About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

It-tmiem tal-bidu

By
2018-03-21T12:54:58+01:00Wed, 21st Mar '18, 03:18|

Mela ma kinitx qed tiġġennen wara kollox. Ma kenitx qed tigdeb. Ma kenitx saħħara moħħha biss biex tagħmel ħsara lil Labour għaliex ma felħitx tara s-suċċessi. Mhux għax kellu jiġri dak li ġara biex nikkonvinċu ruħna li tal-Pilatus Bank m'humiex ħlief bejta tal-ħallelin u bank għall-ħallelin immexxi mill-ħallelin għax kienet ilha li xanderet il-fatti u ppreżentat il-provi. Iżda għal [...]

Iċ-Chairman tal-Bank Pilatus arrestat fl-Istati Uniti

By
2018-03-21T12:49:57+01:00Wed, 21st Mar '18, 02:19|

Ir-Reuters qed jirrapporta li Ali Sadr Hasheminejad, iċ-Chairman tal-Bank Pilatus, qed jinżamm arrestat fl-Istati Uniti mixli li pparteċipa fi skema biex jiġu evitati sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti u biex aktar minn $115-il miljun li tħallsu taħt kuntratt tal-kostruzzjoni fil-Venezwela jiġu mgħoddija baxx baxx mis-sistema finanzjarja Amerikana. L-Istati Uniti ressqu akkużi formali fil-konfront ta' Ali Sadr, [...]

AĠĠORNATA: Maria Efimova tat lilha nfisha volontarjament f’idejn il-pulizija f’Ateni

By
2018-03-21T12:47:02+01:00Tue, 20th Mar '18, 11:10|

L-eks impjegata tal-Bank Pilatus Maria Efimova, li xehdet fl-Inkjesta Maġisterjali li għaddejja dwar il-kumpanija Egrant Inc, iddeċidiet li ma tibqax tistaħba fi Kreta u tat lilha nfisha b'mod volontarju lill-pulizija f'Ateni wara l-mandat ta' arrest internazzjonali li nħareġ kontriha minn Malta. Il-mandat ta' arrest kontriha kien inħareġ wara li ma attendietx għal seduti tal-qorti li [...]

Istituzzjoni prestiġġjuża tal-Istat ta’ New York tagħti l-premju tal-libertà tal-kelma lil Daphne Caruana Galizia

By
2018-03-20T10:19:32+01:00Tue, 20th Mar '18, 07:56|

Daphne Caruana Galizia se tkun onorata wara mewtha bil-Premju Tully 2017 għal-Libertà tal-kelma (2017 Tully Center for Free Speech) fl-Università ta' Syracuse. Iċ-Ċentru Tully għal-Libertà tal-Kelma li jinsab fis-Samuel Irving Newhouse School of Public Communications fl-Università ta' Syracuse f'Syracuse, New York, ingħata bidu fl-2006 bħala legat ta' Joan A. Tully, lawreata tal-istess skola fis-sena 1969, u promotriċi impenjata bis-sħiħ [...]

Il-gidba

By
2018-03-19T10:24:43+01:00Sun, 18th Mar '18, 22:14|

Meta wieħed jaqra' The Guardian u The Observer dwar il-whistleblower li kien impjegat ma' Cambridge Analytica nifhem li wieħed għandu għalxiex ikun inkwetat bin-nuqqas ta' skrupli ta' ċerti biljunarji li qegħdin jużaw it-teknoloġija biex jinfluwenzaw il-kotra tal-votanti fl-iktar pajjiżi demokratikament sofistikati fid-dinja biex jaċċettaw il-fabbrikazzjonijiet u l-gideb. Din hija l-istorja dwar kif il-gidba tista' tegħleb is-sewwa. Dan ifakkarna fix-xenarju li kien iddeskriva Stephen [...]

L-istorja ta’ Cambridge Analytica

By
2018-03-18T22:45:27+01:00Sun, 18th Mar '18, 09:51|

Il-ġenju teknoloġiku li kien impjegat ma' Cambridge Analytica tkellem bil-miftuħ ma' The Guardian/Observer. Aqra d-dettalji hawn. Cambridge Analytica hi kumpannija sussidjarja ta' SCL Elections, ditta li taħdem mill-qrib ma' Henley and Partners. SCL Elections hi magħrufa għall-mod kif immanipulat l-elezzjonijiet f'St Kitts and Nevis, ir-riżultat ta' liema tiġrijiet elettorali serva l-interessi ta' Henley and Partners. F'Novembru 2013, Daphne Caruana Galizia kienet stiednet lill-qarrejja tagħha [...]

