Pulizija ferut? Ejjew inwaħħlu fl-attivisti.

By
2018-05-18T20:13:08+02:00Thu, 17th May '18, 21:25|

Bħalissa membri tal-familja ta' kuntistabbli tal-pulizija għaddejja minn kalvarju. Waqt li kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu, żagħżugħ ipprova joqtlu. Suppost għandi ngħid li allegatament ipprova joqtlu, iżda l-arrest u taħrika tiegħu fil-Qorti - għalkemm ma jnaqqas xejn mill-preżunzjoni tal-innoċenza - jammontaw għal suspett raġjonevoli. Aħna u nistennew li jintemm il-proċess kriminali, diġa' nistgħu naraw x'ġara' [...]

Aħfrulna li sparixxejna

By
2018-05-17T19:31:41+02:00Thu, 17th May '18, 07:23|

Din il-website ma kinetx qed taħdem għal kważi 15-il siegħa wara dak li jissejjaħ DDoS attack, att ta' sabutaġġ. Skont ma qaluli l-inġiniera ta' din il-website, l-attakk kien sforz kbir mhux ħażin, sforz bla ħniena, wieħed ippjanat sew u ffukat biex lil din il-website iżommha ma taħdimx kemm jista' jkun fit-tul. Mhux kumbinazzjoni li min [...]

Il-liġi ta’ Martin

By
2018-05-17T21:36:41+02:00Wed, 16th May '18, 13:19|

Ma naqbilx ma' min igħid li dan kollu għax Martin Scicluna inzerta li huwa anzjan, allura għandna nagħlqu għajn waħda u niskużaw xi ftit il-ħsibijiet li jmexxu kitbietu. Jidhrili li ġaladarba l-ipokresiji tiegħu jiktibhom, jitħoqqlu li jiġi mwieġeb. Mhuwiex rilevanti l-fatt li kien hemm żmien fl-imgħoddi meta kien isejjes argument fuq ħsibijiet loġiċi u meta [...]

Min hu sid 17 Black, Prim Ministru?

By
2018-05-16T12:17:02+02:00Wed, 16th May '18, 06:45|

Stqarrija minn #occupyjustice: Sbatax il-mara ilkoll libsin l-iswed telgħu t-taraġ ta' Kastilja, l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta, b'kartelluni f'idejhom bil-kliem “Who Owns 17 Black?” u dan biex jitfakkar is-seba' xahar mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-protesta, organizzata minn attivisti ta' #Occupyjustice, kienet dwar il-kumpannija misterjuża li kienet qegħda tħallas €126,000 fix-xaħar fil-kontijiet tal-kumpanniji sigrieti fil-Panama [...]

Impunità

By
2018-05-15T14:48:46+02:00Tue, 15th May '18, 09:50|

Joseph Muscat u l-klikka tiegħu qed jistaħbew wara l-inkjesti maġisterjali biex jassiguraw lid-dinja li l-allegazzjonijiet dwar reati kriminali li huma involuti fihom qed jiġu investigati u li jekk jinstab li saret xi ħaġa ħażina, jittieħdu l-passi meħtieġa. Din mhi xejn ħlief gidba. F'Malta l-maġistrati ma jagħmlux xogħol il-pulizija. Mhumiex detectives. Ma jinvestigawx reati kriminali. U [...]

Araw kif għandhom ikunu protetti l-whistleblowers

By
2018-05-15T14:44:32+02:00Tue, 15th May '18, 07:36|

Il-Gvern ta' South Australia qed itejjeb il-liġijiet li jħarsu l-whistleblowers biex jipproteġi uffiċjali pubbliċi minn kull tip ta' konsegwenza meta dawn jiddeċiedu li joħorġu informazzjoni li jkollhom fil-pubbliku jekk ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni wara li l-ewwel ikunu ressqu lment internament. Jiġifieri, fi ftit kliem, jekk impjegat tal-istat ikun jaf b'xi ħaġa li tkun saret [...]

Il-verità mikxufa

By
2018-05-15T14:47:43+02:00Tue, 15th May '18, 06:08|

Dalgħodu quddiem l-uffiċċju tiegħu. #Reżistenza. Ritratt għal Reuters ta' Darrin Zammit Lupi. Din li ġejja hi stqarrija tal-grupp #Reżistenza: Ir-Re jinsab għarwien Meta ċ-ċittadinanza Maltija tirrendiha l-oġġett ta' negozju tkun qed tarmi l-valur fundamentali tagħha u ftit huma dawk li jkunu lesti li jixtruha li kieku ma kienx għall-fatt li din tiftaħ il-bibien beraħ għall-bqija [...]

