About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

ITTRA: Niftakar. M’iniex se ninsa

By
2021-08-29T19:24:28+02:00Sun, 29th Aug '21, 08:17|

Dawn l-aħħar ġranet imqanqlin irċevejt ħafna messaġġi ta' ħbiberija u sapport mingħand qraba u ħbieb. Irċevejt ukoll ftit messaġġi ta' sapport mingħand nies li ma nafx min huma, li qegħdin 'l bogħod, imma li xtaqu jkunu viċini tiegħi. Dan il-messaġġ wieħed minnhom. B'sens ta' gratitudni, qed nippublikah hawnhekk maqlub għall-Malti mill-Ingliż. Għażiż Manuel, Ili naqra [...]

Attenti minn Manuel Delias foloz

By
2021-08-26T20:43:33+02:00Thu, 26th Aug '21, 18:23|

Għadni qed nogħmodha u nipprova naħdem fuqha mal-pulizija, avukati u l-awtoritajiet kompetenti għalhekk din mhix kummentarju fuq is-suġġett. Nipprova nagħmel dak kif inkun nista' nerġa nibda naħdem. Imma xi ħadd, xi mkien, qed jibgħat emails li jidhru qishom bgħatthom jien u qed jibni websites foloz li jidhru qishom miktubin minni. Li mhumiex. Dawn l-emails u [...]

Joe Brincat jerġa’ jagħmilha

By
2021-08-24T16:51:55+02:00Mon, 23rd Aug '21, 13:35|

Joe Brincat qed jerġa' jaħli ħinu fuq spedizzjoni bla sens. Irreġistra protest ġudizzjarju llum jitlob lill-Avukat tal-Istat biex jibda inkjesta dwar il-kondotta tal-inkejsta ta' Daphne Caruana Galizia. L-ittra tiegħu fiha ammont eċċessiv ta' termini legali biex taparsi tagħtiha kredibbiltà u importanza.  M'għandniex xi ngħidu, hija ittra bla sens. L-inkejsta mhix proċess ġudizzjarju anki jekk immexxi [...]

Il-messaġġi li ried jibgħat Joseph Muscat

By
2021-08-23T14:14:51+02:00Mon, 23rd Aug '21, 11:20|

Fit-tieni parti tal-intervista mxandra l-bieraħ li Joseph Muscat għamel mat-Times of Malta, Keith Schembri ssemma' kemm il-darba. Din l-intervista ma kienitx biss dwar il-fatt li Keith Schembri kien iċ-chief of staff tiegħu, li dan kien inkixef bħala s-sid ta' kumpannija fil-Panama li għal ġo fiha kellhom igħaddu flejjes mħallsin minn  Yorgen Fenech, li seta' kien [...]

L-avukat tax-xitan

By
2021-08-21T16:24:44+02:00Sat, 21st Aug '21, 16:24|

L-avukat ta’ Yorgen Fenech’s sejjaħ lill-pulizija fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu biex iħarrkuni talli, jgħid hu, attakkajt il-kredibbiltà tal-Imħallef Giovanni Grixti biex ninfluwenza l-eżitu tal-applikazzjoni ta’ Yorgen Fenech għall-ħelsien mill-arrest fuq pleġġ. Jekk jiġri xi ħaġa, ngħidilkom. L-avukat ta’ Yorgen Fenech hu Charles Mercieca. Dak li, minn lejl għal nhar, qaleb minn impjieġ fl-uffiċċju tal-prosekutur biex [...]

Araw lill-“Perit Audrey” tittawwal minn fuq il-pedestall elitista tagħha

By
2021-08-18T16:38:13+02:00Wed, 18th Aug '21, 10:35|

Din hi kompetizzjoni organizzata minn kandidata Laburista fil-ġurnal l-orizzont. Aqtgħu naqra x'inhi l-kelma b'erba' ittri li tibda' bil-Ħ li tidher bl-iswed fuq is-sinjal tat-traffiku. Il-fatt li l-"Perit Audrey" tippretendi li int għandu jistħoqqlok premju talli twieġeb dik il-mistoqsija turik kif fil-fatt tistmak. Issa intom tafu kemm dawn ta' spiss igħidu li aħna "elitisti" u li [...]

