About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

X’jonqos issa? Li nissussidjaw in-negozju tiegħu wkoll?

By
2022-01-25T14:57:54+01:00Tue, 25th Jan '22, 09:51|

Il-Malta Today irrappurtat li dakinhar li l-Pulizija kienu qed jagħmlu t-tfittxija tagħhom fir-residenza ta' Joseph Muscat f'Burmarrad, uffiċjali oħrajn tal-istess korp kienu qed jagħmlu tfittxija oħra fl-uffiċċju li Muscat għandu f'ismu f'Sa Maison għaliex dan mhux dejjem jaħdem mid-dar. Sa hawn, kollox sew. Jekk, kif qed jgħid hu, qed jagħti pariri dwar investiment jew ristrutturar [...]

AĠĠORNATA: Dnubietha diġà ħafruhomlha

By
2022-01-25T20:04:24+01:00Tue, 25th Jan '22, 08:54|

AĠĠORNATA: 11:05 bl-istqarrija tal-PN  Rosianne Cutajar ammettiet li kienet irċeviet €9,000 fi flus kontanti bħala "rigal f'għeluq sninha" mingħand Yorgen Fenech, il-bniedem li jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ammettiet li ma kinitx iddikjarat ir-rigal. Fil-Parlament Malti kif ukoll fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa qabżet għal Yorgen Fenech u insistiet li l-kuntratt dwar l-Electrogas m'għandux [...]

Lid-dinja Robert Abela x’biħsiebu jgħidilha?

By
2022-01-24T16:35:05+01:00Mon, 24th Jan '22, 10:32|

Robert Abela stqarr li ser jivvota kontra u li biħsiebu jitlob lid-deputati tiegħu biex jivvotaw kontra abbozz li jdaħħal fis-seħħ liġijiet ta' kontra l-mafja. Dwar il-proposti l-oħra li tnisslu mir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kellu biss kliem ta' tmaqdir u ma sab xejn xi jfaħħar fihom. Jeħtieġ li nistennew u naraw, [...]

Meta jistqarr li Malta mhix stat mafjuż, ikun qed ifisser bil-maqlub

By
2022-01-24T21:29:38+01:00Mon, 24th Jan '22, 08:58|

Jeżistu premessi li jikxfu l-motivazzjonijiet li ma jkunux intenzjonati. "Min bass?" hija l-mistoqsija li ssir minn min ikun bass. Hekk dejjem jiġri. Ikun bassha min ikun xammha. Fi kliem ieħor, min jisħaq bil-qawwa li l-mafja ma teżistix x'aktarx ikun dak li jagħmel minn kollox biex ħadd ma jmissha. Biex nikkwota lil Baudelaire: l-ikbar qerq tax-xitan [...]

Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (4)

By
2022-01-21T17:40:00+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:50|

Anki meta wieħed iżomm f'moħħu l-ħakma li kien hemm fuq l-istituzzjonijiet fi żmien Joseph Muscat, naħseb li issa wasalna f'punt fejn id-dgħjufija tas-saltna tad-dritt qed narawha tkompli tiżdied. Armat bis-setgħat kollha tal-gvern u tal-partit fil-gvern, Robert Abela issa qed jiskredita l-proċess ġudizzjarju billi jixlih li hu partiġġjan u f'konfoffa mal-PN. Mill-ħażin ser immorru għall-agħar. Sakemm [...]

Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (3)

By
2022-01-21T17:36:32+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:47|

Robert Abela m'għandux għażla ħlief li jiżfen għad-daqq ta' Joseph Muscat. Agħtu daqqa t'għajn lejn il-faċċata ta' quddiem tal-Orizzont tal-lum: “Għall-PN, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ifisser li jdaħħluhom fil-logħba partiġġjana.” Hekk ġie kwotat li qal il-prim ministru li, minkejja ċ-ċaħdiet tiegħu, qed iżid il-pressjoni fuq il-maġistrat inkwirenti li qed tinvestiga l-iskandlu tal-korruzzjoni fil-bejgħ tal-isptarijiet. Robert Abela mhuwiex [...]

Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (2)

By
2022-01-21T17:34:03+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:44|

Għandi nifhem li Robert Abela, bejnu u bejn ruħu, mhuwiex tal-fehma li Joseph Muscat huwa xi alla. Madankollu Robert Abela jaf sewwa li kien hu li ġie elett biex imexxi lill-Partit Laburista minflok Chris Fearne għas-sempliċi raġini li Chris Fearne kien indika bil-quddiem li ma kienx biħsiebu jixgħel xemgħat biex iqim lil Joseph Muscat wara [...]

