Iridha tal-verġni

By
2020-09-11T12:27:36+02:00Fri, 11th Sep '20, 11:18|

Mhux bi ħsiebni nieħodha kontra Yorgen Fenech talli  jibqa' jiddikjara li hu innoċenti. Kont niskanta li kieku ma jibqax jagħmel hekk. Dak li smajna mit-tapes li kien irrekordja l-kompliċi tiegħu Melvyn Theuma ma jħassar xejn mill-attitudni tiegħu li, sforz il-kilba għall-flus, kollox huwa ġustifikat saħansitra anke jekk il-prezz jissarraf f'ikla ta' għomor il-ħabs. M'għandna qatt [...]

Tgħid Robert Abela qara’ dak li kiteb Alfred Sant?

By
2020-09-10T13:25:39+02:00Thu, 10th Sep '20, 13:03|

L-artiklu li Alfred Sant xandar illum f'The Malta Independent fih tliet taqsimiet. It-tielet taqsima hi mill-aktar interessanti. Affaxxinanti fil-fatt. Agħtuha daqqa t'għajn: HOGAN’S STORY The resignation of Phil Hogan as EU Trade Commissioner from Ireland was hardly noticed in Malta. One wonders why... Hogan was one of the Commissioners most in view and was considered [...]

Eks piloti tal-Air Malta ser jiddaħħlu jaħdmu mal-gvern bl-istess paga li kellhom

By
2020-09-10T11:33:39+02:00Thu, 10th Sep '20, 10:54|

Il-Ministeru tal-Ekonomija għadu kemm kiteb ittra lid-69 pilota tal-Air Malta li kienu tkeċċew xi ġimgħat ilu u nfurmahom li l-gvern bi ħsiebu jonora l-wiegħda li kien għamlilhom l-eks Ministru Konrad Mizzi li, jekk xi darba dawn jitkeċċew, il-gvern kien ser ikompli jħallashom il-paga li kienu jgawdu bħala piloti. Il-piloti mkeċċija tal-Air Malta kienu jaqbdu pagi [...]

Magħmudija tan-nar unika

By
2020-09-09T14:10:14+02:00Wed, 9th Sep '20, 10:35|

Lawrence Cutajar reġa' xehed dalgħodu quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Illum ġie mfakkar dwar il-kunflitt ta' interess ċar li kellu dak li kien id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta bħala investigatur ewlieni minħabba l-konnessjoni familjari li għandu ma' ministru tal-kabinett tal-gvern ta' Joseph Muscat. Lawrence Cutajar ġie mfakkar li l-familjari ta' Daphne jkellhom [...]

Kobba mħabbla bil-ħatra tal-Avukat Ġenerali l-ġdid

By
2020-09-08T21:16:41+02:00Tue, 8th Sep '20, 18:57|

Victoria Buttigieg għadha kemm inħatret biex tieħu post Peter Grech bħala Avukat Ġenerali. Hawn min jgħid li t-tewmija ta' Peter Grech ingħatat il-ħatra li dan kellu. Ser nispjega l-għala din il-ħatra hi waħda diżastruża għall-aħħar. Il-Kummissjoni ta' Venezja kienet issuġġerietilna li għandna nifirdu ż-żewġ rwoli tal- Avukat Ġenerali minn ma' xulxin. L-Avukat Ġenerali kien jaġixxi [...]

Jekk il-gvern ma jħassarx il-kuntratt tal-Electrogas, ser ikollna nieħdu passi biex inħassruħ.

By
2020-09-08T13:54:08+02:00Tue, 8th Sep '20, 09:52|

Tiskanta kemm għad hawn boloħ li jaħsbu li darba waħda pajjiżna kien għaddej mill-aqwa żmien u li kien biss bis-saħħa tal-eżaġerazzjonijiet ta' dawk is-segwaċi fanatiċi kollha ta' Daphne li dan iż-żmien ġie fi tmiemu qabel il-waqt. Mhux bi ħsiebni noqgħod nidħol f'dibattitu morali dwar l-għażla li hemm bejn il-kilba għall-flus u l-insistenza fuq it-twettiq tas-sewwa [...]

Robert Abela qabeż darbtejn

By
2020-09-07T07:54:46+02:00Mon, 7th Sep '20, 07:54|

Fi spazju ta’ 24 siegħa, Robert Abela darbtejn qabeż il-limiti tas-setgħa li għandu bħala prim ministru u dan bil-għan li jħares l-interessi politiċi u l-interessi personali tal-mexxej ta’ qablu. Jidher ċar li l-interessi ta’ Joseph Muscat u l-interessi politiċi ta’ Robert Abela huma ħaġa waħda u ma jistgħux jinfirdu minn xulxin. Jekk Joseph Muscat jiġi personalment mixli dwar it-twettiq ta’ delitti jew jiġi dikjarat responsabbli [...]