16 ta’ Awwissu: Velja favur il-Verità u l-Ġustizzja

By
2021-08-15T18:07:41+02:00Sun, 15th Aug '21, 09:52|

Ingħaqad magħna għada s-16 ta' Awwissu fis-7pm f'Misraħ l-Assedju. Ibqgħu ċerti li jekk nibqgħu ċassi, dawn ser jagħmlu minn kollox biex igħadduha lixxa għall-qtil ta' Daphne. Il-kelliema ser ikunu Becky D'Ugo minn #occupyjustice, Neil Falzon minn Aditus u Alessandra Dee Crespo minn Repubblika. Ser ninġabru għall-ewwel darba fil-Belt Valletta wara li għaddiet aktar minn sena [...]

Raġuni oħra l-għala ma sarux taħrikiet fil-qorti dwar l-iskandlu Electrogas

By
2021-08-12T18:22:47+02:00Thu, 12th Aug '21, 09:28|

L-orizzont illum ħarġet tiddefendi lill-uniku persuna fil-PN li miegħu għandha l-grazzja, jiġifieri Adrian Delia. U ddieħku bl-istqarrija li għamlet Repubblika fis-sens li, kemm il-darba jiġu pruvati l-allegazzjonijiet li Adrian Delia kien ikkonfoffa ma' Yorgen Fenech dakinhar li kien qed isir dibattitu fil-Parlament dwar is-17 Black, huwa għandu jwarrab għal kollox mill-ħajja pubblika. L-orizzont stqarret li [...]

Xiri ta’ voti nofs kedda

By
2021-08-11T18:19:29+02:00Wed, 11th Aug '21, 16:43|

Il-bieraħ ktibt dwar id-drawwa li bdew xi Ministri li bis-saħħa tagħha qed jonfqu flejjes pubbliċi fil-kostitwenzi tagħhom sabiex huma jieħdu palata għall-elezzjoni tagħhom fil-Parlament. Semmejt lil Alex Muscat li ħataf kważi miljun ewro mill-flus maħtufin mill-bejgħ tal-passaporti biex tinxtegħel il-knisja ewlenija tal-Mosta, lokalità li tifforma parti mill-konstitwenza tiegħu. Illum ħabbrilna "proġett" ieħor: dik li sejjħilha [...]

‘Il-flus huma s-saħħa tagħna’

By
2021-08-10T16:42:03+02:00Tue, 10th Aug '21, 09:43|

Il-bieraħ fil-qorti Melvyn Theuma xehed li Yorgen Fenech kien stqarr li "l-flus huma s-saħħa tagħna" dakinhar li Theuma ssuġġerielu li seta' jwaqqaf il-ħlasijiet ta' eluf ta' ewro li l-aħwa Degiorgio - li issa kienu arrestati fil-ħabs - kienu qed jerdgħu minn fuq dahru. Kienu kliem tipiċi ta' kap tal-mafja. ‘Il-flus huma s-saħħa tagħna’ Ma kienu [...]

Ir-raġuni ewlenija għala għandu jwarrab Edward Zammit Lewis

By
2021-08-04T12:02:32+02:00Wed, 4th Aug '21, 10:43|

Ir-raġuni ewlenija l-għala Edward Zammit Lewis għandu jwarrab m'hix għaliex dan offenda lill-votanti u partitarji tiegħu stess bi kliem dispreġġjattiv meta għajjarhom "ġaħan". Dawn għandhom raġun jieħdu għalihom u x'aktarx li din it-tgħajjira ser jibqgħu jiftakruha dakinhar li jmorru jivvutaw fl-elezzjoni li ġejja. Meta semma' l-kelma "ġaħan", Edward Zammit Lewis kien f'nofs konversazzjoni ma' bniedem [...]

Edward Zammit Lewis qed jippretendi li jgħaddiha lixxa wkoll!

By
2021-08-03T13:35:28+02:00Tue, 3rd Aug '21, 13:11|

Edward Zammit Lewis ammetta l-"ħbiberija" li kellu ma' with Yorgen Fenech. Bejniethom għadda mal-1000 messaġġ wara li Yorgen Fenech inkixef li hu s-sid tas-17 Black. Flimkien ma' Robert Abela kien indirizza konferenza stampa biex jiddieħak bl-isforzi li kien qed jagħmel Simon Busuttil fil-qorti biex iġiegħel lill-Pulizija tinvestiga l-iskandlu 17 Black. U ftit wara, kkomunika ma' [...]

