Star Comment: mhux fuqek jeħtieġ li nitkellmu

By
2019-01-25T10:29:10+01:00Wed, 23rd Jan '19, 14:56|

Din bgħatitha May Borg b'risposta għal wieħed mill-posts li ktibt wara l-'iskandlu tal-kittieb-fatat'. Grazzi May. Manuel, nifhmek fuq li nifhmek. Ippruvaw ituk daqqa taħt iċ-ċinturin. Iżda jien jidhilrli li s-suġġett li għandna nitkellmu dwaru m'huwiex int. Għaldaqstant se nagħmel sensiela ta' mistoqsijiet li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba. Min verament qatel lil Daphne? Fejn hu Yorgen [...]

Eku mill-imgħoddi

By
2019-01-29T17:33:53+01:00Wed, 23rd Jan '19, 10:41|

Il-bieraħ Pierre Portelli tkellem dwar żmienu fl-Università. Fl-1998 kien iggradwa b'lawrja fil-Komunikazzjonijiet bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien li beda' jxandar in-Net TV, stazzjon li llum imexxih hu stess. Bħala student matur li kien se jillawrja, kiteb teżi f'paġna 7 ta' The Times kien ixxandar bran minn din it-teżi. Dak iż-żmien Eddie Fenech Adami kien [...]

Bħat-tfal

By
2019-01-25T10:26:42+01:00Tue, 22nd Jan '19, 17:21|

Illum fil-Qorti Pierre Portelli xehed u stqarr li kien bis-saħħa ta' deċiżjoni li kien ħa hu li l-mezzi tax-xandir tal-PN naqsu li jxandru r-risposta tiegħi għal storja li kienu xandru fis-sens li dan il-blog kien ħareġ bi storja li tgħid li l-PN ivvota favur liġi dwar il-kannabis. Jien ma kontx ktibt f'dan is-sens. Huma rrifjutaw [...]

THE SUNDAY TIMES: Thirteen reasons why…

By
2019-01-20T09:32:01+01:00Sun, 20th Jan '19, 09:31|

From my article in The Sunday Times today: "Our democracy is not working. Our parliamentarians have no mission. Being an MP is not a job. There is no task, no vocation, no ambition. Parliament is a waiting area for promotion and prestige. The process of seeking re-election is not liberating, it is paralysing. They’re at [...]

Guest Post: ma tistax tittradixxi partit li tkun warrabt minnu

By
2019-01-23T07:32:36+01:00Sat, 19th Jan '19, 17:49|

Miktuba minn Lake: Minn dejjem kont kburi li nissejjaħ Nazzjonalist. Minn dejjem kont konvint li l-partit tiegħi u l-biċċa 'l kbira tal-partitarji jemmnu fl-istess valuri. Valuri li huma msejsa fuq il-prinċipji tad-demokrazija, tal-ġustizzja għal kulħadd u tal-libertà tal-kelma. L-istess valuri li Eddie Fenech Adami kien għallimna ngħożżu. Madankollu tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, kelli naċċetta realta' [...]

Qed nitbegħdu mid-demokrazija ma’ kull jum li jgħaddi

By
2019-01-19T19:11:21+01:00Fri, 18th Jan '19, 12:25|

F'intervista ma' Times Talk illum Robert Musumeci kompla jiddefendi bis-sħiħ lil Adrian Delia. Minkejja l-fatt li bosta minna la huma avukati u lanqas periti jew lanqas it-tnejn f'daqqa, ma tridx wisq biex tintebaħ x'hemm mistur wara din id-dikjarazzjoni ta' Robert Musumeci. Dan jaqbillu u għandu interess li jara li l-affarijiet jinżammu kif inhuma biex b'hekk il-PN [...]

#occupyjustice: Il-pilastri mherrija ta’ Malta

By
2019-01-16T21:23:44+01:00Wed, 16th Jan '19, 21:23|

Din stqarrija ta' Occupy Justice li saret ftit ħin ilu: Il-lejla, tliet strixxuni kbar li juru Tliet Pilastri Mherrija tad-Demokrazija tpoġġew faċċata tal-bini tal-Parlament Malti fil-Belt Valletta minn attivisti ta' #occupyjustice biex ifakkru l-ħmistax il-xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dawn l-istrixxuni juru tliet kolonni mġarrfa li li jirrappreżentaw l- eżekuttiv (il-gvern); il-leġiżlatura (il-parlament) u l- ġudikatura (il-Qorti.) “Jum wara l-ieħor /kuljum, qed inħarsu [...]