Il-provokazzjoni ta’ Jason

By
2018-03-18T22:43:40+01:00Sat, 17th Mar '18, 15:41|

Jason Micallef, bniedem li twelled mill-ġdid biex imexxi l-wirjiet kulturali, reġa' wriena snienu dan kollu għaliex fuq pont iddendel strixxun li għatta wieħed minn madwar mitejn strixxun ieħor tal-'Kapitali tal-Kultura Ewropea'. Araw naqra x'kiteb il-bieraħ fil-Facebook. "Atti ieħor ta' provokazzjoni". Provokazzjoni? Għidilna naqra Jason x'inhu jipprovoka strixxun tal-kanvas? "Għattew u ħammġu strixxuni ta' Valletta 2018 Kapitali Ewropea tal-Kultura". L-istrixxuni li [...]

Tiegħu iwaħħlu fuq ħaddieħor

By
2018-03-17T20:25:18+01:00Fri, 16th Mar '18, 16:43|

Interessanti s-sentenza tal-Qorti tal-Appell li kkonfermat deċiżjoni precedenti dwar malafama kontra Saviour Balzan. Il-Qorti qatgħetha li Balzan kien għamel allegazzjoni malafamanti fil-konfront ta' Richard Cachia Caruana meta allega li dan kien il-moħħ wara grupp ta' kelliema u kittieba wżati biex jagħmlu ħsara lill-għedewwa politiċi ta' Lawrence Gonzi Saviour Balzan kien speċifiku meta semma' b'isimha lil Daphne Caruana Galizia u dwar il-mod [...]

Meta Daphne Caruana Galizia għamlet paragun bejn Robert Fico u Joseph Muscat

By
2018-03-16T14:44:58+01:00Fri, 16th Mar '18, 09:27|

Aqraw x'kienet kitbet Daphne Caruana Galizia f'Novembru 2016. Madwar 10 xhur qabel ġiet assassinata kienet għamlet paragun dwar il-metodu dispreġġjattiv użat fil-konfront tal-ġurnalisti miż-żewġ prim ministri. "Sħabi ġurnalisti: hekk kif, fl-isfond tal-fake news u tal-miżinformazzjoni ta' dawn iż-żminijiet u fl-isfond ukoll tal-qawmien tal-lemin estrem, filwaqt li xogħlna qed isir aktar u aktar importanti, is-sitwazzjoni għalina qed issir [...]

Baqgħu sakemm qatluha

By
2018-03-16T14:46:27+01:00Fri, 16th Mar '18, 09:06|

Ħames xhur ilu qatlu lil Daphne Caruana Galizia. Joseph Muscat għadu Prim Ministru. Għal kull ġurnata li tgħaddi mingħajr ma ssir ġustizzja, inkunu qed joqtluha mill-ġdid. Il-lejla fis-18:30 quddien il-Qorti ngħaqad ma' oħrajn li qed jinsistu li għandha ssir ġustizzja.  

Ironija taqtagħha b’sikkina

By
2018-03-16T10:59:11+01:00Thu, 15th Mar '18, 11:40|

Mela Mossack Fonseca għalqet. Għad hemm ħafna ditti legali f’diversi tax havens li jaħbu s-sigrieti ta’ ħafna politikanti oħrajn.  Imma din għalqet.  Hu mument li jġib sensazzjoni ta’ ferħ u dieqa għal ħafna nies f’Malta, imma l-aktar għal Matthew Caruana Galizia. Dan hu jum tabilħaqq stramb. Id-ditta li għenet lill-uniku ministru fl-UE imsemmi fil-Panama Papers [...]

Il-mistoqsijiet ta’ Glenn Bedingfield

By
2018-03-16T11:10:14+01:00Thu, 15th Mar '18, 08:18|

Glenn Bedingfield baqa’ jiddefendi dak li mingħalih hu d-dritt tiegħu li jaħdem għal żewġ istituzzjonijiet li huma mfassla apposta mill-Kostituzzjoni tagħna li jkunu indipendenti minn xulxin u biex waħda żżomm lill-oħra responsabbli u l-oħra biex tibbilanċja l-ewwel waħda. Li ġej hi silta mill-intervent tiegħu fil-Parlament il-bieraħ. Hawn jisfida lil dawk li jikkritikawh biex jindikawlu liema [...]

