About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Xi tridna naħsbu, Neville Gafà?

By
2018-02-12T14:02:18+01:00Mon, 12th Feb '18, 14:02|

Mid-dehra għamel f’qalbu Neville Gafà għax għandu reputazzjoni ta’ korruzzjoni tinten imdendla ma’ għonqu, b’mod partikolari minħabba l-akkużi ta’ estorsjoni fuq viżi maħruġa lil immigranti.     Dan l-aħħar bgħat tweet mimlija rabja fil-konfront tal-MP Nazzjonalista Claudette Buttigieg għax din kellha l-“ardir” li tibgħat retweet lil xi ħadd li kien bgħatlu tweet li kkwota rapport imxandar fil-ġurnali li kwart tal-istudenti tal-Universita’ [...]

Il-Malta Gaming Authority f’azzjoni kontra liċenzjati Taljani

By
2018-02-12T21:09:46+01:00Mon, 12th Feb '18, 12:14|

Skond il-ġurnal speċjalizzat dwar l-industrja tal-gaming GamingCompliance, “għejjun awtorevoli Maltin” sostnew li il-liċenzji li ngħataw lil-kumpanniji Taljani tal-online gaming se jiġu investigati bil-għan li jitkissru r-rabtiet li dawn għandhom mal-ħwienet tal-imħatri fl-italja. Azzjoni bħal din messha ilha li ttieħdet. Din hi aħbar tajba għal industrija imċappsa kif inhi bid-dell tal-mafja li ilha tuża lil Malta biex taħsel [...]

Il-MAM m’għandhiex titħalla waħedha

By
2018-02-12T21:15:04+01:00Mon, 12th Feb '18, 10:26|

Wasal sew iż-żmien li l-unions l-oħra jsemmgħu leħinhom dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Il-MAM, il-union tat-tobba, illum ħarġet stqarrija (ara hawn taħt) biex tfakkar lil kulħadd kif opponiet, fil-biċċa l-kbira waħedha, iż-żarmar tas-servizz nazzjonali tas-saħħa tagħna mindu dak il-ġenju, Konrad Mizzi, ħolom b'din l-idea korrotta. U kif - ironika ħafna din - minħabba l-iskandli tal-korruzzjoni li ilhom [...]

Joseph Muscat għal President: MP Laburista tiddikjara l-appoġġ tagħha fuq Twitter

By
2018-02-15T21:17:18+01:00Sun, 11th Feb '18, 12:45|

Rosianne Cutajar, MP Laburista,iddikjarat fuq Twitter l-appoġġ tagħha għat-tranżizzjoni ta' Joseph Muscat minn Prim Ministru ta' demokrazija parlamentari għal President ta' repubblika presidenzjali b'aktar poteri eżekuttivi f'idejh. Cutajar esprimiet l-appoġġ tagħha għal din l-idea bl-istil karatteristiku busli-għajni tagħha b'risposta għal tweet li kienet tistaqsi jekk l-intenzjoni ta' Joseph Muscat li jbiddel il-kostituzzjoni kinitx fil-fatt tfisser [...]

Soft landing

By
2018-02-09T20:18:40+01:00Fri, 9th Feb '18, 17:14|

Ma tridx tara lil Edward Zammit Lewis ibati l-ġuħ wara li tilef xogħlu bħala Ministru. Ma rnexxilux jidħol fil-Kabinett wara l-elezzjoni tal-2017 u dan intitolah għal kumpens ekwivalenti għal nofs sena paga ta' Ministru intiż li jassiguralu transizzjoni faċli. Meta mbagħad irnexxielu jidħol fil-Parlament ħa wkoll l-onorarja ta' membru parlamentari. Meta ġie elett fil-Parlament fl-elezzjoni [...]

Gvern għassa tiegħek?

By
2018-02-09T12:36:17+01:00Fri, 9th Feb '18, 10:04|

F’dokumentarju dwar il-Familja Rjali tal-Għarabja Sawdita, il-BBC jintervista hacker professjonali, li mbagħad sar whistleblower, li għal diversi snin ħadem f’Malta ma’ kumpannija Taljana li mingħandha gvernijiet jixtru tagħmir elettroniku li min jużahom ikun kapaċi jispjuna fuq ħaddieħor Alberto Pelliccione jitkellem dwar apparat tal-ispjunar mistoħbi fil-mobile jew fid-desktop Apps li jagħtu aċċess għall-apparat tiegħek lis-servizzi ta’ sigurta’. Dawn l-ispiji kapaċi jissemgħulek permezz [...]

