Lill-Amerikani se niġu mġiegħlin inċedulhom?

By
2020-09-28T15:27:00+02:00Mon, 28th Sep '20, 08:17|

Il-bieraħ tal-Malta Today xandru rapport fis-sens li s-Segretarju tad-Difiża Amerikan mistenni li jżur Malta sabiex jipperswadi lill-gvern Malti jiffirma ‘status of forces agreement’, magħruf bħala SOFA. Din il-kwistjoni kienet tqajjmet ukoll fl-imgħoddi. Il-gvern tal-Istati Uniti xejn ma jieħu pjaċir meta uffiċjali li jilbsu xi uniformi tal-pajjiż jitressqu l-qorti f'xi pajjiż ieħor. Nieħdu eżempju. Baħrin fuq [...]

Skont Robert Abela, lil Joseph Muscat kienu ġiegħluh iwarrab

By
2020-09-27T13:39:02+02:00Sun, 27th Sep '20, 08:14|

Robert Abela tmeżmeż meta Jacob Borg staqsieh mistoqsijiet dwar Joseph Muscat. Huwa wieġeb li m'għandux ikun hemm aktar konsegwenzi għal Muscat wara li kienu nkixfu l-istejjer dwar l-imġieba tiegħu meta kien għadu prim ministru. Huwa warrab, Abela qal lill-ġurnalist u għaldaqstant kien "ħallas il-prezz" li kellu jħallas. Jaqbdek id-daħk meta tisma' persuni li għandhom karigi [...]

Il-paniku tabilħaqq qed jagħmel tiegħu

By
2020-09-25T22:42:10+02:00Fri, 25th Sep '20, 15:37|

Joseph Muscat illum fetħilha kontra l-blogger Amerikan dwar il-kriminalità finanzjarja Kenneth Rijock u għajjru "frodist" wara li l-Amerikan kiteb b'ċertu dettall dwar investigazzjonijiet li ilu jgħid li qed isiru dwar l-imġieba tal-eks prim ministru. Kenneth Rijock kiteb li l-awtoritajiet Taljani qed jinvestigaw lil Joseph Muscat. U Joseph Muscat wieġeb li dan m'huwiex minnu. Issa jien [...]

Waqt li konna qed nissieltu fit-toroq, ta’ Gasan fejn kienu?

By
2020-09-25T13:36:40+02:00Wed, 23rd Sep '20, 15:21|

Wara li għadda dan iż-żmien kollu li fih intqalu u twettqu bosta affarijiet, fl-istqarrija li ħarġu llum il-membri tal-familja Gasan (aqrawha hawn taħt) jagħmlu tabiruħħom li jinsabu mbellħin bil-korruzzjoni marbuta mal-kuntratt tal-Electrogas u bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li seħħ biex titgħatta din il-korruzzjoni. Dawn stqarrew dan li ġej: “Niddikjaraw li jekk jirriżulta li dawn [...]

Hemm ukoll is-sodisfazzjon

By
2020-09-22T20:47:22+02:00Tue, 22nd Sep '20, 07:55|

M'għandniex xi ngħidu, m'għandniex għalxiex noqgħodu niżżu ħajr lill-istituzzjonijiet tagħna għaliex dawn f'daqqa waħda qamu mir-raqda ħelwa li kienu fiha u ffriżaw il-ġid ta' Keith Schembri meta dan il-pass kien messhom għamluh erba' snin ilu. Iżda jeħtieġ li nirrikonoxxu li l-affarijiet żviluppaw ħafna aktar milli seta' mmaġina Keith Schembri wara li f'April 2017 kien qara' [...]

Għandna għalxiex inħossu xi ftit tal-imrar

By
2020-09-22T09:19:07+02:00Tue, 22nd Sep '20, 07:49|

Għandna għalxiex inħossu xi ftit tal-imrar. L-ordni li nħarġet mill-qorti l-bieraħ biex il-ġid ta' Keith Schembri jiġi ffriżat waslet, kif stqarrew diversi kummentaturi, erba' snin tard. Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li kiteb dwar din il-kwistjoni Jacques Rene Zammit. Dak li seħħ il-bieraħ kien messu seħħ fiż-żmien meta kienu nkixfu l-Panama Papers. Żmien li matulu [...]

