Titlu li jitkellem waħdu

By
2019-04-15T17:51:39+02:00Mon, 15th Apr '19, 11:04|

Tajjeb jew ħażin, tal-PN ġabu lilhom infushom f'konfront dirett mal-istampa indipendenti. Il-ftit kittieba li fadal li jappoġġjawhom, jew jaħdmu magħhom jew inkella jaħdmu għal tal-Labour ma' min għandhom diversi interessi komuni. Meta jitkellem għalik Saviour Balzan, kun ċert li ma jkunx fadallek ħafna żmien tixref fil-wiċċ. Meta tat-Times of Malta jiktbu editorjal b'titlu li jqiegħdek [...]

Repubblika bi protest ġudizzjarju: Waqqfu l-ħatriet ġustizzja sakemm issir riforma

By
2019-04-14T13:15:19+02:00Sun, 14th Apr '19, 13:15|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika għamlet protesta ġudizzjarja fil-Qorti fejn talbet li l-Gvern jiffriża l-ħatriet u l-promozzjonijiet fil-ġudikatura sakemm jittieħdu sew miżuri li jassiguraw indipendenza ġudizzjarja. L-indipendenza ġudizzjarja mhijiex biss dritt tal-imħallfin. Hi dritt uman ta’ kull wieħed u waħda minna, imħares mill-Konvenzjoni Ewropea, li jiggarantilna smiegħ xieraq imħares mill-indħil politiku. Il-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa sabet [...]

M’hemmx paċi mingħajr ġustizzja

By
2019-04-13T19:11:46+02:00Sat, 13th Apr '19, 19:11|

Din hi l-omelija ta' Dun David Cilia fil-quddies li ta llum fil-Kappella tal-Bidnija b'suffraġju għal Daphne Caruana Galizia, 18-il xahar mill-assassinju tagħha. Il-bieraħ f’Malta ċċelebrajna Jum id-Duluri u mil-lejla l-liturġija tibda tiċċelebra Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej.  Bejn dawn iż-żewġ ġrajjiet, il-lejla qed infakkru it-18-il xahar mill-assassinju ta’ ġurnalista, Daphne Caruana Galizia u noffru l-Ewkaristija [...]

Dan ukoll ġej b’xejn flimkien ma’ ‘kamra żgħira’ fil-Hilton?

By
2019-04-16T11:03:33+02:00Sat, 13th Apr '19, 17:48|

Herman Schiavone tilef postu fil-Grupp Parlamentari tal-PN minħabba laqgħa li kellu ma' Yorgen Fenech tat-Tumas Group. Iżda Kristy Debono postha żammitu u kulma għamlet kien li kitbet ittra ta' apoloġija. Araw ftit dan l-iscreen-shot meħud mill-programm ta' Net TV Iswed fuq l-Abjad preżentat mill-kandidat tal-PN għall-Parlament Ewropew Frank Psaila. Tista' ssegwi l-programm jekk tidħol f'dan [...]

Reżistenza: L-omertà toqtol. Il-verità hi t-tama.

By
2019-04-13T09:11:48+02:00Sat, 13th Apr '19, 09:11|

Reżistenza Press Release of this morning: L-istituzzjonijiet Maltin jinsabu arkuptejhom, mifnija minn taħlita ta’ inkompetenza, kollużjoni u kompliċita’. Ħadd ma għadu jagħti rendikont ta’ għemilu. Wara kollox, ġialadarba ninsabu fl-aqwa żmien, x’nuqqasijiet jista’ ikun hemm? Fis-sena 2016 pajjiżna għex mument tassew determinanti. Seta’ kien il-bidu tal-fejqan, iżda spiċċa żviluppa f’aċċelerazzjoni fit-triq qerrieda tal-korruzzjoni u l-omerta’. [...]

L-għaqdiet tan-negozji u ta’ min iħaddem juru l-għadab tagħhom għall-korruzzjoni fil-kuntratti pubbliċi

By
2019-04-13T19:18:00+02:00Fri, 12th Apr '19, 17:00|

Il-korruzzjoni fl-offerti pubbliċi “qed toqtol il-fiduċja fin-negozju a skapitu ta' dawk il-kumpanniji li jħarsu l-liġijiet u a skapitu tal-ħaddiema tagħhom,” skont l-għaqdiet tan-negozji u ta' min iħaddem. Fi stqarrijiet separati, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Għaqda ta' Min Iħaddem (MEA) esprimew “l-għadab” tagħhom għad-deċiżjoni tal-gvern jbiddel ħesrem ir-regoli f'dawk li huma proċessi ta' għażla ta' kuntratti kbar. [...]

