Il-karrotta u l-frosta

By
2019-05-23T15:59:10+02:00Thu, 23rd May '19, 09:38|

Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-post ta' Norman Vella. Tfiehem dwar kif ilu 6 snin il-qorti f'kawża li għamel kontra l-gvern jistenna biex l-istess gvern iressaq xhud wieħed jew prova waħda li hi waħda biex jiġġustifika r-raġuni għala kien tkeċċa. Sitt snin sħaħ. U llum ġie mgħarraf li l-kawża ser tkompli f'Ottubru li ġej. Grazzi [...]

L-aqwa li rbaħt karrozza!

By
2019-05-23T15:53:42+02:00Thu, 23rd May '19, 09:20|

X'inhi l-fehma ta' Joe Sammut dwar it-tibdil fil-klima, dwar l-ekonomija sostenibbli, dwar l-inklużjoni soċjali, dwar il-prijoritajiet infrastrutturali u dwar il-kwistjoni tal-Lvant Nofsani bejn l-Iżrael u l-Palestinjani? X'niġi naqa' u nqum! L-aqwa li rbaħt karrozza bis-saħħa tiegħu! Araw naqra x'tbissima għandhom fuq wiċċhom.

Ma jridx jarah elett

By
2019-05-23T15:56:06+02:00Thu, 23rd May '19, 09:04|

Hemm kandidati li tgħidx kemm jieħdu pjaċir meta jissemmew b'ħafna tbaqbieq mill-avversarji politiċi. Għallinqas hekk isostnu - li jieħdu pjaċir. Forsi Cyrus Engerer għandu mnejn ifettillu jaħseb li jien jidhirli li anki l-aktar Laburist mill-ħorox nett m'għandu jivvutalu għaliex mingħalih li jien nikkunsidrah bħala xi forma ta' inkonvenjenza politika. M'għandniex xi ngħidu, m'hix dik ir-raġuni [...]

Giddieb sfaċċat

By
2019-05-23T15:57:22+02:00Wed, 22nd May '19, 19:14|

Il-lejla Joseph Muscat tkellem f'laqgħa tal-Partit. U kelli nsegwi lil dan il-bniedem hu u jlissen gidba wara oħra mingħajr mistħija ta' xejn. Din ma kinitx l-ewwel darba li ħareġ b'ħafna qerq, iżda xorta waħda huwa ta' għajb. Din id-darba ma kellux persuni b'karnaġjon iswed madwaru: ma riedu lil ħadd jiftakar li kien bażużlu minn tiegħu [...]

Repubblika: Il-Gvern gideb darbtejn fi stqarrija waħda

By
2019-05-22T11:43:21+02:00Wed, 22nd May '19, 11:43|

Stqarrija ta' Repubblika Repubblika tirreferi għall-istqarrija uffiċjali tal-Gvern 191133. Hu preokkupanti iżda mhux sorprendenti li l-Gvern joħroġ stqarrijiet li jinkludu gideb fuq il-fatti. L-ewwel: il-kawża fil-Qorti tal-lum ma kinitx ta’ Simon Busuttil u Jason Azzopardi ... daqs kemm ma kinitx ta’ Peter Grech u Victoria Buttigieg. L-avukati tal-partijiet mhumiex il-partijiet. Din hi kawża bejn il-Gvern [...]

Il-qtil ta’ bniedem innoċenti u kif qed jippruvaw igħattu xtur il-gvern.

By
2019-05-21T14:00:40+02:00Tue, 21st May '19, 14:00|

Il-faċċata ta' quddiem tat-Times of Malta tal-lum xandret il-qerq li permezz tiegħu il-gvern irid ibellagħha li l-każ dwar il-qtil ta' Lassana Cisse qed jiġi trattat b'serjetà liema bħalha.  Huwa minnu li qed jieħdu dan il-qtil b'serjetà kbira, imma mhux għar-raġunijiet li qed iġibu. Qed jagħmlu dan għaliex intebħu li jinsabu mgħobbijin b'responsabbiltà politika diretta u, [...]

Se jumiljaw lil pajjiżna

By
2019-05-21T15:34:02+02:00Tue, 21st May '19, 12:36|

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għadha kemm irċeviet l-abbozz tar-rapport imfassal minn membru tagħha li kien tqabbad biex jifhem aħjar il-kuntest tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dak kollu li seħħ f'Malta minn dakinhar 'l hawn. Ir-rapport mistenni li jiġi diskuss qabel il-waqfa tas-sajf tal-Assemblea li mistennija wkoll tiddibatti riżoluzzjoni li, jekk tgħaddi kif ġiet imfassla, [...]

