Proporzjonatament il-kampjun minn Malta misruq minn Cambridge Analytica hu t-tieni l-akbar fl-Ewropa
Ħafna drabi il-fatti tkun trid ittemmagħhom bl-imgħarfa. Bosta kienu t-trolls tas-soltu li kitbu kummenti stupidi fuq l-interent wara li xxandret l-aħbar li Cambridge Analytica kienet serqet 6,000 account tal-Facebook minn Malta. Wieħed bħal donnu ried jurina l-għerf li jinsab imżejjen bih meta kiteb: "x'niġu naqgħu u nqumu minn 6000 account meta l-maġġoranza li ġab il-Labour [...]