Nederlands Dagblad: tfittxija għall-ġustizzja minn ulied Daphne Caruana Galizia

By
2019-04-13T09:21:08+02:00Fri, 12th Apr '19, 08:51|

Il-ġurnal ta' kuljum Olandiż Nederlands Dagblad tkellem ma' Matthew u ma' Andrew Caruana Galizia fi Strasburg waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa li fiha qgħadu bil-qiegħda faċċata ta' Owen Bonnici li, minn naħa tiegħu, evita li jħares lejhom bħallikieku kien Lot li kien beża' jħares lura lejn Sodoma. Matthew Caruana Galizia qal: “‘Dawn qalu li l-assassinju seħħ [...]

Kien hemm min kien jaf bil-laqgħa f’Portomaso bil-quddiem?

By
2019-04-13T09:22:04+02:00Thu, 11th Apr '19, 09:24|

L-inċident ta' din il-ġimgħa li fih kienu mdaħħlin Herman Schiavone u Kristy Debono għandu l-karatteristiċi kollha ta' nasba. Xi ħadd kellu l-interess li jimbarazzahom u li jagħmlilhom il-ħsara u, peress li bosta huma dawk li setgħu gawdew minn din il-froġa, diffiċli li wieħed isib tarf tal-istorja kollha. M'għandniex xi ngħidu, spekulazzjonijiet hemm bir-rimi. Jekk wieħed [...]

Fejn sejjer b’rasek Peter Grech?

By
2019-04-13T09:19:24+02:00Tue, 9th Apr '19, 16:20|

Dalgħodu Peter Grech qata' figura li kienet bil-wisq agħar minn dik tal-imgħallem tiegħu Owen Bonnici. Illum wieħed kważi kważi jistennieha li fost il-politiċi d-diċenza tkun nieqsa. Iżda Peter Grech jippersonifika l-kollass morali tas-servizz pubbliku tagħna li, ironikament, illum tant irnexxielu jirrappreżenta bi preċiżjoni. F'dawn l-aħħar erba' snin ta' kriżijiet li fihom kien wieħed mill-atturi priċipali, x'aktarx [...]

Owen Bonnici jirreċta l-parti

By
2019-04-13T09:20:16+02:00Tue, 9th Apr '19, 16:09|

Jekk dalgħodu segwejt is-sessjoni tal-Kunsill tal-Ewropa stajt tilmaħ lil Owen Bonnici mill-ġdid jirreċta l-parti ta' dak li bil-paċenzja kollha u bi tbissima fuq wiċċu kollha jilqa' għall-kritika diretta għal fuqu. ‘Aħna gvern riformista,’ qalilha lill-udjenza li kellu quddiemu - udjenza li l-membri tagħha kitbu jew għallinqas qraw ir-rapporti li xxandru wara li saru l-investigazzjonijiet f'Malta [...]

Qed jipprova joqtol it-tama

By
2019-04-13T09:18:25+02:00Tue, 9th Apr '19, 16:02|

Meta fil-Parlament Adrian Delia talab li jsir dibattitu b'"ċerta" urġenza dwar ir-rapport Greco, Chris Fearne wieġbu li n-naħa tal-gvern tkun lesta tiddibatti l-ħasil tal-flus meta jkun irid. M'għandniex xi ngħidu, ir-rapport Greco ma ttrattax dwar il-ħasil tal-flus. Dan is-suġġett ġie trattat fir-rapport Moneyval u dan għad irid jixxandar. Ma ġara' xejn. B'diskorsu Chris Fearne ħataf [...]

ISMA’: L-Impunità f’Malta

By
2019-04-09T16:49:59+02:00Mon, 8th Apr '19, 20:26|

Isma' dan ir-recording ta' dak li ntqal f'laqgħa li saret illum fi Strasburg waqt li kienet qed issr sessjoni plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. It-tema tal-laqgħa kienet "L-impunità f'Malta" u fiha ġiet diskussa s-sitwazzjoni 18 il-xahar wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-laqgħa ġiet presjeduta minn Thomas Friang ta' Reporters without Borders u saru diskorsi [...]

Ma tistax tagħmel ħsara lix-xejn

By
2019-04-09T16:47:56+02:00Mon, 8th Apr '19, 20:14|

It-tweet ta' Jacob Borg hi fattwali u mimlija sarkażmu. Meta tmur tittallab barra l-uffiċċju ta' sid is-17 Black, ma tkunx qed tagħmel ħsara lill-ġlieda tal-PN kontra l-korruzzjoni, skont il-Kap tal-Oppożizzjoni https://t.co/Dl0UYmwSqu pic.twitter.com/9C1C1QzGIj — Jacob Borg (@BorgJake) April 8, 2019 Imma Jacob, taf x'inhi l-verità? Il-verità hi li Adrian Delia għandu raġun. Herman Schiavone, Kristy Debono [...]