Ħbieb tal-annimali

By
2019-01-19T18:50:44+01:00Wed, 16th Jan '19, 14:04|

Tmien borok intlemħu jittajru fuq il-Belt Valletta - ħaġa tant rari li l-kaċċatur li hemm fil-kabinett ta' Joseph Muscat jimmira lejhom bl-uniku "senter" li jista' jġorr miegħu f'Kastilja: il-kamera hi-res li għandu mal-mobile tiegħu. Dan il-kaċċatur, Clint Camilleri - bniedem li ma jafx jissaporti laqgħa kollha tal-Kabinett mingħajr ma joqgħod jintilef f'ħolma li qed jolqot [...]

Guest Post: ir-raġuni għala jriduh jibqa’ f’postu

By
2019-01-19T18:47:02+01:00Tue, 15th Jan '19, 10:00|

Fin-Newsbook, Desmond Zammit Marmarà jintroduċi l-blog tiegħu billi jikteb li “hu partitarju Laburista u għaldaqstant huwa wieħed minn dawk li m'għandhom ebda xewqa li jaraw lil Dr Adrian Delia jsir Prim Ministru ta' Malta.” Huwa jikkonkludi billi jgħid li “huwa wieħed minn dawk li se jkompli jagħmel l-almu tiegħu biex tal-Labour jibqgħu fil-gvern u biex [...]

Kwistjoni privata?

By
2019-01-19T18:45:55+01:00Tue, 15th Jan '19, 08:57|

M'għandux raġun min igħid li l-kwistjonijiet privati ta' Adrian Delia għandhom jinżammu privati. Times of Malta xandret id-dettalji tal-ispejjeż ta' kull xahar ta' Adrian Delia ħlief għal dawk li jkun jeħtieġ jonfoq biex igħix. Adrian Delia qed igħix f'post li m'huwiex daru u għaldaqstant x'aktarx qed iħallas il-kera. Hu jrid jiekol ukoll u xi drabi [...]

Unanimità

By
2019-01-15T09:07:17+01:00Mon, 14th Jan '19, 10:17|

Meta partit politiku jikseb unanimita' fil-voti miksuba, dan x'aktarx jiġri minħabba t-tbagħbis fl-għadd tal-voti. Għalhekk fiċ-Ċina jkollhom maġġoranzi ta' madwar 90% fl-"assemblea nazzjonali tal-poplu" jew f'elezzjonijiet immexxijin minn Castro fil-Kuba. Għaldaqtant mhux korrett min iqis dawk l-10% tal-kumitati sezzjonali li Adrian Delia jikkunsidra li ma vvutawx favurih bħala xi forma ta' ribeljoni. Kif sejħilhom Adrian [...]

Joseph Muscat dwar għażliet demokratiċi li ma tmurx lura minnhom

By
2019-01-15T09:06:08+01:00Mon, 14th Jan '19, 09:33|

Ħaġa tal-iskantament meta tisma' lil Joseph Muscat jitkellem dwar forzi tad-dlam fi ħdan il-PN li qed jisfidaw id-deċiżjoni demokratika li permezz tagħha nħatar Adrian Delia bħala kap. “Din hi mentalità li fiha d-demokrazija tibqa' rilevanti biss sakemm dak li għażlu n-nies jgħodd għalik”. 4 xhur ilu biss fuq BBC Radio 4 qal li r-Renju Unit [...]

L-għodda meħtieġa se tkompli tonqos

By
2019-01-11T18:07:35+01:00Wed, 9th Jan '19, 16:51|

Ftit jiem ilu il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN lil The Sunday Times of Malta qalilha li l-Kumitat Eżekuttiv se jiddiskuti l-qagħda preżenti fil-Partit li, m'għandniex xi ngħidu, għandha tinkludi dibattitu dwar jekk Adrian Delia għandux iżomm postu bħala kap. Skond rapporti oħra fil-ġurnali, Mark Anthony Sammut kellu laqgħa ma' Adrian Delia flimkien ma ' David Stellini [...]

Jeħtieġ li nibqgħu ninsistu

By
2019-01-11T18:05:30+01:00Wed, 9th Jan '19, 14:03|

Meta l-ġustizzja tiġi mċaħħda, jeħtieġ li nibqgħu intambru sakemm isseħħ. Ma nistgħux naqtgħu qalbna. L-għatx għall-ġustizzja m'huwiex logħba, jaħsbuha kif jaħsbuha tal-Partit Laburista u dawk li jaħsbuha bħalhom fil-Partit Nazzjonalista. Il-ġustizzja la taf b'rebbieħa u lanqas b'telliefa. Jekk il-ġustizzja tibqa' ma ssirx mal-kriminali għax dawn huma setgħana u għax il-liġijiet ma jgħoddux għalihom, nistgħu ngħidu [...]