Dażgur li hemm ir-responsabbiltà politika. M’għandniex xi ngħidu, mhux bi ħsiebu jerfagħha.

By
2019-05-21T10:36:36+02:00Mon, 20th May '19, 16:47|

Joseph Muscat issa qed jittanta jikkonvinċina li bis-saħħa tiegħu l-pajjiż qed jikkonverti favur il-multikulturaliżmu inklussiv. Bil-qerq kollu li jinqala' ħafna għalih, Muscat qed jipprova jġiegħelna niddubitaw il-memorja tagħna stess għaliex li kieku kellna niftakru dak kollu li ilna nafu, konna nifhmu aħjar li l-isparar bl-addoċċ minn uffiċjali tal-Istat fuq bnedmin li għandhom ġilda sewda m'hi [...]

Il-Qorti tiċħad talba ta’ 3 Ministri għal estensjoni ta’ xahrejn biex iwieġbu dwart l-inkjesta b’rabta mal-iskandlu tal-isptarijiet

By
2019-05-21T10:19:27+02:00Fri, 17th May '19, 14:54|

Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi talbu lill-qorti għal aktar żmien milli soltu jingħata biex iwieġbu għat-talba ta' Repubblika biex titnieda inkjesta dwar allegata korruzzjoni u ħasil ta' flejjes maħmuġin b'rabta mal-iskandlu dwar l-isptarijiet. M'għandniex xi ngħidu, għalkemm it-talbiet li saru fir-rikors li ġie preżentat minn Repubblika sejħulhom bħala “biss spekulazzjoni”, huma lmentaw li [...]

Ma jiddejjaq xejn jurina x’ħobż jiekol

By
2019-05-17T14:28:01+02:00Fri, 17th May '19, 08:00|

Dan l-imbierek m'hu ħadd ħlief Joseph Mangion, kuntistabbli tal-pulizija u gwardjan volontarju tal-imġieba u tar-reputazzjoni xejn tajba ta' rjus kbar tal-Labour. Huwa kien feġġ fiċ-ċentru tal-attenzjoni f'Ġunju tas-sena l-oħra meta ttanta jiċċensura lill-fotografu tar-Reuters Darrin Zammit Lupi li kien qiegħed fuq xogħolu jirrapporta dwar azzjoni li kienu ħadu Il-Kenniesa fuq it-taraġ ta' Kastilja u li permezz [...]

Għandna dritt li nsiru nafu dak li diġà jaf bih hu

By
2019-05-17T14:26:49+02:00Tue, 14th May '19, 14:56|

Illum il-Qorti ċaħdet l-ilment ta' Adrian Delia li meta l-Avukat Ġenerali rrifjuta li jgħaddilu kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant, kien ċaħadlu d-dritt li jesprimi ruħu bħala l-għassies tal-gvern u ddiskrimina kontrih għaliex ta trattament differenti lill-Partit Laburista minn dak li ngħata lill-Partit Nazzjonalista. Adrian Delia qal li bi ħsiebu jappella mis-sentenza. Għalkemm huwa interessanti, d-dibattitu legali [...]

Repubblika titlob inkjesta fl-iskandlu tal-isptarijiet

By
2019-05-13T12:38:37+02:00Mon, 13th May '19, 12:38|

Stqarrija ta' Repubblika Repubblika ftit tal-ħin ilu ippreżentat rikors ġuramentat quddiem il-Maġistrat tal-Għassa tintalab li tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali fl-iskandlu tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-isptar ġenerali t’Għawdex. Fir-rikors dettaljat tagħha, Repubblika wriet kif il-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi taw vantaġġ skorrett u sproporzjonat lil azzjonisti t’ażjenda privata biex tmexxi l-isptarijiet [...]

Palata lil tal-Labour dwar l-abort

By
2019-05-17T14:25:58+02:00Sun, 12th May '19, 21:52|

Ninsab determinat li noqgħod lura milli nitkellem favur jew kontra l-abort sakemm dan is-suġġett jibqa' kwistjoni li dwaru f'pajjiżna ma jidhirx li teżisti għażla għall-votanti. X'aktarx li jien nippreferi li noqgħod lura milli nidħol fil-mertu tas-suġġett anki jekk il-kwistjoni ssir waħda ta' kontroversja politika. Ma skantajt xejn li l-Partit Nazzjonalista żeffen il-kwistjoni tal-abort fin-nofs. Jista' [...]

