Iċ-ċittadinanza m’għandhiex prezz

By
2021-04-30T11:06:46+02:00Fri, 30th Apr '21, 11:06|

Dal-għodu Repubblika ppublikat dokument ta' politika dettaljat li jagħti r-raġunijiet għalfejn l-organizzazzjoni temmen li Malta m'għandhiex tbiegħ iċ-ċittadinanza tagħha. Uħud mill-argumenti huma dawk li tistenna li tara meta tqis kull ma nafu fuq l-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti. Imma dan hu wkoll eżerċizzju li jerġa' jħares lejn xi tfisser tassew iċ-ċittadinanza u jagħmel suġġerimenti għal tibdil [...]

Loġika tal-blieħ

By
2021-04-30T10:36:24+02:00Fri, 30th Apr '21, 09:33|

Ma naħsibx li l-fehmiet ta' Mark Camilleri għandhom piż biżżejjed biex magħhom iġibu l-bidliet fil-Partit Laburista. Għaldaqstant ir-rimarki li dan għadda ftit ilu dwar dak li sejjaħ bħala pressjoni li saret fuq Joseph Muscat biex idabbar ras Keith Schembri, nqishom bħala ġrajja li qed jimmaġina li seħħet u mhux li effettivament seħħet. Iżda jibqa' nteressanti [...]

Kwart ta’ biljun biss ta!

By
2021-04-28T21:28:22+02:00Wed, 28th Apr '21, 18:21|

Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-rapport dettaljat li xandar Ivan Martin fit- Times of Malta dwar il-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali fil-każ tal-kuntratt enormi maħmuġ pesti dwar l-espansjoni tar-residenza San Vinċenz de Paule li kien ingħata b'direct order lid-ditta James Caterers u lid-DB Group. Skont l-Awditur Ġenerali l-gvern m'għandu ebda skuża biex jiġġustifika d-deċiżjoni li ħa fl-2017 meta [...]

Dawk li qed itellqu kontrina qed jiddieħku bina

By
2021-04-26T11:45:23+02:00Mon, 26th Apr '21, 08:39|

Għalkemm jeżistu ċerti dubji dwar attivitajiet ekonomiċi li jkunu msejsin fuq il-vizzji, wieħed ma jistax ma jammettix li llum l-industrija tal-gaming hi industrija li tħaddem l-eluf u waħda li ma ntlaqtitx ħażin mill-effetti tal-imxijja. Lil din l-industrija l-gvern qed jagħtiha bis-sieq. Hekk kif is-segretarju parlamentari Alex Muscat sejjaħ bħala "attakk fuq Malta" r-rapporti li qed [...]

Tajjeb li jkollna ministri żgħażagħ. Dment, iżda, li ma jkunux għadhom liebsin il-ħarqa.

By
2021-04-22T17:36:32+02:00Thu, 22nd Apr '21, 12:55|

Aaron Farrugia talab lil ommu biex ma tkomplix timbarazzah quddiem sħabu. Kien qisu tifel żgħir ikellem lil omm li tkun xebgħet issegwih sal-iskola biex tirramba lil min, skont hi, m'għandux grazzja mal-għażiż dudu tagħha. Dan l-aħħar omm Aaron Farrugia kellha ħafna b'xiex tħabbel rasha hekk kif binha beda' jħajjar lin-nies iħawwlu ż-żriegħ tal-fjuri tar-rebbiegħa daqshekk [...]

Mur saqqi l-ħass Ian Borg!

By
2021-04-21T20:03:49+02:00Wed, 21st Apr '21, 17:01|

Segwu l-kummenti li ta Ian Borg lill-istampa li permezz tagħhom ħabbar li bint il-konsulent tiegħu rriżenjat mill-pożizzjoni li kellha mal-aġenzija tal-gvern li taqa' taħtu. Ian Borg stqarr li ma kienx jaf li Andreana Zammit, bint il-konsulent tiegħu, kienet daħħlet f'butha aktar minn €100,000 f'xogħol li kien ġie mgħoddi lilha minn Transport Malta (aġenzija li taqa' [...]

Chris Cardona baqa’ jissemma’

By
2021-04-21T14:20:09+02:00Wed, 21st Apr '21, 13:28|

X'aktarx li dak li kien id-deputat mexxej tal-Partit Laburista kien ħa xi ftit tar-ruħ dakinhar li ġie deċiż li lil Ċensu Muscat il-Koħħu u lill-aħwa Degiorgio ma tingħatalhomx proklama biex ikunu jistgħu jitħarrku bħala xhieda tal-prosekuzzjoni. Madankollu l-Koħħu, li ammetta sehemu fid-delitt u weħel il-ħabs dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, għadu sal-lum jitkellem dwar [...]