Robert Abela jiżfen fin-nofs

By
2020-09-02T15:31:27+02:00Wed, 2nd Sep '20, 14:06|

Ma kienx Robert Abela li ħa d-deċiżjoni li titnieda nkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-fatt ma kienitx deċiżjoni li ħadha xi ħadd. Kienet biss ċessjoni tal-armi wara sentejn sħaħ ta' reżistenza mill-gvern li baqa' jirrifjuta li jniedi l-inkjesta minkejja s-sejħiet li kienu sarulu mill-familja tal-vittma, minn dawk li ħarġu jipprotestaw fit-toroq, mill-istampa minn [...]

Imħuħ korrotti

By
2020-08-31T21:33:12+02:00Mon, 31st Aug '20, 15:01|

Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq programm televiżiv, Robert Arrigo “offra l-kariga ta' Deputat Kap” tal-PN lil Bernard Grech kemm il-darba dan tal-aħħar jirtira mit-tiġrija biex jinħatar Kap tal-PN. Jaqaw Robert Arrigo ħaseb li qed jinnegozja xi trasferiment ta' players tal-futbol tal-klabb l-antik tiegħu? Robert Arrigo jokkupa l-pożizzjoni ta' deputat kap tal-Partit Nazzjonalista bis-saħħa [...]

Forċina għall-ħdura u l-mibgħeda

By
2020-08-31T13:24:53+02:00Mon, 31st Aug '20, 12:37|

Waħda mit-trolls tal-Labour Georgina Cardona tgħidx x'kjass qajjmet fuq il-Facebook meta allegat li Repubblika hi waħda mill-għaqdiet li qed jibbenefikaw mill-flus miġburin mill-Community Chest Fund u l-Istrina. Din xandret speċi ta' lista li fiha tissemma' Repubblika iżda huwa ċar li dan is-suppost dokument ma fieħx l-ismijiet ta' dawk l-għaqdiet li jgawdu mill-flus li jinġabru. Din [...]

Xhieda li kompliet tikkonferma li l-pożizzjoni ta’ Adrian Delia m’hix tenibbli

By
2020-08-28T10:10:08+02:00Thu, 27th Aug '20, 15:51|

Mix-xhieda li ngħatat illum fil-qorti mill-investigatur ewlieni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Keith Arnaud, irriżulta li dak li ġie mxandar fil-ġurnali dwar il-messaġġi tal-WhatsApp bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u dak li jinsab mixli bid-delitt Yorgen Fenech huwa kollu minnu. L-ewwel messaġġi xxandru f'Lulju mit-Times of Malta. U llum ixxandru oħrajn mill-Malta Today. Adrian Delia [...]

Mexxi. Mexxi. Mexxi.

By
2020-08-28T10:00:37+02:00Thu, 27th Aug '20, 15:36|

Fil-qorti llum, il-Pulizija xehdet li fiż-żmien li fih kien ġie arrestat, Yorgen Fenech qalilha li kien Keith Schembri li qabbdu biex jippjana l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kienu ilhom diġà jitkellmu għal ċertu żmien qabel Keith Schembri qallu: Mexxi. Mexxi. Mexxi. Il-Pulizija xehdet ukoll fil-qorti li Yorgen Fenech qalilha li Joseph Muscat kien jaf bil-pjan. [...]

Jekk tinħakem mid-dubju, waħħal f’Ian

By
2020-08-25T13:45:44+02:00Tue, 25th Aug '20, 10:08|

F'Mejju li għadda, The Shift News irrappurtat li l-President u l-Prim Ministru kienu separatament ċaħdu talba li saritilhom taħt l-Att dwar l-Informazzjoni Ħielsa biex tixxandar l-ittra tar-riżenja ta' Joseph Muscat. Ir-raġuni li kien ta l-Prim Ministru kienet waħda li wieħed seta' joqgħod fuqha: l-ittra tar-riżenja ma kienitx qed tinżamm fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u għaldaqstant ma [...]

Il-Pravda u l-Izvestia

By
2020-08-21T15:20:21+02:00Fri, 21st Aug '20, 14:53|

Ftit ħin wara li ħabbart li l-Pulizija bgħatet għal Joseph Muscat biex tagħmillu mistoqsijiet b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħbar xterdet fil-paġni ta' quddiem tal-mezzi tax-xandir elettroniċi kollha f'Malta. M'għandniex għalfejn niskantaw. Eks-prim ministru msejjaħ biex jiġi nterrogat mill-Pulizija? Dwar qtil? Ta' ġurnalista? Kif trid tkun aħbar biex tieħu l-prominenza fl-ewwel paġna? Kollha? Kważi [...]