Robert Fico jirriżenja. Joseph Muscat jibqa’ hemm.

By
2018-03-16T08:42:01+01:00Wed, 14th Mar '18, 20:13|

Filwaqt li ħaddieħor qed igħaddi mill-għarbiel tad-demokrazija, aħna qegħdin neħlu. L-offerta li għamel Robert Fico li jirriżenja minn Prim Ministru tas-Slovakkja wara l-assassinju tal-ġurnalista Jan Kuciak m'hi xejn ħlief xhieda ħajja li d-demokrazija f'Malta m'hix f'sikkitha. L-offerta li għamel Robert Fico turi li s-sejħa li kienu għamlu l-aħwa Caruana Galizia ftit sigħat biss wara l-assassinju ta' ommhom biex issir ġustizzja [...]

Inkomplu nirreżistu

By
2018-03-16T16:54:40+01:00Wed, 14th Mar '18, 17:04|

Ma' kull ġurnata li tgħaddi, tkompli titnaqqar ftit ftit id-demokrazija tagħna. L-iSpeaker Anġlu Farrugia llum ikkonferma r-ruling tiegħu li Simon Busuttil ma jistax jistaqsi mistoqsijiet dwar jekk Keith Schembri huwiex is-sid ta' kontijiet bankarji fid-Dubaj u fil-Pilatus Bank. Bla precedent: L-iSpeaker ikkonferma li jien ma nistax nistaqsi lill-PM dwar jekk iċ-Chief of Staff tiegħu għandux kont bankarju fid-Dubaj u f'Pilatus Bank. Din id-deċiżjoni [...]

Kapo

By
2018-03-13T17:43:52+01:00Tue, 13th Mar '18, 08:38|

Id-deċiżjoni tal-ispeaker li jwaqqaf il-mistoqsija ta' Simon Busuttil lill-Prim Ministru dwar jekk ic-chief of staff tiegħu għandux kont tal-bank f'Dubai u ieħor f'Pilatus Bank huwa skandlu.  Imma ħadd ma jinduna.  F'pajjiż fejn id-dubbien kollu huwa abjad, nemusa bajda ma tagħtix fil-għajn.   Il-kont tal-bank f'Dubai huwa msemmi fil-Panama Papers u kien investigat minn Daphne Caruana Galizia. [...]

Biex ma ninsew qatt

By
2018-03-12T12:44:04+01:00Fri, 9th Mar '18, 11:03|

Ilbieraħ spjegajt kif il-mod kif tneħħiet id-deċiżjoni tal-qorti kontra Yanica Barbara mir-rekords pubbliċi għandu jkun investigat. Mill-ewwel qam Owen Bonnici u qal li m'hemm l-ebda ħtieġa ta' investigazzjoni. ‘Jien ħadt id-deċiżjoni’, sostna. Hu 'spjega' lit-Times of Malta li f'dan il-każ kien qed jitħaddem il-prinċipju legali 'tad-dritt li wieħed jintesa' - prinċipju li hu ta struzzjonijiet [...]

Nadifa tazza

By
2018-03-12T12:29:02+01:00Thu, 8th Mar '18, 13:22|

It-tneħħija mir-rekords pubbliċi ta’ deċiżjoni imbarazzanti tal-qorti kontra uffiċjal tal-gvern huwa skandlu fih innifsu. It-tfajla stupida ta’ 19-il sena li serqet credit card u marret tberbaqhom, illum hija mara ta’ 28 sena u minħabba fiha r-regoli qed jitgħawġu u qed isiru eċċezzjonijiet biex tkun tista’ tirnexxi f’dak li tixtieq tagħmel. Il-pubblikazzjoni tas-sentenzi tal-qorti fuq sistema [...]

X’inhu jaħseb is-segretarju ta’ Chris Cardona?

By
2018-03-12T12:42:05+01:00Mon, 5th Mar '18, 20:43|

Is-segretarju ta' Chris Cardona qal li jisgħobbieh li kien għamel libell lil Daphne Caruana Galizia u li kien ippreżenta mandat ta' sekwestru fuq il-kontijiet bankarji tagħha u dan talli din kienet żvelat li hu kien ma' sidu l-ministru f'burdell fil-Ġermanja waqt li kienu hemmhekk fuq xogħol. Malli saret din l-istqarrija fil-Qorti, l-avukat tiegħu Pawlu Lia - biex jipprova jgħatti x-xtur kemm [...]

Go to Top