The chicken monarch

By
2019-05-13T13:10:21+02:00Sun, 12th May '19, 16:24|

Din il-ġimgħa nistennew li tinqata' s-sentenza f'kawża li kien għamel Adrian Delia li permezz tagħha talab lill-Qorti tordna lill-Avukat Ġenerali jxandar ir-rapport kollu dwar l-Egrant. Hemm possibilità li l-kawża tintrebaħ u b'hekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jkollu f'idejh informazzjoni sigrieta li s'issa kienet biss f'idejn Joseph Muscat – is-suġġett tal-inkjesta – u f'idejn l-avukat tiegħu Pawlu Lia [...]

Jonathan Ferris igħid li ġie diskriminat u jitlob li jingħata kumpens

By
2019-05-10T14:50:57+02:00Fri, 10th May '19, 14:03|

Dak li kien investigatur dwar reati kriminali fil-qasam finanzjarju Jonathan Ferris qed jallega li l-Kummissarju tal-Pulizija kiser id-dritt tiegħu li ma jkunx diskriminat meta dan injora l-applikazzjoni tiegħu biex jiġi ri-integrat fil-korp tal-pulizija wara li Ferris kien tkeċċa mill-FIAU. Ferris qed jallega wkoll li ċ-ċaħda oriġinali tat-talba tiegħu biex jiġi sekondat fl-FIAU kienet ukoll diskriminatorja [...]

Mhux Konrad biss

By
2019-05-09T11:30:27+02:00Thu, 9th May '19, 09:29|

Dalgħodu The Malta Independent rrappurtat li Konrad Mizzi mhux bi ħsiebu jappella mid-digriet tal-Maġistrat Doreen Clarke li permezz tiegħu il-Maġistrat Charmaine Galea intalbet tiġbor il-provi u l-evidenza dwar ir-rabtiet tiegħu mal-iskandli Panama Papers u 17 Black. Dak li ġie rappurtat jirrakkonta parti biss mill-istorja. L-istorja prinċipali hi li, issa li skada ż-żmien biex seta' jsir appell [...]

Il-Qorti tisma’ t-trattazzjonijiet fil-kawża li għamlet Repubblika dwar l-indipendenza tal-ġudikatura

By
2019-05-09T11:29:09+02:00Mon, 6th May '19, 18:07|

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili llum semgħet it-trattazzjonijiet tal-avukati ta' Repubblika u tal-Avukat Ġenerali dwar il-kawża li għamlet Repubblika li permezz tagħha talbet dikjarazzjoni li s-sitt ħatriet riċenti li saru fil-ġudikatura ma sarux skond ir-regoli tal-Kummissjoni ta' Venezja u li għalhekk dan ifisser li l-ġudikatura Maltija m'hix waħda indipendenti. Il-Qorti semgħet it-trattazzjoni ta' Simon Busuttil u [...]

Miċħuda talba li għamel Konrad Mizzi biex jingħata l-fakultà li jappella minn sentenza li permezz tagħha Repubblika u Simon Busuttil ingħataw il-permess li jintervjenu f’kawża li kien għamel dwar ksur ta’ drittijietu

By
2019-05-09T11:28:03+02:00Mon, 6th May '19, 17:59|

Il-Qorti Kostituzzjonali llum ċaħdet talba li saret mill-avukati ta' Konrad Mizzi sabiex huwa jingħata l-fakultà li jappella minn sentenza li kienet tat li permezz tagħha Repubblika u d-Deputat Simon Busuttil kienu ngħataw permess jintervjeni fil-kawża li Mizzi kien għamel u li fiha lmenta li nkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu bis-saħħa tal-liġi li tippermetti lil Repubblika u [...]

Mill-ħażin se mmorru għall-agħar

By
2019-05-05T20:42:44+02:00Thu, 2nd May '19, 12:02|

Il-Ministru Owen Bonnici llum qal li se jxandar abbozz ta' liġi li se jifred ir-rwoli tal-Avukat Ġenerali. Qed igħid li se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, iżda fir-realtà m'hu ser jagħmel xejn minn dan kollu. Hu u jwarrab il-proposti konkreti li għamlet il-Kummissjoni ta' Venezja, lil din il-Kummissjoni se jipprova jużaha bħala paraventu biex iżellaq [...]

Go to Top