Tpattija

By
2018-08-01T10:11:44+02:00Sun, 29th Jul '18, 17:10|

Wasalna għall-kapitlu tan-nofs. Dawk kollha li jirrispettaw il-prinċipji tas-sewwa u li ħarġu għonqhom biex jirreżistu lil Joseph Muscat u lill-qaddejja tiegħu bħalissa qiegħdin igħixu taħt sħaba sewda. U n-numru ta' dawn il-qaddejja huwa mdaqqas. Aktar milli wieħed jasal biex jimmaġina. Ibda' b'Michelle Muscat li, bis-saħħa ta' stqarrijiet uffiċjali tal-gvern u ta' intervisti kontrollati, ngħaqdet mal-bqija [...]

Tagħlimiet minsija

By
2018-07-29T20:59:24+02:00Fri, 27th Jul '18, 10:13|

Sitt ijiem wara li ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia meta eluf ta' nies kienu daħlu l-Belt Valletta biex jiddimostraw, għadda minn moħħ ħafna minnhom dan il-ħsieb. ‘Nixtieq ma ħallejthiex weħidha. Nixtieq li emmintha meta kont qed naħseb li qed tesaġera. Issa li qatluha b'dan il-mod, naf li ma setgħetx kienet qegħda tesaġera. Nittama li xogħolha [...]

“Termini ta’ riferenza għall-medjazzjoni fil-PN”. Skużawni ta, imma x’intom tgħidu?

By
2018-07-29T17:06:41+02:00Thu, 26th Jul '18, 18:52|

Qed isejħulhom termini ta' riferenza għall-medjazzjoni. Jien u naqra din il-frażi ma nafx kif se naqbad napplikaha għall-partit tal-oppożizzjoni f'Malta. Ejjew nippruvaw insibu tarf ta' din il-kobba mħabbla. Adrian Delia talab lil Simon Busuttil jirtira mill-grupp parlamentari inqas minn siegħa wara l-konferenza stampa ta' Joseph Muscat ta' nhar il-Ħadd li għadda: dik li kien fiha [...]

GUEST POST: Bqajna f’dinja tal-boloħ

By
2018-07-26T08:43:55+02:00Wed, 25th Jul '18, 17:41|

L-awtur ta' dan l-artiklu mhuwiex ġdid għal din il-website. Idħlu fil-link ta' dak li kien kiteb l-ewwel darba. Illum qed jerġa' jikkummenta: Dalgħodu stenbaħt bil-ħsieb li għal mument qasir naċċetta l-idea li l-Prim Ministru huwa bniedem tal-affari tiegħu li verament ma' kellu ebda intenzjoni li jkun kompliċi fl-abbuż tal-poter mill-ewwel ġurnata li rifes fuq l-għatba [...]

Int akbar mill-partit

By
2018-07-24T17:45:20+02:00Tue, 24th Jul '18, 12:04|

Kulħadd huwa akbar mill-partit. L-idea li l-partit huwa akbar minn kulħadd hi waħda li feġġet qabel l-era tal-moderniżmu u għandha tintrema' jekk irridu lil pajjiżna jsir demokrazija moderna. Għandna wkoll noqgħodu lura milli nimponu l-ipokresija fuq in-nies. Uħud mill-kbarat tal-imgħoddi tal-Partit Nazzjonalista kien jfakkru lil kulħadd li ‘ħadd m'hu akbar mill-partit’. Niftakar lil Eddie Fenech [...]

Tal-FIAU jgħidu li David Casa għandu jiġi kastigat

By
2018-07-24T17:43:43+02:00Mon, 23rd Jul '18, 19:38|

Il-Financial Intelligence Analysis Unit, entità li għadha kemm ġiet imċanfra bil-kbir mill-European Banking Authority, issa heddet lil David Casa b'azzjoni kriminali. Sinjuri, dan mhu xejn ħlief faxxiżmu ri-inkarnat. Il-gvern qed idendel il-manetti quddiem wiċċ wieħed mir-rappreżentanti eletti tagħna. Ippruvaw ifhmu dan xi jfisser. Il-FIAU tinvestiga lil Konrad Mizzi u tikkonkludi li x'aktarx seħħew atti kriminali [...]

