About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

X’aktarx li Alla nħbielu f’xi kont fil-Panama

By
2022-03-06T18:36:55+01:00Sun, 6th Mar '22, 06:57|

L-aħbar li Konrad Mizzi skopra lil Alla - x'aktarx kien qed jinħeba f'xi kont bankarju fid-Dubaj ta' kumpannija fil-Panama miżmuma f'trust ġewwa New Zealand - mhix daqstant importanti. Jalla li lil Alla jagħtih dak li hu ta' Alla. Iżda sadattant, Ċesri tħalla jistenna li jingħata dak li hu tiegħu. Jalla ruħ Konrad issib il-wens u [...]

It-12-il jum: Lill-ġurnalisti ser jitħalla jibqa’ jaħrabhom?

By
2022-03-04T20:38:15+01:00Fri, 4th Mar '22, 08:30|

Ritratt: Newsbook Ftakart f'waħda minn dawk l-ikliet li tista' ssegwihom f'xi film ta' Luis Buñuel. Jekk int wieħed minn dawk li segwejthom, taf x'irrid infisser. U jekk ma segwejthomx, mhux ser jirnexxilek tifhem, anki meta nipprova nfiehmek. Din il-kampanja elettorali m'għandix l-iċken dubju li ser tintrebaħ minn tal-Labour. Iżda minkejja dan, għal Robert [...]

Mhux sejrin ifiequ mill-velenu li jbellgħulhom

By
2022-03-03T21:37:12+01:00Thu, 3rd Mar '22, 07:36|

Il-mibgħeda u l-ħdura mhumiex imsejsin fuq ir-raġuni. Huma forma ta' mard li ma jidhirx li jeżisti fejqan għalihom. Ilbieraħ Pia Zammit u jien waħħalna kartellun mal-faċċata tal-uffiċju tagħna ddisinjat minn Ġorġ Mallia fejn jidhru jdejn Vladimir Putin imċappsin bid-demm. Iddikjarajna li ninsabu solidali mal-Ukrajna. Kont nistenna li l-biċċa l-kbira tan-nies għandhom jaqblu ma' din id-dikjarazzjoni. [...]

Id-9 jum: (1) Riżorsi pubbliċi

By
2022-03-02T13:28:56+01:00Tue, 1st Mar '22, 11:06|

Persuna li tieħu ħsieb is-sigurtà ta' Robert Abela f'dan ir-ritratt jidher liebes maskra maħruġa lilu mill-gvern li fuqha tidher l-arma uffiċjali ta' Malta. U ija. Tfettieq. Jiena ngħid li dan huwa każ li jissimbolizza marda li ma ħakmitniex minn kemm ilu li tal-Labour telgħu fil-gvern u dan għaliex jien ukoll kont, sa ċertu punt, ħati [...]

It-8 jum: Prim Ministru li jgawdi minn negozju ma’ kriminali

By
2022-02-28T21:15:34+01:00Mon, 28th Feb '22, 09:49|

L-imġiba ta' Robert Abela fit-twettiq tal-professjoni tiegħu mhix aċċettabbli. Joseph Muscat kellu wiċċu jaqilgħu u kellu drawwa li jirrepeti l-kliem: "min ma jiġġilidx il-korruzzjoni huwa korrott". Ikolli nammetti li għandu raġun. Dan ifisser li l-Membri Parlamentari Laburisti, it-tmexxija tal-partit, l-impjegati tal-partit u dawk kollha (x'aktarx il-biċċa l-kbira tal-poplu) li ser jivvutaw lill-Partit Laburista ftit tal-ġimgħat [...]

Solidarjetà a la Maltija

By
2022-02-28T14:06:58+01:00Mon, 28th Feb '22, 08:50|

Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-ritratt ta' hawn isfer meħud mill-Facebook. Jekk m'intix tifhem l-argument li nixtieq inwassal, kompli aqra' aktar 'l isfel. Ħu nifs qawwi 'l ġewwa u, kif ngħidu bil-Malti, araw ftit x'razza ta' nies hawn jiġru mas-saqajn li għalihom issallab Kristu. Għadek ma fhimtx? Ippermettuli nispjega. Tal-Lovin Malta kkwotaw diskors li għamel ilbieraħ [...]

