Għandha tiġi mgħarrqa d-dgħajjsa ta’ Alfred Grixti: persuna bħal din ma jmisshiex qiegħda tmexxi l-għajnuna soċjali f’pajjiżna

By
2020-04-11T14:40:06+02:00Sat, 11th Apr '20, 12:03|

Din id-darba ma tfaċċax xi Owen Bonnici biex igħidlina li l-fehma ta' Alfred Grixti li d-dgħajjes li qed isalvaw l-immigranti għandhom jiġu mgħarrqa m'hi xejn ħlief espressjoni tal-libertà tal-kelma. Hekk kien għamel meta Jason Micallef kien ħalla lsienu jiġri bih. U dakinhar, bħal kull okkażjoni oħra, kellna nfakkru lil Owen Bonnici li meta xi ħadd [...]

Ifeġġu mistoqsijiet dwar it-tħejjijiet li saru f’Għawdex għal kontra l-epidemija tal-coronavirus

By
2020-04-09T13:25:27+02:00Thu, 9th Apr '20, 09:22|

L-ewwel mewta ta' mara kaġun tal-coronavirus li ġie rappurtat li seħħet f'Malta l-bieraħ tefgħet dawl fuq id-dgħjufija tat-tħejjijiet tal-gvern kontra l-firxa tal-epidemija. M'hemmx dubju li Malta weħidha mhux possibbli li taħrab mill-impatt devastanti tal-epidemija u li persuni anzjani ta' ċertu età huma f'riskju akbar li jittieħdu mill-marda. M'hemmx dubju wkoll li pazjenta tal-età ta' 92 [...]

Il-fake news ta’ Toni Zarb

By
2020-04-05T17:22:04+02:00Sun, 5th Apr '20, 09:41|

Ġie rappurtat li l-gvern qed iwiegħed xi forma ta' għajnuna lis-sidien tal-mezzi tal-istampa u x-xandir sabiex dawn ikunu jistgħu jibqgħu fil-wiċċ waqt il-kriżi tal-coronavirus. Madankollu jidher li l-gvern ma xandarx wisq dettalji dwar din l-għajnuna, dwar min ser jikkwalifika għaliha, dwar liema huma l-kriterji li jikkwalifikaw għall-għajnuna u dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet wara l-għoti [...]

Id-Deputat Mexxej tal-Labour warrab mill-arena politika mingħajr ma rriżenja mill-kariga li għandu fil-partit

By
2020-04-03T20:45:31+02:00Fri, 3rd Apr '20, 13:50|

Id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona ma rajnieħx b'nemes kemm ilu li warrab Joseph Muscat u kemm ilu li nħatar il-kabinett il-ġdid ta' Robert Abela. Flimkien ma' Konrad Mizzi – wieħed mill-kollaboraturi ewlenin fil-kabinett ta' Joseph Muscat – u, m'għandniex xi ngħidu, Joseph Muscat innifsu, Chris Cardona baqa' ma ngħatax kariga ministerjali mill-prim ministru l-ġdid. [...]

Prova oħra li tal-Labour illegalment ġabru informazzjoni bil-għan li jimmanipulaw ir-rieda tal-votanti

By
2020-04-02T16:42:06+02:00Thu, 2nd Apr '20, 13:22|

Il-Kummissjoni Elettorali għandha f'idejha database tal-votanti u din tinkludi fiha nformazzjoni li ma tixxandarx fil-Gazzetta tal-Gvern kull darba li jinħareġ reġistru ġdid tal-votanti. Fid-database ikun hemm maħżunin id-dettalji ta' ismijiet, ta' indirizzi u ta' numri tal-karta tal-identità flimkien mal-kaxxi tal-voti u postijiet tal-votazzjoni rilevanti. Din id-database tintuża biex ikunu jistgħu jitmexxew l-elezzjonijiet u tinkludi informazzjoni [...]

Repubblika: Il-kampanja tagħna għall-indipendenza tal-ġudikatura qed tħalli l-frott

By
2020-04-01T11:11:33+02:00Wed, 1st Apr '20, 11:11|

Statement by Repubblika Repubblika tesprimi l-awgurju sinċier tagħha lill-Imħallef Mark Chetcuti li bi qbil bejn gvern u oppożizzjoni se jinħatar prim imħallef u president tal-qorti. L-Imħallef Mark Chetcuti kien l-imħallef li sema’ l-kawża ta’ Repubblika dwar l-indipendenza tal-ġudikatura fejn aħna argumentajna li l-ġudikanti m’għandhomx jinħatru skond kif jaqbel lill-prim ministru. F’dik il-kawża Repubblika wriet kif [...]

