Pajjiż immexxi minn vavu
Il-filmat li fih Robert Abela jinstema' jħabbar li f'Marzu konna ser nitilqu niġru leħaq infirex sewwa qabel tħabbret l-aħbar inevitabbli li ser jittieħdu miżuri aktar iebsin f'attentat biex titwaqqaf u tiġi kontrollata l-firxa tal-imxijja. Anki dawk li huma mill-aktar xettiċi u ambivalenti skantaw bir-rati għoljin ta' infezzjoni li issa qed jaqbżu t-300 kuljum. L-imwiet qed [...]