About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7949 blog entries.

Bedingfield u Farrugia taw lill-ġurnalisti verżjoni mbagħbsa ta’ dokument imħejji mill-familja Caruana Galizia

By
2018-04-16T14:32:20+02:00Sun, 15th Apr '18, 02:46|

Żewġ uffċjali qrib ħafna tal-Prim Ministru, Glenn Bedingfield u Kurt Farrugia bagħbsu dokument imħejji mill-familja ta' Daphne Caruana Galizia u għaddewh (il-verżjoni mbagħbsa) lil ġurnalisti mill-Isvizzera bħallikieku kien dossier maħruġ mill-gvern. Aqra dwar l-inċident fi storja mxandra minn The Shift News. The Shift News ħadmu ma' ġurnalisti mir-rivista Svizzera Republik fuq investigazzjoni dettaljata msejjħa ‘Qtil [...]

Republik: Joseph Muscat problema għall-Ewropa

By
2018-04-16T14:34:48+02:00Fri, 13th Apr '18, 11:33|

Ir-rivista Svizzera Republik illum temmet sensiela ta' tliet artikli dwar Malta fl-isfond tal-assassinju ta' in the Daphne Caruana Galizia. L-ewwel żewġ artikli jinsabu f'din il-link . Din li ġejja hi traduzzjoni ta' estratt mill-għeluq tal-artiklu: "L-istħarriġ li għamilna ma wassalna imkien biex insuiru nafu min qatilha. Bosta kienu dawk li qalu li kellhom il-provi, iżda fil-fatt [...]

KONFERMA: Ali Sadr u l-Pilatus Bank investigati f’Malta dwar ħasil ta’ flus maħmuġin

By
2018-04-13T10:30:08+02:00Fri, 13th Apr '18, 07:49|

Dokumenti li ġew ippreżentati f'Qorti Federali Amerikana jikkonfermaw li l-ħidma ta' Ali Sadr fil-Pilatus Bank ġiet investigata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti u li din il-ħidma tifforma parti mill-każ li għandhom bħalissa kontrih. L-Avukat Ġenerali Amerikan saħansitra nforma lill-Qorti Amerikana li Ali Sadr qed jiġi wkoll investigat separatament dwar ħasil ta' flus maħmuġin f'Malta. Fi stqarrija b'risposta [...]

“L-oqbra mbajda ta’ Malta”: il-poeta tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura l-oħra

By
2018-04-21T04:56:52+02:00Thu, 12th Apr '18, 20:50|

Din is-sena Leeuwarden ul-Belt Valetta huma l-Kapitali Ewropej konġunti tal-Kultura. Leeuwarden hi l-kapitali reġjonali tal-Frisja, reġjun li għandu l-ilsien tiegħu, il-Frisjan li hu wkoll it-tieni lsien tal-Olanda. Dan ir-reġjun tal-Frisja għandu poeta lawreat. Jikteb bejn 6 u 10 poeżiji fis-sena u jismu Eeltsje Hettinga. Huwa kiteb poeżija dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tista' taqraha [...]

Taħsbux li se jaqtgħu qalbhom

By
2018-04-13T16:57:10+02:00Thu, 12th Apr '18, 18:43|

Ara ma jkunx hawn min jaħseb li dawk li qed isegwu l-passi ta' Maria Efimova issa se jaqtgħu qalbhom. Is-sentenza li ngħatat illum mill-Qorti Griega serviet biss bħala pawsa għax din fadlilha triq twila x'timxi. Aħsbu ftit. Il-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia ma waqqafhomx milli jkomplu jippruvaw jinbxu lil uliedha u lil żewġha. Dawn [...]

Maria Efimova mħarsa mill-Qorti Griega mid-dwiefer tal-klikka ta’ Joseph Muscat

By
2018-04-12T19:04:56+02:00Thu, 12th Apr '18, 15:54|

Il-Qrati ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea llum iddikjaraw li Malta mhix kunsidrata bħala pajjiż li jista' jiggarantixxi s-sigurtà għal whistle-blower u għal xhud dwar korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-gvern. U l-Qrati ta' dak il-pajjiż membru tal-UE għandhom raġun biex ibiegħu. Huwa ta' sodisfazzjon li Maria Efimova issa ngħatat protezzjoni mit-theddid ta' Joseph Muscat u sħabu. Lawrence [...]

