tard dan il-website sar jaf [...]

Min għadda informazzjoni lill-Fulu u liċ-Ċiniż?

By
2018-04-25T17:40:29+02:00Wed, 25th Apr '18, 09:33|

Hemm mistoqsija li jeħtieġ li ssir. Huwa minnu li l-aħwa Degiorgio kienu jafu minn qabel li kienu se jinġabru qabel dawn ġew arrestati? Tinbet din il-mistoqsija mis-supett li daħallu l-uffiċjal li mar jarrestahom f'dak il-jum ta' Diċembru filgħodu. "Kontu tafu li se niġu niġbrukom. Min qalilkom li konna ġejjin?" Xi ħadd m'għaddielhomx kelma biex itihom [...]

Joseph Muscat: “Il-Partit Laburista ma jistax jerġa’ lura għall-imgħoddi tiegħu bħala wieħed mill-partiti moralment korrotti li qatt kellha Malta”.

By
2018-04-25T18:01:59+02:00Tue, 24th Apr '18, 15:27|

Joseph Muscat kien kiteb hekk "Il-Partit Laburista ma jistax jerġa' lura għat-tattiċi, għall-istil u għan-nies li fl-imgħoddi rrendewħ fl-aktar partit moralment, fiżikamkent u ideoloġikament korrott li qatt kellha Malta". Dan id-diskors mhux tas-soltu iżda sinċier inkiteb fil-25 ta' Settembru 1998 u Joseph Muscat kien għaddej minn fażi vulnerabbli f'ħajtu. Alfred Sant, li tiegħu dak iż-żmien [...]

‘Pilatus Bank se jingħalaq,’ igħid sidu mill-ħabs

By
2018-04-25T17:58:55+02:00Tue, 24th Apr '18, 15:09|

Il-Pilatus Bank se jingħalaq. Din l-aħbar ingħatat minn ħadd anqas mill-avukati ta' Ali Sadr innifsu permezz ta' dokumenti li ġew sottomessi fil-qorti federali ta' New York fejn l-Iranjan mixli dwar frodi qed jissielet biex jingħata l-liberta proviżorja. L-istorja xandarha id-Deputat Parlamentari Karol Aquilina fi tweet aktar kmieni llum. BREAKING: Dokunemti li għandi fil-pussess tiegħi jindikaw [...]

Stejjer “riċiklati”?

By
2018-04-25T18:00:59+02:00Tue, 24th Apr '18, 08:30|

Meta sena ilu u anki ftit aktar, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dwar bank f'Malta li kien inħoloq apposta biex jaqdi lir-reġim tal-Ażerbajġan, kienu xlewha li kienet qed tigdeb. Meta mbagħad kitbet dwar il-fatt li fost il-klijenti tal-bank hemm ulied Ilham Aliyev tal-Ażerbajġan, tal-Labour qalulna li kienet qiegħda tivvinta l-istejjer. U meta kitbet dwar kif [...]

Mibgħeda tal-waħx

By
2018-04-25T18:06:29+02:00Mon, 23rd Apr '18, 09:02|

Bosta kienu dawk li bgħatuli din l-iscreenshot li qed tidher hawn isfel. Tant tqażżist naqraha li kont qed naħsibha għandix inxandarha. Xi drabi hemm min jistenna' li, meta persuna oħra li magħha politikament ma jkunx jaqbel timbarazza ruħħa bl-imġieba tagħha, din l-imġieba ħażina għandha wkoll toqgħod tperriċha biex mingħaliha jkun hemm min jiggustaha. Issewwed qalbek [...]

Il-konsegwenzi għat-tradituri

By
2018-04-23T10:49:12+02:00Sun, 22nd Apr '18, 16:49|

Il-Washington Post. Ieqaf biex taħseb ftit. Mhux In-Nazzjon. Mhux it-Times of Malta. Lanqas Daphne Caruana Galizia nnifisha. Il-Washington Post tgħid li Malta qed tikteb l-istorja ta' dan is-seklu dwar kif tista' tfalli d-demokrazija. M'għandniex xi ngħidu, bil-kelma "Malta" jridu jfissru l-gvern tagħha. U l-gvern tagħha jfisser Joseph Muscat. Illum Muscat kellem lill-partitarji u appella lill-massa biex [...]

Go to Top