Promozzjoni

By
2018-05-16T07:28:13+02:00Mon, 14th May '18, 17:41|

Dak li rrappurtat il-Malta Today fis-sens li hawn xniegħat li l-Maġistrat Anthony Vella jista' jingħata promozzjoni u jilħaq Imħallef waslu f'widnejja wkoll. Ma tista' qatt tkun taf fiċ-ċert jekk dawn ix-xniegħat ikunux ġejjin mill-istess għejjun u ma tista' qatt tkun żgur dwar kemm huma veri għaliex f'dan l-istadju dawn ikunu ideat li jeżistu biss f'moħħ [...]

Ar’hemm ħej! Kburin bil-politika tagħhom ta.

By
2018-05-14T17:45:03+02:00Mon, 14th May '18, 14:38|

Resqin lejn is-16 tax-xahar u tal-Labour qed iħejju ruħħom biex jinnewtralizzaw kull wirja ta' oppożizzjoni u dissens li issa saret drawwa ta' kull xahar kemm ilħa li nqatlet Daphne Caruana Galizia. M'għandhomx għalfejn jibgħatu għall-pulizija, għal tal-MEPA u għall-kuntratturi tal-krejnijiet għax dawn kollha jinsabu għal-lest. Meta l-protestanti jbakkru biex itellgħu l-banners, ikunu diġa' lestew xogħolhom [...]

Fis-16 ta’ Mejju. Fis-19:30. Quddiem il-Qorti.

By
2018-05-14T17:48:53+02:00Mon, 14th May '18, 06:55|

Issa għaddew seba' xhur mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Deħlin għas-sajf. L-ebda waħda mill-ħafna vġili, protesti jew stejjer fil-midja internazzjonali u l-ebda wieħed mid-dokumentarji li saru ma wassal biex xi uffiċjal tal-gvern, imqar wieħed, jassumi xi tip ta' responsabbiltà. L-ebda waħda mill-istejjer li ppubblikat Daphne Caruana Galizia u l-ebda investigazzjoni aktar fil-fond jew skoperta ġdida [...]

Il-mara ta’ Ali Sadr għandha permess biex taqsam fi tnejn appartament kbir fi Triq it-Torri. Il-pjan tagħha hu li tkun bieb ma’ bieb mas-CEO tal-Pilatus Ghanbari

By
2018-05-14T17:50:09+02:00Fri, 11th May '18, 21:06|

Il-mara tal-propjetarju tal-Bank Pilatus Ali Sadr, li jinsab mixli bi frodi bankarja, akkwistat permess biex taqsam appartament kbir li jħares fuq il-baħar f'182, Triq it-Torri, Tas-Sliema. Il-mara ta' Ali Sadr, Yasemin Aral, ingħatat permess biex taqsam fi tnejn l-appartament fejn jgħix is-CEO tal-bank Hamidreza Ghanbari ħalli tkun tista' toqgħod Malta. Il-permess inħareġ fit-30 ta' Ottubru, [...]

Araw x’hemm wara dak id-diskors kollu fuq il-laptop

By
2018-05-14T17:56:25+02:00Fri, 11th May '18, 20:17|

Il-verità dwar il-kampanja ta' Kastilja mmexxija mill-apoloġisti Josef Caruana, Jeffrey Pullicino Orlando u oħrajn dwar l-allegata eżistenza ta' laptop li użat Daphne Caruana Galizia qabel mewtha li, skont huma, qed jinħeba biex tindifen informazzjoni dwar il-qtil tagħha, bil-mod il-mod tiela' fil-wiċċ. Din m'hi xejn ħlief kampanja ispirata mill-mibgħeda lejn Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha: [...]

GUEST POST: “Wara li qrajt dak li kiteb Martin Scicluna, ġejt bżonn it-terapija”

By
2018-05-14T17:59:23+02:00Thu, 10th May '18, 16:55|

Kitba ta' Robert, persuna li nafha: Ħabib tiegħi qalli li l-kitba tista' tgħini ntaffi r-rabja li ħassejt wara li qrajt l-artiklu xokkanti ta' Martin Scicluna fit-Times of Malta ta' din il-ġimgħa. Nibda' biex ngħid li jien wieħed minn fost eluf li jħossu li l-velji u r-rikonoxximenti m'humiex biżżejjed biex jagħmlu ġustizzja ma' l-aktar ġurnalista kuraġġjuża [...]

Is-Cyprus Media Complaints Commission tikkonkludi li r-rappurtaġġ fl-istampa ta’ Ċipru kien attakk fuq Maria Efimova bil-għan li ssir ħsara lill-kredibilità tagħha u biex jippruvaw ixejnu l-allegazzjonijiet dwar il-Prim Ministru ta’ Malta

By
2018-05-10T16:37:08+02:00Wed, 9th May '18, 13:45|

Is-Cyprus Media Complaints Commission iddeċidiet dwar ilment dwar rappurtaġġ fl-istampa ta' Ċipru, b'mod speċjali dwar rapport f'Reporter li xandar allegazzjonijiet foloz dwar Maria Efimova li mbagħad ġew ripetuti f'Malta f'sensiela ta' Facebook posts minn Brian Hansford, preżentatur ta' TVM. Il-Kummissjoni "ikkonkludiet li jekk wieħed jaqra' t-test sħiħ tal-artiklu mxandar f'Reporter jidher ċar li dan inkiteb [...]