Il-Kwistjoni tal-istampa ta’ Malta mal-barranin

By
2018-04-10T15:08:03+02:00Tue, 10th Apr '18, 14:04|

Josef Caruana jistqarr li jrid isir MEP biex jikkumpensa għan-Nazzjonalisti kiefra li qed ipoġġu lil Malta f'dawk ikrah mad-dinja kollha. Ħa nħarsu naqra lejn it-track record ta' Josef Caruana mela, tridux?  U se nżommu biss mal-avvenimenti ewlenin. Josef Caruana kien l-editur ta' l-orizzont, il-gazzetta tal-General Workors' Union.  Ilbieraħ, il-Malta Indipendent faħħritu ġmielha meta qaltlu li [...]

EUROMONEY: “Bla fiduċja f’Malta”

By
2018-04-09T19:36:56+02:00Mon, 9th Apr '18, 17:25|

Anġlu Farrugia bla dubju għandu s-saħħa li jagħti l-kenn lil Keith Schembri u li jeżentah milli jwieġeb għall-mistoqsija dwar jekk Schembri kienx wieħed mill-mistednin għat-tieġ ta' Ali Sadr li kien sar fil-Four Seasons f'Firenze. Iżda ċertament ma jistax jipproteġi lil Malta mill-konsegwenzi tal-ħbiberija li teżisti bejn Keith Schembri, Ali Sadr u l-bqija tal-klikka tal-ħallelin li [...]

Ta’ Henley kienu talbu lil SCL/Cambridge Analytica tintroduċihom ma’ Joseph Muscat fl-2011

By
2018-04-09T17:38:11+02:00Sun, 8th Apr '18, 16:09|

Korrispondenza bejn Christian Kaelin ta' Henley & Partners u l-SCL Group turi li Kaelin kien talab lil SCL tintroduċih ma' Joseph Muscat f'Ġunju 2011. Dak iż-żmien f'Malta kien hawn gvern tal-PN immexxi minn Lawrence Gonzi u Joseph Muscat kien ilu Kap tal-Oppożizzjoni tliet snin. Il-korrispondenza tindika li SCL - li aktar tard waqqfet il-kumpanija Cambridge [...]

X’qalu verament l-ambaxxaturi tal-Kunsill tal-Ewropa

By
2018-04-09T17:47:09+02:00Sun, 8th Apr '18, 16:00|

Araw din l-intervista li Fr Joe Borg u jien għamilna lil Pieter Omtzigt ilbieraħ fuq l-RTK biex niddiskutu t-tweġibiet li rċieva mingħand ambaxxaturi għal 47 pajjiż Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-konsegwenzi tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-bidu, naturalment, f'Malta r-rispons li rċieva kien irrappurtat kif immanipulat mill-gvern li għamel minn kollox biex f'eżerċizzju ta' spin jagħti [...]

Ix-xogħlijiet f’Burmarrad għad iridu jibdew?

By
2018-04-09T17:45:33+02:00Sun, 8th Apr '18, 15:24|

Il-permess maħruġ f'weekend lil Joseph Muscat, tliet ġimgħat biss wara li applika għalih, iqajjem suspetti li jmorru lil hinn minn abbuż xokkanti min-naħa ta' servizz pubbliku li jiġi mġiegħel jaqdi l-interessi privati tal-prim ministru. Aqra din l-istorja l-ewwel bħala sfond. Ir-rekord jitkellem waħdu. Meta Joseph Muscat kien għadu l-poodle ta' Alfred Sant, il-permess biex jiżviluppa d-dar [...]

Jekk trid tiskopri Cambridge Analytica x’taf dwarek, dan hu l-mod kif tista’ ssir taf

By
2018-04-09T17:42:25+02:00Sun, 8th Apr '18, 14:59|

Żur dan is-sit elettroniku fejn tista' ssib struzzjonijiet li jwassluk biex iġġiegħel lil Cambridge Analytica tgħidlek jekk ġabritx l-informazzjoni personali tiegħek u x'inhu dak li jafu dwarek. L-aġent tal-protezzjoni tad-data għal Cambridge Analytica hija l-mother company tagħha stess SCL Elections - kumpanija Ingliża u li allura hija bbażata f'pajjiż fejn għadhom japplikaw ir-regolamenti tal-protezzjoni tad-data [...]

L-Awtorità tal-Ippjanar tiltaqa’ s-Sibt biex tapprova b’urġenza permess għad-dar ta’ Joseph Muscat f’Burmarrad

By
2018-04-09T17:43:18+02:00Sat, 7th Apr '18, 15:19|

Ħaddiema tal-Awtorità tal-Ippjanar li ġew imsejħa fl-aħħar minuta biex jidħlu jagħmlu "biċċa xogħol urġenti" s-Sibt filgħodu skoprew li kienu ddaħħlu xogħol biex jipproċessaw u japprovaw applikazzjoni li tressqet minn ċertu "Dr Joseph Muscat" għal xi xogħlijiet ta' interior decoration fid-dar tiegħu f'Burmarrad. L-applikant "Dr Joseph Muscat" huwa ovvjament il-prim ministru ta' Malta li llum, is-Sibt, [...]