Il-mitt miljun

By
2018-02-09T20:23:52+01:00Fri, 9th Feb '18, 09:52|

Eżatt bħall-lum ħames snin l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi kellu ħafna għalxiex jitbissem. Filwaqt li UE kienet iddeċidiet li tnaqqas in-nefqa tagħha għas-seba’ snin li kienu jmissu, Gonzi rsista kemm felaħ u kien irnexxielu jġibha żewġ b’żieda fl-allokazzjoni ta’ flus għal Malta. B’kollox kien irnexxielu jġib 1.128 biljun Ewro għal Malta fuq medda ta’ seba’ snin. [...]

Jekk tkun Laburist sal-Mewt tgħix ħajja itwal

By
2018-02-09T20:27:11+01:00Fri, 9th Feb '18, 09:40|

‘Laburisti sal-Mewt’ huwa grupp tal-Facebook għal nies li jaħsbu li l-lealtà lejn il-partit hu impenn li tidħol għalih għal ħajtek kollha. Jew inkella forsi jaħsbu li l-appoġġ lejn il-partit hu xi marda terminali. Hu x'inhu, jingħaqdu f'dan il-grupp biex jgħixu f'dinja fejn kulħadd jaqbel magħhom u jekk jinstab li xi wieħed minn fosthom huwa traditur [...]

The Atlantic: “biex jinstab tarf tal-assassinju tagħha jrid igħaddi ż-żmien, iżda l-istituzzjonijiet Maltin iridu jsibu tarf?”

By
2018-02-09T21:53:31+01:00Thu, 8th Feb '18, 13:26|

Wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, r-rivista Amerikana “The Atlantic” xandret rapport dettaljat li fih stqarret li “fi żmien li fih l-istituzzjonijiet demokratiċi madwar id-dinja qed jiffaċċjaw sfidi serji, l-qtil ta’ ġurnalista fl-Ewropa jrendi lil Malta f’punt debboli li jista’ jhedded kontinent sħiħ”. Il-konsegwenzi mill-aktar serji ta’ dak li ġara fis-16 ta’ Ottubru li għadda [...]

Joseph Calleja: tkunx forċina għal Henley&Partners

By
2018-02-09T20:24:46+01:00Thu, 8th Feb '18, 13:09|

Nammetti li għandi grazzja kbira ma’ Joseph Calleja. M’jinix bniedem tal-lant iżda l-kant tiegħu jogħġobni ferm. Bniedem bħal Joseph Calleja, li llum huwa magħruf sew madwar id-dinja għall-vuċi qawwija u versatili tiegħu, jġiegħlni wkoll nħossni kburi li jien Malti għaliex huwa Malti bħali. Din il-kburija tinħass aktar naturali għalija għaliex Calleja huwa wkoll patrijott. Kull [...]

Minn’Arloġġ tal-Lira’ għal ‘Kollox Jgħaddi’.

By
2018-02-08T17:18:33+01:00Thu, 8th Feb '18, 10:17|

Il-kunflitt ta’ interess mhuwiex kunċett fl-assolut. M’huwiex bħall-verġinita’: jew int verġni jew m’intix. Din hija r-raġuni l-għala dan is-suġġett iqajjem il-kontroversja. Min jinsab fil-ħajja pubblika jaf li jeżistu fruntieri li, għalkemm huma inviżibbli, m’għandhom qatt jinqabżu. Normalment wieħed għandu jistenna li, tul il-medda taż-żmien, il-livelli tal-inġieba u l-aspettattivi jinbidlu u jsiru inqas diskrezzjonali u ambigwi. [...]

Il-Gvern Ingliż: “M’aħna se nħallu qatt li kumpaniji Amerikani tas-saħħa jimmiraw biex jieħdu l-NHS”

By
2018-02-12T21:18:41+01:00Thu, 8th Feb '18, 09:24|

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May żgurat lill-pubbliku li teskludi li s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa għad jidħol f'xi ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Istati Uniti. Rapport fil-UK Times (trid abbonament biex taqrah kollu) jitkellem dwar mistoqsijiet tal-mexxej tad-Demokratiċi Liberali lill-Prim Ministru fejn qed jitlobha "tikkonferma jekk għamlithiex 'assolutament ċara' li kumpaniji Amerikani mhux se jitħallew jittenderjaw għas-servizzi li tipprovdi [...]