Il-liġijiet ma jgħoddux għall-alla tagħhom (1)

By
2022-01-21T17:30:21+01:00Fri, 21st Jan '22, 09:42|

Nasal biex nifhem ix-xettiċiżmu. Kif ukoll iċ-ċiniżmu. Għaddejna minn wisq esperjenzi drammatiċi li spiċċaw biex ħallew effett minimu biex ma jgħaddilniex minn moħħna li t-tfittxija li saret fir-residenza ta' Joseph Muscat - sentejn wara li nbdiet inkjesta, ħames snin wara li l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni raw id-dawl tax-xemx u ftit ġranet wara li hu stess kien [...]

Vavata ta’ Edward Scicluna

By
2022-01-20T15:32:26+01:00Thu, 20th Jan '22, 09:51|

Xi ġranet ilu, permezz tas-sit uffiċjali tal-Instagram tal-Bank Ċentrali, Edward Scicluna wera s-sogħba tiegħu għall-mewt ta' David Sassoli, li kien il-president tal-Parlament Ewropew li miet dan l-aħħar. View this post on Instagram A post shared by Central Bank of Malta (@centralbankmalta) Hekk sewwa u xieraq. Wara kollox Edward Scicluna kien membru tal-Parlament Ewropew u lil [...]

Qed jheddu bis-saltna tal-manigoldi

By
2022-01-20T18:40:12+01:00Thu, 20th Jan '22, 09:42|

Nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet dwar ir-rimarki li għamlu Joseph Muscat u Robert Abela wara li lbieraħ il-Puliizja wettqet tfittxija fir-residenza tal-eks Prim Ministru. Dawn lissnu l-istess affarijiet u dan x'aktarx ifisser li ftiehmu minn qabel x'kienu ser jgħidu. Dan li ġej intqal minn Joseph Muscat lil tat-Times of Malta: “Muscat qal li l-fiduċja tiegħu fl-inkjesta [...]

Minn barra għal ġewwa?

By
2022-01-19T18:22:39+01:00Wed, 19th Jan '22, 16:52|

Il-Pulizija wettqu tfittxija fir-residenza ta' Joseph Muscat u ttiħdulu l-mobiles tiegħu. Stqarr li kienet "nofs sorpriża", li jfisser li xi ħadd kien għaddielu kelma u li din it-tfittxija kien qed jistennieha. Xejn ma kien sorpriż b'dak li seħħ. Jidher li għad għandu l-ħbieb li jwasslulu l-informazzjoni. Wieħed jittama li ma kellux biżżejjed ħin biex jeqred [...]

“Tagħna wkoll bravu ta……”

By
2022-01-19T16:43:30+01:00Wed, 19th Jan '22, 14:50|

Tal-One TV illum xandru aħbar dwar l-eks ministru tal-Labour Leo Brincat li huwa membru tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea. Skont it-titlu tar-rapport, Leo Brincat qed iwettaq xogħol “importanti” fl-UE u jsemmi żewġ dokumenti dwar audits li jinsabu fuq l-iskrivanija tiegħu. Dawn id-dokumenti huma mfissra b'mod biex il-qarrej jew is-semmiegħ qajla jkun jista' jifhem xi ħaġa. Dwar [...]

Roberta Metsola: il-personifikazzjoni tal-interess nazzjonali Malti

By
2022-01-18T16:21:36+01:00Tue, 18th Jan '22, 11:05|

Meta tara lil Robert Abela jirsisti kemm jiflaħ biex jidher ħelu fid-dawl tal-elezzjoni ta' Roberta Metsola, kważi jaqbdek id-daħk li kieku din ma kinitx manuvra tipika ta' min jaf li jista' jġibha żewġ lokalment bi strateġija bħal din. Tiskanta kemm hawn boloh f'dan pajjiżna li mingħalihom li Metsola ġiet eletta għaliex hekk ried Robert Abela. [...]

Il-liġijiet mhux biss jiksruhom kif u meta jridu. Ibulu fuqhom ukoll.

By
2022-01-14T17:01:03+01:00Fri, 14th Jan '22, 13:47|

Din qed insibha diffiċli biex nifhimha. Illum Robert Abela wieġeb mistoqsijiet dwar l-arranġament legali li sar ma' Darren Debono magħruf bħala t-Topo. Xi ġranet ilu, lill-Avukat Ġenerali - u mhux lill-Prim Ministru - l-Oppożizzjoni talbitha biex tispjega d-deċiżjoni li ħadet hi dwar dan l-arranġament legali. Agħtu daqqa t'għajn hawnhekk lejn ir-raġunijiet 'l għala qed tiġi [...]