Qorti tordna l-iffriżar tal-ġid ta’ Keith Schembri sakemm jintemmu investigazzjonijiet dwar ħasil ta’ flus: ġie ffriżat ukoll ġid tal-familja u ta’ impjegati ta’ Nexia BT

By
2020-09-21T19:47:38+02:00Mon, 21st Sep '20, 19:25|

L-Avukat Ġenerali llum irċieva ordni mill-qorti sabiex jiġi ffriżat il-ġid kollu ta' Keith Schembri, dak li kien iċ-chief of staff ta' Joseph Muscat. L-ordni tgħodd ukoll għall-ġid ta' martu, il-ġenituri tiegħu u l-familja tiegħu, il-kumpanniji kollha li għandu li jiffurmaw parti mill-Kasco Group, għal Brian Tonna ta' Nexia BT u diversi mpjegati li jaħdmu ma' [...]

Jeħtieġ li tagħmel għażla

By
2020-09-19T08:58:21+02:00Fri, 18th Sep '20, 13:18|

Għandi għalxiex nifhem li hemm uħud li ppretendew li, bis-saħħa tal-proċess tad-due diligence, t-tmexxija tal-PN kellha teskludi lil Adrian Delia mit-tellieqa. Jien wieħed minn dawk li jidhrilhom li, għalkemm din l-esklużjoni ċertament setgħet tagħmlu, m'għamlithiex għal raġunijiet ta' konvenjenza politika biex Delia jkun jista' jitlef vot b'mod definittiv permezz ta' votazzjoni mit-tesserati. Iżda wara li [...]

Għada jmiss lil Owen

By
2020-09-17T12:23:41+02:00Thu, 17th Sep '20, 11:28|

Għada mistenni li jixhed Owen Bonnici quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Jista' jagħti l-każ li ser ikollu jispjega l-għala kuljum kien jiċċensura l-protesti li kienu jsiru fil-Belt Valletta favur il-verità u l-ġustizzja għal Daphne u dan sakemm il-qorti ddikjaratu ħati talli kiser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u talli żera' l-firda fil-pajjiż. Jew [...]

Sur Deputat Prim Ministru, mhux minnu li ntrefgħet ir-responsabbiltà politika

By
2020-09-16T22:45:22+02:00Wed, 16th Sep '20, 12:39|

 Chris Fearne illum stqarr li Joseph Muscat - dak iż-żmien prim ministru - kien qallu li hu biss kellu d-dritt jiddeċiedi dwar il-futur ta' Keith Schembri. U mhux il-kabinett jew il-grupp parlamentari. Hu biss. Chris Fearne tkellem bħallikeku dak li qallu Muscat kien aċċettah u bħallikieku l-lezzjoni kien tgħallimha: qal li l-kariga ta' chief of [...]

Qed jibża’ li għad isseħħ ġustizzja politika?

By
2020-09-16T10:09:59+02:00Wed, 16th Sep '20, 08:09|

Dak li stqarr il-Prim Ministru l-bieraħ dwar l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne fis-sens li din l-inkjesta hi "esperiment" li jidher li ma rnexxiex jindika li d-deċiżjoni li ħa xi ġimgħat ilu li jagħti lill-bord tal-inkjesta sal-15 ta' Diċembru li ġej biex itemm il-proċess kienet waħda meħuda apposta biex toħnoqha. Tindika wkoll li din id-deċiżjoni [...]

Ftit xogħol ta’ tħejjija għal Chris Fearne

By
2020-09-15T16:42:27+02:00Tue, 15th Sep '20, 16:11|

Din il-ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru ta' Joseph Muscat u d-Deputat Prim Ministru ta' Robert Abela, Chris Fearne, ser jixhed quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ser jixher f'għeluq it-tielet sena mill-assassinju. Xahrejn wara t-twettiq tad-delitt, jiġifieri f'Diċembru tal-2017, wera' li kellu fehmiet sodi. Dawn il-fehmiet kien stqarrhom f'intervista li hu kien ta lil [...]

Mhux kif ippruvajt tpinġiha, Louis

By
2020-09-11T15:38:43+02:00Fri, 11th Sep '20, 13:36|

Dak li stqarr Louis Grech dalgħodu quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia qajla jagħmel sens. Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li ġie kwotat li qal fil-qorti mill-Malta Today: “Mistoqsi dwar il-Panama Papers li nkixfu fl-2016, Grech qal li dawn ma kienux "aċċettabbli" għall-gvern li kien tant għamel ġid sa dakinhar. “Is-sitwazzjoni ma [...]