Proporzjonatament il-kampjun minn Malta misruq minn Cambridge Analytica hu t-tieni l-akbar fl-Ewropa

By
2018-04-08T16:18:44+02:00Sat, 7th Apr '18, 13:27|

Ħafna drabi il-fatti tkun trid ittemmagħhom bl-imgħarfa. Bosta kienu t-trolls tas-soltu li kitbu kummenti stupidi fuq l-interent wara li xxandret l-aħbar li Cambridge Analytica kienet serqet 6,000 account tal-Facebook minn Malta. Wieħed bħal donnu ried jurina l-għerf li jinsab imżejjen bih meta kiteb: "x'niġu naqgħu u nqumu minn 6000 account meta l-maġġoranza li ġab il-Labour [...]

Cambridge Analytica serqet informazzjoni personali mill-Facebook għax xi ħadd f’Malta inqeda’ bis-servizzi tagħha

By
2018-04-08T16:16:21+02:00Sat, 7th Apr '18, 12:24|

Ħerġin aktar provi li Cambridge Analytica serqet informazzjoni personali minn Facebook accounts Maltin. Din l-informazzjoni personali għala kienu jeħtiġuha? Ġew bżonn din l-informazzjoni personali biex ikunu jistgħu jagħmlu l-profitti huma u jipprovdu servizz lil ċertu klijent minn Malta. Cambridge Analytica u sidha l-SCL jaqdu tip speċifiku ta' klijent: partiti politiċi u kandidati politiċi. Xi ħadd [...]

Irish Times: il-ħajja doppja t’Ali Sadr

By
2018-04-06T16:37:13+02:00Fri, 6th Apr '18, 15:24|

Il-ġurnal The Irish Times irrapporta hekk: "Skond l-att tal-akkuża Amerikan, jidher li ħajjet Ali Sadr kellha rwol doppju. Fl-istess żmien li allegatament kien il-perċimes u l-promotur tar- rabtiet finanzjarji bejn l-Iran u l-Veneżwela, ra kif għamel biex ħoloq bank f'Malta". Jekk dalgħodu ma rnexxilekx takkwista kopja tal-Financial Times, The Irish Times xandret l-istorja fuq il-website [...]

Iranjan li qed jistenna li jingħata l-forka u li kien qaleb ir-rappreżentanza f’Malta tal-IRISL favur bint John Dalli, kien għen biex inħoloq il-Pilatus Bank

By
2018-04-06T07:35:52+02:00Thu, 5th Apr '18, 07:24|

Mehdi Shamszadeh, Iranjan li jinsab maqful f'ħabs f'Tehran u li qed jistenna li jinstema' appell fil-Qorti ta' hemmhekk wara li dan kien ġie kundannat għall-mewt talli ffroda lill-gvern tal-Iran, fl-2004 kien id-direttur kummerċjali tal-kumpannija marittima Iranjana IRISL meta din kienet iddeċidiet li tgħaddi r-rappreżentanza tagħha f'Malta minn idejn il-kumpannija SMS għal għand Claire Gauci Borda, [...]

X’naqset li tispjega l-MFSA

By
2018-04-02T19:26:36+02:00Mon, 2nd Apr '18, 12:48|

Mhux biżżejjed li tal-MFSA joqgħodu jippruvaw iserrħulna moħħna li l-funzjoni regolatorja tagħha kienet tħaddmet filwaqt li kien għaddej bix-xogħol tiegħu l-Pilatus Bank. (Aqra l-istqarrija tagħhom hawn isfel). Qalulna li kienu qabbdu ditta barranija biex tiġbrilhom l-informazzjoni qabel iddeċidew li jagħtu liċenzja lil tal-Pilatus u li kienu żammew għassa stretta fuq il-Bank sakemm dan kien liċenzjat. B'dak [...]

Edward Scicluna jiċħad li l-IIP qed tiffinanzja lil Puttinu … imbagħad iħassar dak li kiteb

By
2018-04-02T19:39:07+02:00Sat, 31st Mar '18, 17:55|

Edward Scicluna, il-ministru responsabbli għall-infiq kollu li jagħmel il-gvern, illum ħareġ għonqu biex jiċċara li l-gvern kien ser jiffinanzja lil Puttinu direttament mill-baġit tal-istat u mhux mid-dħul mill-bejgħ tal-passaporti. Hu minn ewl id-dinja li l-ministru jkun jaf dan għax hu proprju hu li jiffirma d-dokumenti li jkunu meħtieġa. Għalkemm imissu jaf ukoll li l-mod kif il-gvern għandu [...]

Go to Top