GUEST POST: Morna l-baħar

By
2019-04-09T16:51:20+02:00Mon, 8th Apr '19, 19:49|

Miktub minn persuna magħrufa minni: Aktar ma naħseb u nitħasseb, aktar nikkonvinċi ruħi li politikament dan il-pajjiż mar il-baħar. Mal-medda taż-żmien, il-PNPL jew il-PLPN qed isiru ħaġa waħda fl-arroganza, l-ħmieġ, ir-regħba u l-korruzzjoni tagħhom  - minflok jissieltu għall-ġid komuni, aktar moħħom dwar kif ser jimlew il-bwiet tagħhom. Hemm baħar jaqsam bejn dak li jgħidu u [...]

Ma kien hemm ebda inġenwinità

By
2019-04-09T16:46:34+02:00Sun, 7th Apr '19, 16:50|

Huwa inġenwu minnu nnifsu l-attentat biex laqgħa li, skond The Sunday Times of Malta ta' dalgħodu, seħħet bejn Kristy Debono u Herman Schiavone ma' Yorgen Fenech titpinġa bħala waħda ta' inġenwità. Ħadd m'hu daqshekk baħnan. Din ma kinitx xi azzjoni ta' bla ħsieb. F'djalogu li Herman Schiavone kellu fuq il-Facebook mas-segwaċi magħruf tal-Partit Boris Xerri [...]

Guest Post: Dak li jseħħ minn wara l-kwinti

By
2019-04-05T15:58:51+02:00Fri, 5th Apr '19, 09:42|

Fejn għandu x'jaqsam ix-xogħol tagħha, Daphne Caruana Galizia kienet bniedma metodika. Bħala ġurnalista investigattiva veterana, kienet taf li fil-qiegħ ta' kull ħaġa li jkun hemm dell ta' suspetti fuqha ħafna drabi ssib kallu ta' ħmieġ jinten. Xi drabi kienet ixxandar l-intuwizzjonijiet tagħha malli kienet tħosshom għax kien jidhrilha li huwa mportanti għall-qarrejja tagħha jsiru jafu [...]

‘Il-Primadonna ta’ Xaħħamistan’ – Ġenju

By
2019-04-04T14:54:54+02:00Thu, 4th Apr '19, 14:54|

Din Michelle Muscat tistedinhom.  Il-bieraħ ktibt li lil Jason Micallef ma tagħmillux għajb għall-vujtaġni li għandha. Dalgħodu f'The Shift News Ryan Murdock laqat musmar fuq rasu. Laqqamha "The First Lady of Kickbackistan". Kellna diskussjoni interna sħiħa dwar kif dawn il-kliem nistgħu naqilbuhom għall-Malti. Xaħħamistan? U balleċ, is-Sinjura Muscat dalgħodu libset kappell stil tradizzjonali tal-Asja Ċentrali li [...]

Reazzjoni ta’ Repubblika għar-rapport GRECO

By
2019-04-03T13:32:24+02:00Wed, 3rd Apr '19, 13:32|

Stqarrija ta’ Repubblika   REAZZJONI GĦAR-RAPPORT GRECO   Illum qrajna ir-rapport tal-Grupp ta’ Stati Ewropej kontra l-korruzzjoni. Malta ilha f’dan il-Grupp għoxrin sena u saru 4 rapporti oħra qabel dan. Dejjem kien hemm pariri kif l-affarijiet jistgħu jittejbu iżda GRECO qatt ma sabet l-istat kompletament korrott u mafjuż li sabu f’Malta din id-darba. Qatt ma [...]

Bħallikieku konna neħtieġu aktar provi

By
2019-04-04T14:12:38+02:00Wed, 3rd Apr '19, 10:40|

Tal-Greco llum se jgħidu lill-gvern li l-kunflitti ta' interess u l-imgħoddi mimli dellijiet tal-persuni li huwa ħatar, it-tnejn ingħataw il-ġenb biex b'hekk ikun jista' jserraħ rasu li l-aġenziji pubbliċi jitmexxew minn bażużli li xogħolhom hu biss dak li jservu l-interessi korrotti ta' Joseph Muscat. U l-gvern ma damx biex, għal darb'oħra, ta raġun lil tal-Greco [...]

Ir-rapport Greco: kif tgħattew xtur Keith Schembri u Konrad Mizzi.

By
2019-04-03T06:44:03+02:00Tue, 2nd Apr '19, 15:17|

Il-"grupp ta' stati kontra l-korruzzjoni" tal-Kunsill tal-Ewropa (Greco) tkellem ċar u tond. “Fuq il-karta Malta għandha għadd ta' impressjonanti ta' istituzzjonijiet pubbliċi li jibbilanċjaw u jgħassu lil xulxin" u li jħarsu kontra l-korruzzjoni minn ministri u uffiċjali governattivi anzjani. IŻDA: “hemm tħassib dwar l-effettività tagħhom minħabba l-fatt li, f'dawn l-aħħar snin, l-pajjiż ġie ffaċċjat b'numru [...]

Go to Top