Ħarsa li titkellem waħidha

By
2020-09-11T13:27:15+02:00Fri, 11th Sep '20, 12:37|

Dalgħodu Louis Grech qal li l-Panama Papers "ma kienux aċċettabbli" għall-gvern Laburista. Skont il-MaltaToday, Louis Grech qal: "Għamilna ħafna ġid u wettaqna l-manifest u ksibna drittijiet ċivili. M'għandhomx jissemmew biss l-aspetti negattivi iżda dawk pożittivi wkoll. Iva ma kienux aċċettabbli. Konrad Mizzi u Keith Schembri ħolqu problemi enormi. Kont kellimt lil Mizzi li kien weġibni [...]

Iridha tal-verġni

By
2020-09-11T12:27:36+02:00Fri, 11th Sep '20, 11:18|

Mhux bi ħsiebni nieħodha kontra Yorgen Fenech talli  jibqa' jiddikjara li hu innoċenti. Kont niskanta li kieku ma jibqax jagħmel hekk. Dak li smajna mit-tapes li kien irrekordja l-kompliċi tiegħu Melvyn Theuma ma jħassar xejn mill-attitudni tiegħu li, sforz il-kilba għall-flus, kollox huwa ġustifikat saħansitra anke jekk il-prezz jissarraf f'ikla ta' għomor il-ħabs. M'għandna qatt [...]

Tgħid Robert Abela qara’ dak li kiteb Alfred Sant?

By
2020-09-10T13:25:39+02:00Thu, 10th Sep '20, 13:03|

L-artiklu li Alfred Sant xandar illum f'The Malta Independent fih tliet taqsimiet. It-tielet taqsima hi mill-aktar interessanti. Affaxxinanti fil-fatt. Agħtuha daqqa t'għajn: HOGAN’S STORY The resignation of Phil Hogan as EU Trade Commissioner from Ireland was hardly noticed in Malta. One wonders why... Hogan was one of the Commissioners most in view and was considered [...]

Eks piloti tal-Air Malta ser jiddaħħlu jaħdmu mal-gvern bl-istess paga li kellhom

By
2020-09-10T11:33:39+02:00Thu, 10th Sep '20, 10:54|

Il-Ministeru tal-Ekonomija għadu kemm kiteb ittra lid-69 pilota tal-Air Malta li kienu tkeċċew xi ġimgħat ilu u nfurmahom li l-gvern bi ħsiebu jonora l-wiegħda li kien għamlilhom l-eks Ministru Konrad Mizzi li, jekk xi darba dawn jitkeċċew, il-gvern kien ser ikompli jħallashom il-paga li kienu jgawdu bħala piloti. Il-piloti mkeċċija tal-Air Malta kienu jaqbdu pagi [...]

Magħmudija tan-nar unika

By
2020-09-09T14:10:14+02:00Wed, 9th Sep '20, 10:35|

Lawrence Cutajar reġa' xehed dalgħodu quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Illum ġie mfakkar dwar il-kunflitt ta' interess ċar li kellu dak li kien id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta bħala investigatur ewlieni minħabba l-konnessjoni familjari li għandu ma' ministru tal-kabinett tal-gvern ta' Joseph Muscat. Lawrence Cutajar ġie mfakkar li l-familjari ta' Daphne jkellhom [...]

Kobba mħabbla bil-ħatra tal-Avukat Ġenerali l-ġdid

By
2020-09-08T21:16:41+02:00Tue, 8th Sep '20, 18:57|

Victoria Buttigieg għadha kemm inħatret biex tieħu post Peter Grech bħala Avukat Ġenerali. Hawn min jgħid li t-tewmija ta' Peter Grech ingħatat il-ħatra li dan kellu. Ser nispjega l-għala din il-ħatra hi waħda diżastruża għall-aħħar. Il-Kummissjoni ta' Venezja kienet issuġġerietilna li għandna nifirdu ż-żewġ rwoli tal- Avukat Ġenerali minn ma' xulxin. L-Avukat Ġenerali kien jaġixxi [...]

Jekk il-gvern ma jħassarx il-kuntratt tal-Electrogas, ser ikollna nieħdu passi biex inħassruħ.

By
2020-09-08T13:54:08+02:00Tue, 8th Sep '20, 09:52|

Tiskanta kemm għad hawn boloħ li jaħsbu li darba waħda pajjiżna kien għaddej mill-aqwa żmien u li kien biss bis-saħħa tal-eżaġerazzjonijiet ta' dawk is-segwaċi fanatiċi kollha ta' Daphne li dan iż-żmien ġie fi tmiemu qabel il-waqt. Mhux bi ħsiebni noqgħod nidħol f'dibattitu morali dwar l-għażla li hemm bejn il-kilba għall-flus u l-insistenza fuq it-twettiq tas-sewwa [...]

Go to Top