Robert Abela qed iħejji ruħu għad-daqqiet

By
2020-03-31T12:10:41+02:00Tue, 31st Mar '20, 10:00|

Robert Abela jaf sewwa li, malli jinstab tarf tal-epidemija tal-coronavirus, il-qagħda tal-pajjiż ser tkun agħar milli kienet meta feġġet il-marda għall-ewwel darba. U kif dejjem jiġri kull meta l-pajjiż jinħakem minn xi saram, id-dgħjufijiet li ta' spiss kienu jiġu injorati fiż-żminijiet tal-ġid wieħed jibda' jagħti każhom aktar meta jaslu ż-żminijiet tal-għaks. Żminijiet li fihom in-nies [...]

L-isptarijiet: tgħid Joseph Muscat u l-klikka korrotta ser igħadduha lixxa fuq din ukoll?

By
2020-03-30T13:13:30+02:00Mon, 30th Mar '20, 10:41|

Sinċerament kont qed nittama li jkun hemm xi ħadd li jiċħad l-istorja li xxandret il-bieraħ fil-MaltaToday li kixfet li l-gvern ikollu jħallas multa ta' €100 miljun kemm il-darba jiddeċiedi li jħassar il-kuntratt li sar ma' Steward, tkun xi tkun ir-raġuni, saħansitra anki jekk jirriżulta li Steward ikollhom it-tort. Dan il-kuntratt ftit jagħmel sens għaliex, jiġri [...]

Repubblika tinsisti li l-gvern għandu jaġixxi wara li xxandar ir-rapport tan-NAO dwar l-iżvilupp fil-Bajja ta’ San Ġorġ

By
2020-03-27T18:43:22+01:00Fri, 27th Mar '20, 14:49|

Stqarrija minn Repubblika X'inhi r-raġuni li l-Prim Ministru qed iżomm is-skiet, qed jibqa' ċass u m'għamel xejn dwar l-iskandlu dwar l-għoti ta' art pubblika f'Pembroke lil tad-DB Group? Repubblika mhux ser tħalli lil Robert Abela jfarfar mir-responsabbiltà tiegħu għal din il-korruzzjoni maħmuġa. Aħna bi ħsiebna nibqgħu ninsistu li din l-art hi tal-poplu Malti u għandha [...]

Dik ma kienitx intervista, Julia

By
2020-03-26T09:52:25+01:00Wed, 25th Mar '20, 16:37|

Hi u tirribatti s-sejħiet li sarulha biex twarrab, Julia Farrugia stqarret li qatt ma kellha l-intenzjoni li tagħti xi vantaġġ lid-ditta legali Chetcuti Cauchi meta xi xhur ilu kienet tat “intervista” dwar l-iskema tal-passaporti. Dik l-"intervista" segwejniha f'riklam imħejji minn ta' Chetcuti Cauchi u din tħalliet hemm saħansitra anki fiż-żmien meta sid id-ditta Jean-Philippe Chetcuti [...]

“Aħna ta’ ġewwa”

By
2020-03-25T13:20:28+01:00Wed, 25th Mar '20, 12:22|

Il-kummissarju dwar l-istandards fil-ħajja pubblika qara' l-uniku messaġġ li kien intiż mid-ditta legali Chetcuti Cauchi u Julia Farrugia u l-gvern li hi tifforma parti minnu: "aħna ta' ġewwa". Minnhom nnifshom, il-filmati li nkwadraw lil dik li dak iż-żmien kienet segretarju parlamentari fl-uffiċċju tal-prim ministru responsabbli għall-iskema tal-bejgħ tal-passaporti hi u tirreklama s-servizzi ta' ditta legali [...]

X’ser ikun il-kontribut ta’ Steward?

By
2020-03-24T15:55:05+01:00Tue, 24th Mar '20, 11:43|

Fit-8 ġimgħat li ġejjin, il-gvern stqarr li jrid ilesti sptar temporanju li jkun jesa' 84 sodda. Din l-istqarrija tqajjem numru ta' mistoqsijiet li l-gvern kien messu weġibhom qabel sirna nafu dwar dan l-iżvilupp. L-ewwel, liema hu ż-żmien li fiħ il-gvern qed ibassar li Malta ser ikollha l-ogħla numru ta' persuni morda bl-epidemija? Fejn tinsab Malta [...]

Il-produtturi lokali tal-films talbu lill-Ombudsman biex jinvestiga l-“imġieba korrotta” tal-Kummissarju dwar il-Films

By
2020-03-24T11:33:06+01:00Tue, 24th Mar '20, 08:47|

L-Ombudsman intalab mill-produtturi lokali tal-films sabiex jinvestiga lill-Kummissarju dwar il-Films Johann Grech u dan erba' ġimgħat wara li xxandru rapporti fl-istampa li huwa kien ħassar l-ismijiet tal-biċċa 'l kbira tagħhom minn fuq lista uffiċjali ta' produtturi lokali tal-films li l-Kummissjoni soltu tgħaddi lill-produtturi tal-films barranin meta dawn jiġu Malta biex iħaddmu lin-nies. Minkejja l-provi li [...]

