Submitted anonymously today:

Sitt xhur ilu

Sitt xhur ilu, din oħtna Maltija
Dil-bint u din l-omm
Fir-raħal tal-Bidnija
Inġiebet fi tmiemha ħajjitha biex jingħalaq il-fomm.

Sitt xhur ilu din oħtna Maltija,
bħali u bħalek, li f’artna kitbet u terrqet,
inqatlet f’mitt biċċa mdemmijja
sabiex il-pinna darba għal dejjem telqet.

Għaddew sitt xhur minn dak il-jum li fih missejna l-qiegħ.
U x’għamilt inti għas-sewwa?
Kif imxejt ma’ din oħtna li ħajjitha tat minħabba dak li emmnet fih?
Qalbek lil fejn ħasset li kellha tappoġġja?
Lil min kien wara dan l-att tant viljakk?
Jew wara min forsi kien ordna dan l-attakk?
Jew forsi ħarist band’oħra
Taparsi, għal sold fil-but, ma kienx jimpurtak.