Il-Pulizija tibgħat għal Joseph Muscat biex iwieġeb għal mistoqsijiet b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

By
2020-08-21T13:47:34+02:00Fri, 21st Aug '20, 13:30|

Fis-siegħat li ġejjin, l-eks prim ministru Joseph Muscat mistenni jkun fil-kwartier ġenerali tal-pulizija biex iwieġeb mistoqsijiet b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Qabel isirulu l-mistoqsijiet, huwa mistenni li jiġi mwissi u ser jiġi mitlub iwieġeb għal informazzjoni li għadda lill-Pulizija dak li hu mixli li kien il-moħħ wara l-assassinju, Yorgen Fenech. Din hi l-ewwel darba [...]

Qishom dundjani b’seba’ mitt sena biex jasal il-Milied

By
2020-08-20T11:52:52+02:00Wed, 19th Aug '20, 16:41|

M'għandix l-iċken dubju li l-produtturi u l-atturi li qed jaħdmu l-film Jurassic World ma jixorbux mill-għajn tal-aħbarijiet tal-One TV. Qed ngħid dan għax jidher li ħarbiltilhom l-aħbar li Malta kellha l-aħjar tarka difensiva għal kontra l-imxijja tal-coronavirus. Li m'għandniex għalfejn noqgħodu nħabblu rasna tant li l-kap tal-gvern jista' jaqbeż sa Marina di Ragusa biex jaqdef [...]

Ġimgħa tal-blieħ

By
2020-08-19T16:38:05+02:00Wed, 19th Aug '20, 10:33|

L-isforzi li qed nagħmlu biex nibqgħu mqajmin qed ibażwruna. Ix-xokkijiet elettriċi huma meqjusin bħala metodu ta' tortura. Iżda issa wasalna fi stat li jibda' jinħass l-uġiegħ f'ġisimna hekk kif jieqfu dawn ix-xokkijiet. Dan li ġej huwa biss kampjun tal-ġrajjiet li jbellħuk li seħħew matul din il-ġimgħa - ġimgħa li, bħall-erbat ijiem tal-Milied, s-soltu ma jseħħ [...]

ERĠGĦU AGĦTU DAQQA T’GĦAJN: Lid-dinja Edward Scicluna jgħidilha li “s-sitwazzjoni tidher kerha. Imma m’hix, tafux.”

By
2020-08-18T11:15:53+02:00Tue, 18th Aug '20, 09:13|

Din il-ġimgħa is-CBS 60 minutes reġa' xandar il-filmat li kien ħadem dwar Malta wara li kien seħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan il-filmat kien ixxandar għall-ewwel darba f'Diċembru 2018. Dan il-filmat ta' min jerġa' jarah għaliex wieħed malajr jintebaħ li f'Diċembru 2018 Malta kienet pajjiż differenti minn dik li hi llum. Dak iż-żmien lil [...]

It-tiġieġ u l-kċejjen

By
2020-08-17T19:12:18+02:00Mon, 17th Aug '20, 10:58|

Dan l-aħħar rajt u qrajt diversi kummenti dwar dak li stqarr Edward Scicluna l-ġimgħa li għaddiet fis-sens li l-pajjiż kien (u għadu?) mmexxi minn gvern li jaħdem fuq żewġ livelli. Fuq livell wieħed hemm il-famuż "kabinett tal-kċina" li fih kienu jittieħdu d-deċiżjonijiet li jiswew. Edward Scicluna, il-Ministru tal-Finanzi, ma kienx jifforma parti minnu. Fih kienu [...]

Li kieku l-istituzzjonijiet tassew qed jaħdmu, Mario Cutajar diġà twarrab

By
2020-08-16T20:03:46+02:00Sun, 16th Aug '20, 16:08|

Il-kwistjoni dwar Mario Cutajar m'hix dik li jitqies ħati minħabba l-imġieba ta' ħuh. Dan m'għandu x'jaqsam xejn u dak li stqarr Mario Cutajar ma' Lovin Malta biex jiddefendi ruħu li hu ma jweġibx għall-imġieba ta' ħuh m'hi xejn ħlief tweġiba għal xilja li m'hix qed issirlu. Iżda Mario Cutajar inkixef hekk kif irrepeta l-ħrafa li [...]

Go to Top