Is-7 jum: Muscat iwassal il-messaġġi bil-preżenza tiegħu u Robert Abela jbaxxi rasu

By
2022-02-27T12:33:17+01:00Sun, 27th Feb '22, 07:55|

Mid-dehra, lil Robert Abela tawh parir biex waqt il-kampanja elettorali ma jparlax mingħajr ma jkun ħaseb sewwa x'ser jgħid. Ħlief għal meta stqarr dwar kemm iħossu kburi u dwar kemm jinsab ottimist għall-futur tiegħu - kien qisu tifel ċkejken maħsud wara li jkun sema' li ntagħżel biex jagħmel il-priedka tal-Milied - s'issa għamel tgħaffiġa waħda [...]

Jidher li ħadu tagħlima mingħand Owen Bonnici

By
2022-02-26T18:56:47+01:00Sat, 26th Feb '22, 09:59|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat li nġibed minn persuna li baqgħet fuq il-post wara l-protesta tal-bieraħ filgħaxija biswit l-Ambaxxata Russa fil-Kappara. Il-pulizija jidhru qed jiġbru u jarmu xemgħat, bnadar u kartelluni bħallikieku kienu qed inaddfu skart mormi kif ġie ġie wara xi festa.   Jidher li ma tgħallimna xejn wara li l-Qorti Kostituzzjonali kienet [...]

Is-6 jum: prim ministru vavu

By
2022-02-26T12:53:52+01:00Sat, 26th Feb '22, 08:03|

Dan li ġej huwa dak li m'għandekx tagħmel meta tisfronda dar żewġ bibien 'il bogħod mid-dar tiegħek u jinqatlu n-nies li jkun hemm fiha. Ma tagħmilx festin biex tifraħ għall-fatt li s-saqaf tad-dar tiegħek ma sfrondax. U lill-ġirien ma tmurx tgħidilhom li int tinsab kuntent li d-dar tiegħek mhix eżatt bieb ma' bieb mad-dar imġarrfa [...]

Il-5 jum: (2) ifaħħru gvern li jitmagħhom

By
2022-02-26T12:55:09+01:00Fri, 25th Feb '22, 09:23|

Il-Partit Laburista qed iniedi filmat tal-kampanja elettorali li fih jidhru "nies Maltin komuni" jfaħħru t-tmexxija Robert Abela. Wieħed minn dawn hu dan ta' hawn taħt li jmexxi r-ristorant Gillieru f'San Pawl il-Baħar. Il-lealtà tiegħu lejn il-Partit Laburista hi magħrufa sewwa. Agħtu daqqa t'għajn lejn din is-sensiela ta' attivitajiet tal-Partit Laburista li saru fir-ristoranti tiegħu. Tistħajlek [...]

Ir-4 jum: (2) Irranġali, sir

By
2022-02-25T16:43:04+01:00Thu, 24th Feb '22, 16:56|

F'dawn l-aħħar xhur sirna nafu bi skandli dwar multi tat-traffiku maħruġin mill-gwardjani mitfugħin f'bir tas-skieken biex xi wħud setgħu jgħadduha lixxa. F'każ partikolari, jidher li negozjant (u allegat kriminal) tħalla jgawdi b'qerq minn flus imħallsin f'ċitazzjonijiet minn klijenti li kienu krew karrozzi mingħandu u li kienu għaddewlu l-ħlas tal-multi li mbagħad spiċċaw biex għaddew fil-bwiet [...]

Ir-4 jum: (1) Ħu Mary Muscat huwa razzist liebes kullar

By
2022-02-25T16:37:36+01:00Thu, 24th Feb '22, 16:54|

It-titlu ta' hawn fuq għażiltu b'risposta għal xi titli li lbieraħ ġew stampati f'xi ġurnali li xandru l-aħbar li mara li tiġi "Ħu Fr David Muscat" biħsiebha tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Fr David Muscat huwa r-razzist aħrax li jgħid it-talba ta' qabel l-ikel waqt il-fenkati li jorganizza Norman Lowell, dak li jiċħad li seħħ [...]

It-3 jum: (3) Jiddependu fuq xulxin

By
2022-02-24T21:18:32+01:00Wed, 23rd Feb '22, 12:16|

Araw x'kitba tella' Massimo Zammit, sostenitur akkanit tal-Ministru Laburista José Herrera. Li jkun hemm l-ammiraturi fih innifsu ma fih xejn ħażin. Ħlief li Massimo Zammit jaħbat il-kbir tat-Teatru Manoel, organizzazzjoni governattiva li taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' José Herrera. Diġà huwa ħażin li Ministri jimpjegaw nies tal-qalba biex imexxu d-dipartimenti tagħhom. Agħar minn hekk hu li [...]