Daphne rebbieħa

By
2021-04-17T09:21:06+02:00Sat, 17th Apr '21, 09:21|

L-omelija ta' Monsinjur Joseph Bajada fil-quddiesa b’suffraġju għal Daphne Caruana Galizia fil-Knisja tal-Bidnija.   Din il-konversazzjoni bejn Ġesù u Nikodemu seħħet f’Ġerusalemm fejn Ġesù kien tela’ għall-festa tal-Għid, l-iktar festa mportanti tal-Lhud, għax fiha kienu jikkommemoraw il-ħelsien minn dawk li kienu jaħkmu fuqhom fl-Eġittu. U x’ħin Ġesù daħal fit-Tempju irrabja bl-ikrah quddiem ix-xena li sab [...]

“M’hawn ħadd fil-pajjiż li jinsab konvint li ttieħdu passi kontra kull min kien imdaħħal fil-każ”.

By
2021-04-15T09:45:24+02:00Wed, 14th Apr '21, 20:34|

Hekk stqarr darbtejn illum fil-qorti d-Deputat Avukat Ġenerali fil-proċess kriminali kontra Yorgen Fenech. Diskors bħal dan ta' min li wieħed jixtarru. Kif spjega llum l-Ispettur Keith Arnaud, ir-rimarka li kien għadda l-Kummissarju Angelo Gafà dakinhar li kienu ġew arrestati l-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella, ma tistax ħlief tinftiehem li l-Pulizija għad għandha għalxiex tibqa' tinvestiga [...]

Il-filmat li kienu xandru tal-Labour fil-kampanja elettorali jagħti stampa ċara ta’ x’jiġri meta tinħakem mill-mafja

By
2021-04-13T16:10:10+02:00Tue, 13th Apr '21, 13:35|

Matul il-kampanja elettorali tal-2013, riedu jbellgħuha li hi "moda" li żżomm ma' tal-Labour. Jew kont fuq in-naħa tal- ‘moviment’ jew inkella ser tibqa' lura għax Nazzjonalist. Il-famuż filmat li fih tidher tfajla tlissen il-kliem ‘Dad, jien ħa nivvota lejber’ ried iwassal messaġġ li jeħtieġ li ntellgħu gvern Laburista. Ibqgħu ċerti li dawk li huma mdorrijin [...]

Skandli ġodda. U xtur ġdid x’jitgħatta.

By
2021-04-10T11:01:18+02:00Fri, 9th Apr '21, 11:09|

Repubblika għamlet rapport lil George Hyzler dwar Carmelo Abela talli dan nefaq flus il-poplu biex jagħmel riklami ta' propaganda għalih innifsu. Il-bieraħ tan-Newsbook qalu li r-rapport ikkonkluda li Carmelo Abela kiser ir-regolamenti dwar l-etika. U r-rappreżentanti tal-Partit Laburista fuq il-kumitat parlamentari li  George Hyzler iwieġeb lejh qed jipprotestaw kontra l-fatt li tan-Newsbook kellhom kopja tar-rapport [...]

Min ikollu l-ħila li jigdeb dwar il-vaċċin, ikollu wkoll il-ħila li jigdeb dwar Egrant

By
2021-04-08T15:09:31+02:00Thu, 8th Apr '21, 14:12|

‘Tinsab iswed fuq l-abjad,’ stqarr il-bieraħ Robert Abela. ‘Iswed fuq l-abjad. Skont ir-riżultat tal-inkjesta, sid Egrant Inc. huwa Brian Tonna.’ L-inkjesta dwar Egrant tgħodd mal-1,500 paġna u l-intervistatur ta' Robert Abela l-bieraħ ma kellux kopja f'idejh. Iżda Mark Laurence Zammit ftakar li r-rapport tal-inkjesta kellu jikkonkludi biss dwar jekk Joseph Muscat huwiex jew le s-sid [...]

Mhux ta’ min imiss il-qiegħ b’ħawsla vojta

By
2021-04-08T12:36:30+02:00Thu, 8th Apr '21, 11:45|

Qed nitħajjar li mmur noqgħod fir-4 distrett. Min igħix f'dak id-distrett żgur li m'huwiex ser ibati l-ġuħ u lanqas m'hu ser imut bil-għatx. Qabel l-aħħar elezzjoni, Konrad Mizzi u Chris Fearne kienu ppikaw bejniethom dwar min minnhom kellu l-akbar ħila li jmarrad lill-konstitwenti biz-zokkor jew bix-xorb. U issa li Konrad Mizzi x'aktarx li m'huwiex ser [...]