Robert Abela jeħtieġ li jħabrek aktar. Ħafna aktar

By
2020-03-23T16:23:54+01:00Mon, 23rd Mar '20, 12:07|

Il-prim ministru jeħtieġ iħabrek aktar. Issa mhux imbagħad. Għal bosta ġranet, il-prim ministru baqa' lura milli jkellem lill-poplu. Mhux biżżejjed li jagħmel trasmissjoni minn fuq ir-radju tal-Partit Laburista. Meta jagħżel li jagħmel xandira permezz tal-mezzi tax-xandir ta' partit politiku, ikun qed jaqsamna f'tribuwijiet differenti meta dan huwa żmien li fih jeħtieġ li ningħaqdu, li nkunu [...]

“Taħseb li ser ikun hemm min joqgħod jittawwallek minn taħt l-għatu tat-tebut?”

By
2020-03-23T11:20:56+01:00Mon, 23rd Mar '20, 08:39|

Dan it-tweet jinkwadra numru żgħir ta' sindki Taljani f'dagħdigħa huma u jippruvaw iġiegħlu lin-nies tintebaħ li jista' jmiss lilha wara li madwar 5,600 ruħ diġà mietu bil-marda tal-coronavirus. Wieħed mis-sindki jilmenta dwar dawk li qed jibgħatu għall-hairdresser tagħhom biex tmur f'darhom sabiex tagħmilhom xagħarhom minħabba l-fatt li l-ħwienet tax-xagħar diġà ilhom magħluqin ħmistax. "Waqqaftu u [...]

Wara biss 24 jum

By
2020-03-21T18:51:38+01:00Sat, 21st Mar '20, 16:01|

Hi waħda ta' tħassib il-qabża li għamlet Marthese Portelli minn xogħol fil-qasam politiku għal kariga mal-għaqda tal-iżviluppaturi. Għamlet bħal dik l-armla li, l-għada tal-funeral ta' żewġha, tibda' tinnamra ma' raġel ieħor. Jew - agħar minn hekk - bħal dik l-armla li, l-għada tal-funeral tar-raġel tagħha, tibda' tinnamra ma' ġar li żewġha ta' spiss kien ikollu [...]

Tifkira tal-vittmi innoċenti tal-mafja

By
2020-03-21T10:37:48+01:00Sat, 21st Mar '20, 09:49|

Illum qed titfakkar Daphne Caruana Galizia flimkien ma' tant mijiet oħra ta' vittmi innoċenti li, tul is-snin, inqatlu minn organizzazzjonijiet mafjużi. Għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena, il-jum tal-21 ta' Marzu ntagħżel mill-organizzazzjoni ta' kontra l-mafja Libera bħala l-jum ta' tifkira għall-vittmi innoċenti tal-mafja. Din is-sena il-laqgħa ta' tifkira kellha ssir f'Palermo iżda din [...]

Negozjant jhedded li jikxef l-“interess personali” ta’ Silvio Schembri fir-reklamar dwar il-blockchain

By
2020-03-21T10:15:29+01:00Sat, 21st Mar '20, 09:36|

Negozjant li ħoloq co-location facility f'San Ġiljan għal dawk li huma magħrufin bħala digital nomads, jiġifieri persuni li jaħdmu elettronikament fl-ibliet 'il bogħod minn darhom, wissa' lill-Ministru Silvio Schembri li huwa lest li jikxef informazzjoni dwar "involviment personali u dwar l-interessi tiegħu" fil-proġett Blockchain kemm il-darba ma jirtirax l-ordni li ħareġ dan l-aħħar biex dawk [...]

F’ċirkostanzi straordinarji bħal dawn, jiżbalja l-gvern jekk jintervjeni fl-ekonomija b’nofs qalb

By
2020-03-19T12:50:02+01:00Thu, 19th Mar '20, 09:39|

Kanzunetta li kiteb Mario Vella - bniedem li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala anarkista - tibda b'talba: “Alla lliberani minn dil-pjaga kiefra neoliberali”. Fil-kanzunetta huwa jilmenta dwar il-fehma ta' wħud li s-swieq għandhom il-ħila jsibu tarf ta' kollox, li negozji li jkunu zopop għandhom jitħallew jerfgħu u li l-għeluq tagħhom ikun ta' ġid għall-komunità. Jilmenta wkoll [...]

Il-barranin għal barra, qalilna Silvio

By
2020-03-18T17:31:08+01:00Wed, 18th Mar '20, 02:19|

Meta wieħed jistqarr li t-trumbettier tal-Brigata Laburista Silvio Schembri - li mid-dehra huwa żagħżugħ li f'ħajjtu qatt ma daq l-imrar li taf toffri l-ħajja - jinsab liebes żarbun li qajla jiġieħ, ma jkunx qed jiskopri l-Amerika. Li ma konniex nafu huwa li Silvio Schembri huwa wkoll bigotta u razzist, liema kwalifiki jkomplu jikkonfermaw il-karattru skifuż [...]

Go to Top