It-3 jum: (2) Jippretendu li tirringrazzjahom talli reġa’ bdielhom milli jagħmlulek il-ħsara

By
2022-02-23T18:23:58+01:00Wed, 23rd Feb '22, 12:14|

Meta reġa' bdielu dwar il-pjan li jibni marina għall-jottijiet f'Wied il-Għajn, il-gvern ried jidher drammatiku hu u jbenġilha li din kienet aħbar tajba u miraklu tad-demokrazija. Talli issa m'huma ser jagħmlu xejn, iridu jieħdu l-krettu. L-ewwel kien tkellem Chris Fearne u, fost iċ-ċapċip, stqarr li ma jaqbilx għal kollox mal-proġett. Imbagħad segwieh Owen Bonnici li [...]

It-3 jum: (1) persuni fil-mira tal-mibgħeda Laburista

By
2022-02-23T17:30:05+01:00Wed, 23rd Feb '22, 12:12|

Fil-kampanja elettorali tal-1996, il-PN kien tnebbaħ minn idea tal-Partit Konservattiv Ingliż meta dan kien ipprova jiddemonizza lil Tony Blair u xandar ritratt ta' parti minn wiċċ Alfred Sant fuq in-naħa t'isfel ta' kartellun bil-kliem "Ma Tistax Tafdah". Dak il-kartellun fetaħ is-siparju tal-ewwel kampanja elettorali negattiva li kienet nibtet xi riperkussjonijiet għall-PN, u forsi anki biegħdet [...]

It-2 jum: (2) Loġika li qajla tista’ tmeriha

By
2022-02-23T15:02:18+01:00Tue, 22nd Feb '22, 09:43|

Mark Camilleri, Marxista primordjali, Mintoffjan minn ġuf ommu, eks delegat tal-Partit Laburista, bniedem li vvota għal Joseph Muscat u li kien ħerqan jarah isir prim ministru, lbieraħ iddikjara li l-pajjiż għandu bżonn il-PN biex isalvah. Il-loġika tiegħu diffiċli li wieħed imeriha. Ma sarx xi akkanit għall-PN. Sempliċement jidhirlu - kif jidhrilhom bosta minna - li [...]

L-ewwel jum (3): Kampanja elettorali taf tagħmel differenza

By
2022-02-22T16:39:56+01:00Mon, 21st Feb '22, 12:16|

Skont l-istħarriġ, id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista hu wieħed konsiderevoli. Għalkemm dan kien bil-wisq akbar fi żmien it-tmexxija ta' Adrian Delia, mill-2017 'l hawn, il-PN qatt ma rnexxielu jegħleb lill-PL. Nistgħu ngħidu li fl-istħarriġ li sar mill-2005 'l hawn, il-PN kważi qatt ma sebaq lill-PL. Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-appoġġ għall-Partit Laburista [...]

L-ewwel jum (2): Il-mexxejja

By
2022-02-21T20:46:34+01:00Mon, 21st Feb '22, 12:10|

Ikun banalità tal-politika lokali li tqis lill-elezzjonijiet Maltin bħala elezzjonijiet presidenzjali f'sistema parlamentari. Dom Mintoff kien ix-xempju tad-demagoġija post-kolonjali. Fil-bidu tat-tmexxija tiegħu Eddie Fenech Adami kien jitpinġa fl-istampa Laburista bħala tarbija bil-ħarqa u dan sabiex jitwassal il-messaġġ li bejnu u bejn Mintoff ma kienx hemm paragun. Mal-medda taż-żmien, Eddie Fenech Adami kiber fl-istatura politika u [...]

Mhux lakemm li jinstab tarf tat-tgħaffiġa li għaffġet Victoria

By
2022-02-19T15:34:49+01:00Fri, 18th Feb '22, 14:41|

Qed nara bosta kummenti online ta' dawk li qed jassumu jew jistaqsu jekk l-20 sena mnaqqsin mill-piena li kellu jservi Darren Debono t-Topo b'konsegwenza tal-ftehim li ntlaħaq mal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg jistgħux jerġgħu jitreġġgħu lura fil-piena issa li jidher ċar li huwa mhux biħsiebu jixhed kontra l-kompliċi tiegħu fl-attentat tas-serq tal-HSBC tal-2010. Mela l-maħfriet li [...]

Go to Top