L-Editorjal Times of Malta: Il-kitba fuq il-ħajt

By
2018-02-07T15:29:54+01:00Wed, 7th Feb '18, 09:16|

Nistedinkom taqraw l-editorjal pubblikat fil-ġurnal Times of Malta tal-lum. Dan l-editorjal iwissi lil Jason Micallef, lil Ray Azzopardi u lil oħrajn li jidhrilhom li għax il-Belt Valletta hi Tagħna Lkoll, ħadd m’għandu dritt jipprotesta kontra l-gvern. Araw x’kellu xi jgħid l-editur dwar dawk li, bi ħdura liema bħalha, qegħdin igħajjtu u jwerżqu biex il-mafkar lil [...]

Ġurnalisti tal-Istat

By
2018-02-08T13:03:24+01:00Wed, 7th Feb '18, 00:06|

Mill-ħafna modi kif il-libertà tal-media qed tiġi mhedda mill-intervent tal-Istat f'Malta, l-iktar li jispikka hu l-mod falz kif il-propogandisti tal-Istat jadottaw it-terminu 'ġurnalist'. Mhux biss jippretendu li huma ġurnalisti meta fl-istess ħin ikunu qed iservu l-interessi tar-reġim, imma jaħdmu attivament biex jeskludu l-ġurnalisti ġenwini u jfittxu li jneħħulhom il-kredibbiltà. Għalhekk lil Daphne Caruana Galizija kienu [...]

Jeddek li tkun taf

By
2018-02-06T16:19:50+01:00Tue, 6th Feb '18, 12:57|

Segwu dan id-diskors ta’ Jason Azzopardi. Jitkellem dwar il-Pilatus Bank u dwar Henley & Partners li jsejjħilhom bħala tnejn mis-swaba tal-istess id moħbija. It-tielet saba’ ta’ din l-id moħbija huwa dak ta’ Joseph Muscat li, skont il-Malta Today, baqa’ jinsisti li qatt ma kellu ħjiel dwar il-kawża SLAPP li tal-Pilatus Bank kienu għamlu kontra Daphne [...]

V A Cremona: B’ewro tixtri sptar?

By
2018-02-06T10:30:18+01:00Tue, 6th Feb '18, 10:30|

Miktub mill-mistiedna Vicki Ann Cremona: Jekk tmur tieħu kafé ġol-Belt Kapitali tal-Kultura, ewro mhuwiex biżżejjed biex tħallsu - trid tkompli żżid xi ħaġa tal-flus miegħu biex jaqduk. Iżda sa ewro, naħseb li kull wieħed u waħda minnha naslu biex noħorġu mill-but. U kieku l-gvern ġie joffrilna nixtru dak kollu li fih sptar b’ewro, forsi konna [...]

Fake news. Minn sors uffiċjali.

By
2018-02-08T13:07:56+01:00Tue, 6th Feb '18, 06:48|

Glen Bedingfield jilbes bosta kpiepel imma rwol wieħed biss għandu li jgħodd verament. Huwa blogger. Huwa MP (back-bencher) mal-Labour. Imma dawk huma rwoli awżiljarji. Il-funzjoni essenzjali tiegħu jaqdiha fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara skrivanija mhux aktar minn 10 metri 'l bogħod minn Joseph Muscat. Bħala sors, ma jistax ikollok sors uffiċjali aktar minn hekk. Bħala riflessjoni tal-fehmiet u [...]

Aġenzija li taqa’ taħt Chris Cardona b’direct order ta’ 10,000 ewro għal ‘escorting services’

By
2018-02-06T17:50:52+01:00Mon, 5th Feb '18, 22:07|

Mistoqsija Parlamentari li għamel Jason Azzopardi lil Chris Cardona u li fiha talbu jelenka d-direct orders mogħtija mill-Ministeru tiegħu wasslet għal risposta pjuttost mhux tas-soltu. Fit-tweġiba ta' Chris Cardona tissemma direct order li ġġib id-data tal-1 ta' Frar 2017 għall-ammont ta' 10,000 ewro li ngħad li tħallsu "biex jiġu pprovduti escorting services". L-hekk imsejħa "servizzi" jingħad [...]

Il-permess biex tgħid le

By
2018-02-05T22:24:22+01:00Mon, 5th Feb '18, 16:59|

Jason Micallef uża l-midja kkontrollata mil-Labour biex jappoġġja lill-mara li kienet iffilmjata tuża l-bastun tagħha biex tneħħi min-nofs fjuri, ritratti, messaġġi u xemgħat li tħallew mal-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta b'tifkira ta' Daphne Caruana Galizia u biex isejħu għall-ġustizzja u t-tmiem tal-impunità. Bl-aġir tiegħu Jason Micallef segwa lil dawk ta' qablu, fosthom Joe Brincat, Ray [...]

Go to Top