Ian Abdilla sospiż u ser ikun is-suġġett ta’ investigazzjoni dixxiplinarja

By
2021-08-03T12:01:06+02:00Tue, 3rd Aug '21, 10:39|

Għadni kemm sirt naf li dak li sa ftit ilu kien imexxi l-Economic Crimes Unit tal-korp tal-Pulizija, Ian Abdilla, ġie sospiż mill-korp u ser jiġi investigat taħt ir-regolamenti ta' dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. F'Ġunju tas-sena l-oħra, ftit wara li l-Kummissarju preżenti Anġlu Gafà ngħata l-ħatra, Ian Abdilla kien tneħħa mill-Economic Crimes Unit u ġie trasferit [...]

Edward Zammit Lewis ma fadallux skużi

By
2021-08-03T15:35:15+02:00Mon, 2nd Aug '21, 14:22|

Edward Zammit Lewis illum attenda laqgħa tal-Kabinett qiesu mhux hu. U meta jiġġustifika dan l-aġir, il-gvern ikun qed juri li m'għandu ebda intenzjoni li jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-Inkjesta Daphne. Edward Zammit Lewis jammetti li kien "ħabib" ta' Yorgen Fenech. Jammetti li ma' Yorgen Fenech ta' sikwit tkellem dwar l-isforzi tiegħu u tal-partit tiegħu biex iżommu [...]

Il-qofol kollu m’huwiex dwar min tabilħaqq huwa “ġaħan”

By
2021-07-31T12:24:48+02:00Sat, 31st Jul '21, 07:33|

Edward Zammit Lewis sar il-mira faċli - mhux għax qatt kien xi għadma iebsa, tafux - ta' min ikun irid igħaddih passata. Xi ftit tal-ġranet ilu Jason Azzopardi kien diġà tana ħjiel li kien hemm Ministru tal-gvern li lil Yorgen Fenech - il-persuna mixlija bil-qtil ta' ġurnalista - kien qallu li l-partitarji tiegħu stess huma [...]

Biex ikun hemm il-fejqan, jeħtieġ li tintrefa’ r-responsabbiltà

By
2021-07-30T15:25:12+02:00Fri, 30th Jul '21, 14:17|

Illum il-President ta' Malta stqarr li hu tal-fehma li r-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għandu jibda' proċess ta' fejqan. Irrepeta dak li starr il-bieraħ  Robert Abela. Dalgħodu membri parlamentari tan-naħa tal-gvern stqarrew li r-rapport ma qrawħx. Ma wrew ebda sogħba fi kliemhom. L-imgħoddi m'humiex lesti li jiċħduh u m'humiex lesti li jerfgħu [...]

Il-kompliċità tat-TVM

By
2021-07-30T11:23:53+02:00Fri, 30th Jul '21, 08:08|

Araw il-mod kif l-istituzzjonijiet Maltin jiżguraw li kulħadd jifhem li huma qed jinjoraw dak kollu li nkiteb dwarhom mill-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Nieħdu l-istazzjon TVM, ix-xandar nazzjonali. L-Imħallfin tal-inkjesta rrakkomandaw fir-rapport tagħhom li għandhom isiru emendi lill-klawsoli fil-Kostituzzjoni ta' Malta li jirregolaw lill-Awtorità tax-Xandir u dan għaliex, bil-mod kif inhuma mfasslin, [...]

Tissejjaħ protesta għal-lejla

By
2021-07-29T13:29:33+02:00Thu, 29th Jul '21, 13:03|

Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed isejjħu protesta nazzjonali quddiem il-Berġa ta' Kastilja llejla fis-7pm. It-rapport tal-Inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jikkonferma li: L-Istat għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Kien hemm kultura ta’ impunità mifruxa li gawdew minnha uffiċjali għoljin tal-amministrazzjoni pubblika, persuni ta’ fiduċja u ċirku ristrett ta’ politiċi, negozjanti [...]

L-Inkjesta Daphne: “L-impunità infirxet bħal qarnita”

By
2021-07-29T13:07:37+02:00Thu, 29th Jul '21, 12:47|

Fil-qosor, lill-Inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia irriżultalha li: L-Istat għandu jerfa' r-responsabbiltà għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Kien hemm kultura ta' impunità mifruxa li gawdew minnha uffiċjali għoljin tal-amministrazzjoni pubblika, persuni ta' fiduċja u ċirku limitat ta' politiċi, negozjanti u kriminali. Kien hemm persuni b'rabtiet ma' entitajiet tal-Istat li ġabu ruħħom b'mod li [...]

Go to Top