Kif gidba bidlet il-kuluri tagħha

By
2021-04-08T14:20:25+02:00Thu, 8th Apr '21, 08:32|

Bħal daż-żmien ħames snin ilu, l-pajjiż kien jinsab f'nofs maltempata politika minħabba l-kxif tal-iskandlu tal-Panama Papers. Tliet kumpanniji: waħda minnhom li s-sid tagħha huwa Keith Schembri, l-oħra li sidha huwa Konrad Mizzi u t-tielet - Egrant - li ma nafux sidha min hu. Joseph Muscat kien qabeż għal Keith Schembri u stqarr li din kienet [...]

Kienu qarrqu bil-Partit u bil-pajjiż

By
2021-04-05T19:24:36+02:00Mon, 5th Apr '21, 14:16|

M'hix ħaġa daqshekk iebsa, wara kollox, li wieħed jagħżel li jiskuża ruħu.  Il-bieraħ Marie Louise Coleiro kitbet li tal-Partit Laburista għandhom jiskużaw ruħħom ma' dawk il-persuni li kienu bellgħuhielhom li tal-Labour għandhom xi kredenzjali ta' moralità. Id-deputat mexxej tal-partit Daniel Micallef wieġeb li għalih m'hix problema li jiskuża ruħu ma' dawk li jħossuhom imweġġgħin bl-imġieba [...]

Zammit Lewis, Parnis, Debattista, Bonnici, Vella: politiċi Laburisti li qabżu għal Mizzi u Schembri

By
2021-04-05T15:56:36+02:00Mon, 5th Apr '21, 12:43|

Segwu dan il-filmat tal-2016 fejn jidher Mario Frendo - dak iż-żmien ġurnalist man-Net TV - jagħmel il-mistoqsijiet lil politiċi tal-Labour dwar il-kumpanniji sigrieti tal-Panama ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi. https://youtu.be/cesA_jhVK0o Mill-ħarsa ta' għajnejhom tista' tintebaħ li lkoll kemm huma jifhmu sewwa li dawn il-kumpanniji kienu nħolqu bħala parti minn skema ta' tixħim u [...]

Partit politiku li jagħti l-kenn lil kriminali li jisirqu lill-pajjiż ma jista’ qatt jissejjaħ “partit politiku”

By
2021-04-05T12:32:59+02:00Mon, 5th Apr '21, 10:15|

Issib lil min inġustament imaqdar it-tielet film mis-sensiela The Godfather. Hi x'inhi il-fehma tiegħek dwar il-maħfra li talab Michael Corleone, hemm xena li fiha Michael jipprova jipperswadi lill-eks mara tiegħu biex taħfirlu qabel teqirdu l-marda li kellu f'qalbu. It-talba ottimista u Kattolika tiegħu li jinħafrulu dnubietu u li jinfeda', l-eks mara laqgħethom b'ċertu disprezz għaliex [...]

Il-mazzun ma kien ħadd ħlief Miriam Dalli

By
2021-04-05T10:55:39+02:00Mon, 5th Apr '21, 09:24|

Din li ġejja, oħra. Segwu dan il-filmat li nġibed ftit qabel l-elezzjoni tal-2017 u li fih tidher Miriam Dalli tixħet il-ħtija tal-partit tagħha u tal-mexxej tal-partit tagħha għal fuq spallejn Simon Busuttil. Din tinstema' tgħid li Simon Busuttil jibla' dak kollu li jbellgħulu. Issejjaħlu bħala bniedem superfiċjali għaliex ma' jiċċejkkjax il-fatti. Għajjritu bniedem giddieb li [...]

Meta kienu dawwru wiċċhom in-naħa l-oħra

By
2021-04-05T10:27:30+02:00Mon, 5th Apr '21, 09:06|

Inħeġġiġkom issegwu din is-sensiela. Tajjeb li mmorru lura fiż-żmien għaliex tkunu tistgħu tintebħu kif politiċi tal-Labour kienu libsu l-maskri ma' wiċċhom biex jikkonvinċuk li huma dejjem kienu konsistenti. Iżda kull darba li narrattiva li jippruvaw ibellgħu ma tkunx konsistenti mal-fatti, jippruvaw jagħmlu minn kollox biex inessuk. Araw naqra li Owen Bonnici - bniedem li bosta [...]

Araw ftit b’liema Ministru tal-Ġustizzja twikkejna

By
2021-04-02T15:25:38+02:00Fri, 2nd Apr '21, 08:59|

Edward Zammit Lewis imissu jmur jinħeba. Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat li nġibed fl-2019 u li xxandar fuq l-istazzjon tal-partit tiegħu. Illum il-Ġimgħa l-Kbira u suppost qiegħed issum u timmedita dwar dnubietek: għaldaqstant issaporti ftit dak li ser tara u tisma' għal 3 minuti sħaħ u ibqa' ċert li nhar il-Ħadd li ġej iż-żmien [...]

Go to Top