L-għaqdiet dwar il-libertà tal-istampa lil Robert Abela jgħidulu li jinsabu b’seba’ għajnejn fuqu

By
2022-01-14T20:29:09+01:00Fri, 14th Jan '22, 11:46|

Din li ġejja hi stqarrija maqluba għall-Malti li xandru llum l-għaqdiet non-governattivi favur il-libertà tal-istampa wara li l-gvern ħabbar il-ħolqien ta' "kumitat ta' esperti" li għandu jirrakkomanda miżuri biex tissaħħaħ il-libertà tal-istampa f'Malta. L-għaqdiet tagħna jirreferu għall-aħbar li l-Prim Ministru Robert Abela ħatar Kumitat ta' Esperti bil-għan li jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil [...]

Ara ma tażżardax issemmi l-korruzzjoni!

By
2022-01-16T13:47:49+01:00Thu, 13th Jan '22, 11:46|

Illum irħejtilha lejn il-bini tal-qorti fil-Belt Valletta biex insegwi l-ewwel seduta f'kawża li Repubblika għamlet is-sena li għaddiet sabiex jiġi emfasizzat il-fatt li l-Electrogas qed tixtri l-gass mingħand is-Socar bi prezzijiet li huma ogħla mir-rati kummerċjali eżistenti u li għaldaqstant l-Enemalta qed tixtri l-elettriku mingħand l-Electrogas bi prezzijiet ogħla minn dawk li kieku kellha tixtrih [...]

Il-“Kumitat” (4): dawk li ser “isalvaw” lill-gvern mill-marda mxajtna tal-libertà tal-kelma

By
2022-01-14T16:51:50+01:00Wed, 12th Jan '22, 13:39|

Żewġ letturi universitarji huma membri tal-kumitat maħtur mill-gvern sitt xhur wara li xxandru l-konklużjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia biex jipproponi "żviluppi" għall-qasam tal-ġurnaliżmu f'Malta. Il-fehmiet ta' dawn it-tnejn huma magħrufin sewwa l-opinjonijiet, u għaldaqstant wieħed jista' jikkonkludi li ntagħżlu għal fuq il-kumitat li suppost għandu jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta appuntu għaliex [...]

Il-“Kumitat” (3): Kemm hawn persuni li jidhrilhom li tkun idea tajba jekk jinħatar Ċensur tal-Istat?

By
2022-01-12T18:56:47+01:00Wed, 12th Jan '22, 12:02|

Matthew Xuereb, Kurt Sansone u Neil Camilleri huma t-tliet ġurnalisti li nħatru biex iservu fil-"Kumitat tal-Esperti" li llum ħabbar il-gvern “bl-iskop li jiġi mgħarbel il-ġurnaliżmu u l-qasam tax-xandir f'Malta, biex jiġu indentifikati l-oqsma li jeħtieġu żvilupp u biex isiru rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru”. Xuereb, Sansone u Camilleri ilkoll huma validi. Dawn ħadmu fil-qasam tal-ġurnaliżmu għal snin [...]

Wara li stenbħu, issa qabbdu lil Saviour biex ‘jagħmel xi ħaġa’ dwar l-inkjesta Daphne (2)

By
2022-01-12T10:31:24+01:00Tue, 11th Jan '22, 16:15|

KONFERMA: 16:20 Il-gvern ħabbar li Saviour Balzan inħatar tabilħaqq bħala membru ta' kumitat ta' esperti li ser jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar it-twettiq tal-konklużjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ikompli hawn. Ix-xniegħa li hawn bħalissa dwar il-ħatra ta' Saviour Balzan fuq kumitat ta' esperti li għandu jissorvelja t-twettiq tal-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' [...]

Wara 6 xhur stenbħu: jridu juru li qed jagħmlu xi ħaġa dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Daphne (1)

By
2022-01-11T21:03:36+01:00Tue, 11th Jan '22, 16:05|

Il-gvern jidher li ser iħabbar it-twaqqif ta' bord bil-għan li jiġu mwettqa r-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Deċiżjoni bħal din għandha tidher bħala waħda tajba. U jidher li hekk jixtiquna nqisuha. Iżda jidher li l-gvern jinsab moħħu biex itellef il-kuntest. Ir-rapport tal-Imħallfin tal-inkjesta xxandar f'Lulju li għadda, jiġifieri, sitt xhur ilu. [...]

Go to Top