Is-sentenza ta’ l-Imħallef Grixti tagħmel l-inkjesti f’tagħżiq fl-ilma; u impossibbli ssib kundanni dwar ħasil ta’ flus

By
2019-01-09T17:05:50+01:00Wed, 9th Jan '19, 06:48|

Il-konsegwenzi koroħ tas-sentenza tal-bieraħ tal-Imħallef Giovanni Grixti se jibqgħu jidwu. Araw il-mod li bih ikkonkluda li Panama Papers u d-dokumenti li nkixfu mis-servers ta' Mossack Fonseca huma “hack” u li allura inkjesta ma tistax tissejjes fuqhom. Bil-kejl tal-Imħallef Giovanni Grixti, l-Imħallfin u l-prosekuturi minn madwar id-dinja issa jkollhom jarmu l-baħar sensiela ta' kundanni li diġà [...]

Sitwazzjoni tal-waħx

By
2019-01-09T17:03:47+01:00Wed, 9th Jan '19, 06:23|

Jista' jkun li għadkom ma sibtux il-ħin biex taqraw id-diskors sħiħ li kien għamel ftit ġimgħat ilu l-Imħallef Vincent De Gaetano dwar is-saltna tad-dritt f'Malta. Kien qed jitħaddet dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f'Malta: mid-diskors kollu dan li ġej hu ta' min jixtarru: "X'aktarx li Malta hi l-unku pajjiż fid-dinja ċivilizzata fejn, ħlief għal meta l-Pulizija [...]

Star Comment: Wara s-sentenza tal-Qorti tal-lum

By
2019-01-09T17:01:36+01:00Tue, 8th Jan '19, 17:20|

Dan il-kumment bgħatuli Chris b'reazzjoni għal dak li ktibt aktar kmieni llum dwar is-sentenza tal-Imħallef Giovanni Grixti's li fi ftit kliem tgħid li min jagħmel ilment lill-Qorti li l-Pulizija m'hix taqdi dmirha u tinvestiga reat kriminali, irid l-ewwel ijnvestiga u jipprova l-eżistenza tar-reat hu stess. Ħabat tajjeb li l-memorja tal-qarrejja tiegħi hi aħjar minn tiegħi. [...]

Il-klikka tal-Panama se tgħid li din tal-lum illiberathom. Ikunu qed jigdbu.

By
2019-01-09T17:02:46+01:00Tue, 8th Jan '19, 16:23|

Il-Qorti tal-Appell irrevokat ordni li kienet tat il-Qorti tal-Maġistrati biex issir inkjesta dwar dak li nkixef permezz tal-Panama Papers. Dik l-ordni kienet ingħatat mill-Maġistrat Ian Farrugia f'Lulju 2017 wara talba li kienet saret minn Simon Busuttil li fiha lmenta li mill-2016, il-Pulizija ma kinitx investigat dak li nkixef mill-Panama Paper. Il-Qorti tal-Maġistrati kienet iddeċidiet li [...]

Xi drabi t-tweġiba jkollha tkun le

By
2019-01-07T13:07:45+01:00Mon, 7th Jan '19, 09:11|

Matul il-ġranet u l-ġimgħat ta’ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, kienu bosta dawk li ngħaqdu flimkien bil-għan li tissokta l-ġlieda favur is-sewwa u l-ġustizzja. Din id-deċiżjoni kienet ukoll ittieħdet minħabba l-għażliet li kien qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Niftakar sew meta marti kienet kellmet lil ħbieb tagħha u ħajjrithom jikkampjaw qrib Kastilja biex jipprotestaw. Fi [...]

Aqbad ma’ ta’ mparek

By
2019-01-09T17:00:22+01:00Sun, 6th Jan '19, 17:27|

M'hemmx dubju li f'Malta lill-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jagħmlu kampanji favur id-drittijiet demokratiċi, kontra l-korruzzjoni u favur l-eżemplarjeta' fil-politika, l-partit politiċi jarawhom żejda. L-istorja li tal-PN xandru dalgħodu f'Il-Mument wara li tfaċċat nhar l-Erbgħa fuq One TV u saħansitra anki fuq il-Facebook page uffiċjali tal-PN, m'hi xejn ħlief att ta' disprament ta' min jinsab dahru [...]

Go to Top