Pass ‘il bogħod mill-ġirja tal-fenek?

By
2018-05-10T16:40:24+02:00Wed, 9th May '18, 13:03|

Mingħajr ma verament riedet tagħmel dan The Malta Independent ikkritikat lil TVM u lill-mezzi l-oħra tax-xandir li jaqgħu taħtu talli lit-telespettaturi tagħha jipprovaw iqarrquhom meta jaħbu jew inaqqsu l-importanza ta' stejjer li jimbarazzaw lill-gvern. Il-ġurnal għamel riferenza speċifika għal stejjer imxandra fl-istampa internazzjonali li komplew fejn ħalliet Daphne Caruana Galizia bl-istejjer investigattivi tagħha. Meta jipprova [...]

Ingawdu fuq it-tbatija ta’ ħaddieħor

By
2018-05-09T13:15:20+02:00Wed, 9th May '18, 11:13|

Meta l-mafja taħsel flusha f'kumpanniji Maltin taparsi tal-gaming u b'dan ma nindunawx, filwaqt li aħna nirċievu l-parċella tagħna, xi oħrajn jiddaħħlu f'ċirku ta' lsiera jew ta' teħid tad-droga jew inkella jispiċċaw jisparaw fuqhom u joqtluhom f'xi sqaq imwarrab. Meta dak li jevadi t-taxxa dovuta lill-gvern tiegħu stess jaf jaħbi kollox taħt patafjun dokumenti dwar self [...]

Ibagħbsu biex igħattu xturhom

By
2018-05-10T16:41:57+02:00Wed, 9th May '18, 08:23|

Hekk kif Keith Schembri ħareġ bi skuża patetika oħra biex jipprova jiġġustifika l-ftuħ tal-kontijiet bankarji barra 'l pajjiż smajna li l-investigaturi Maltin kienu diġà ssuspettaw li kien ser joħroġ b'din l-iskuża immontata. Il-bieraħ Keith Schembri qal li huwa kien ħoloq l-istruttura tiegħu fil-British Virgin Islands madwar sena qabel il-ħatra pubblika tiegħu mal-prim ministru u li [...]

Jekk int elitista, tkomplix taqra

By
2018-05-10T20:16:29+02:00Tue, 8th May '18, 17:42|

Il-Ħadd li għadda Adrian Delia ħabbar lid-dinja li l-PN mhux se jibqa' l-partit tal-elitisti. Ejjew nippruvaw nifhmu din x'ried igħid biha. Il-Ħadd li għadda wkoll Mark Anthony Falzon kiteb dwar kif Joseph Muscat sfrutta l-mentalità intuwittiva tal-partitarji Laburisti li tħares lejn dawk li qed jipprotestaw fit-toroq "b'għajjat ta' slogans bl-Ingliż" u jagħmlu l-velji għal Daphne [...]

L-iskop kummerċjali ta’ Keith Schembri

By
2018-05-09T07:50:47+02:00Tue, 8th May '18, 10:28|

It-tweġibiet ta' Keith Schembri għall-istejjer li xxandru dwar taħwid li hemm fl-affarijiet finanzjarji tiegħu jixhdu stat ta' irritazzjoni u ta' nervi li kulma jmorru telgħin 'il fuq. Aqraw hawn taħt x'wieġeb għar-rapport imxandar dalgħodu fit-Times of Malta li l-awtoritajiet tal-British Virgin Islands kienu nvestigaw lill-kumpannija tiegħu fuq ħasil ta' flus, ħaġa li ma konna qatt [...]

Aġenda favur l-infurzar tal-liġi u tal-ordni pubbliku.

By
2018-05-08T16:30:06+02:00Mon, 7th May '18, 16:35|

Ħafna drabi l-partiti politiċi jeħtieġ li jiġu mfakkra li, apparti li jniedu l-kampanji elettorali, jinnamraw mal-kuntratturi, jorganizzaw il-coffee mornings u jivvjaġġaw lejn l-Ażerbajġan, huma wkoll fid-dmir li jfasslu politika favur il-governanza aħjar ta' dan il-pajjiż. M'għandhomx għalfejn joqgħodu jistennew li jaħkmuna l-kriżijiet qabel jintebħu li jeħtieġ li ssir xi ħaġa. Suppost għandu jkollhom il-viżjoni li [...]

Go to Top