Wiċċ l-innoċenti!

By
2018-07-23T19:51:47+02:00Mon, 23rd Jul '18, 16:08|

Adrian Delia. Segwi lil sieħbek jiftaħar. Konrad Mizzi għamel "xandira qasira lin-nazzjon" fuq il-website tal-Ministeru tat-Turiżmu biex joqgħod jigdeb u jitbissem fl-istess ħin. Qalilna li l-inkjesta li tkellem dwarha l-prim ministru — li għad trid tixxandar — eżoneratu u turi li dak li kitbet dwaru Daphne Caruana Galizia fil-blog tagħha ma kien xejn ħlief gideb. [...]

Diskors ieħor li ilu jiġi moħmi xhur sħaħ

By
2018-07-23T09:06:29+02:00Sun, 22nd Jul '18, 14:44|

Il-politiċi jidher li għandhom difett komuni li jilħqu stat ta' estasi b'mod prematur. Wiċċ Adrian Delia iddomina l-istazzjonijiet tat-TV. Għal ftit minuti. Ħalli nsegwu l-argument loġiku: L-ewwel: Ir-rapport ma ġiex ippubblikat fit-totalita' tiegħu u l-PN irid li dan jiġi ppubblikat b'mod sħiħ ħalli nkunu nistgħu naslu għall-verita'. It-tieni: Simon Busuttil għandu jirriżenja. Tlabtu jien jagħmel [...]

Tidħol fix-xena l-Kummissjoni

By
2018-07-23T09:08:39+02:00Fri, 20th Jul '18, 12:23|

Meta Konrad Mizzi u Keith Schembri ntebħu li kienu nqabdu fil-fatt li ħolqu kumpanniji fil-Panama, taħsbux li wrew xi ndiema talli ttantaw jaħbu l-ġid ġej mit-tixħim. Iżda ndannaw għax kienu nqabdu. Għax mis-servers kollha fl-uffiċċji legali kollha li hemm madwar id-dinja, ix-xitan ried li kellhom ikunu dawk ta' Mossack Fonseca fil-Belt tal-Panama li l-ġurnalisti sabu [...]

Agħar minn bużullieqa

By
2018-07-23T09:09:50+02:00Thu, 19th Jul '18, 16:38|

Araw lil Edward Scicluna jinħall quddiem il-microphones tal-ġurnalisti u quddiem is-suppost ġurnalista li taħdem għall-Partit Laburista. It-tweġibiet tiegħu huma kompletament neqsin mil-loġika. Il-mistoqsijiet li sarulu ma sarux b'xi akkuża kontra l-FIAU iżda b'waħda kontra l-Pulizija talli din naqset li taġixxi fuq dak li kienet skopriet l-istess FIAU. Din il-mistoqsija injoraha għal kollox. Naqas li jikkritika [...]

Immansa u mmuta

By
2018-07-23T09:11:07+02:00Wed, 18th Jul '18, 09:49|

Meta fl-2013 tal-Labour telgħu fil-gvern, inbeda' proċess ta' qtugħ tal-irjus tal-biċċa l-kbira - ħlief għal tnejn - tal-kapijiet tas-servizz ċivili. F'wirja ta' disprezz totali lejn l-istituzzjonijiet kostituzzjonali, il-gvern dabbar l-irjus tal-kap tas-servizz ċivili kif ukoll ta' kważi s-segretarji "permanenti" kollha. Fost il-ftit li skansawha kien hemm Alfred Camilleri, li kienu u għadu Segretarju Permanenti fil-Ministeru [...]

Edward Scicluna jissielet biex isalva ġildu

By
2018-07-18T22:11:19+02:00Wed, 18th Jul '18, 09:39|

Edward Scicluna qed jissielet biex isalva ġildu. Dak li kiteb fit-Times of Malta tal-lum jista' jitqies bħala attentat biex iżomm fil-wiċċ bis-saħħa ta' l-użu ta' lingwaġġ klassiku Laburista u lemini ‘tajjeb jew ħażin, l-ewwel pajjiżi’. X'aktarx li dam xi ftit biex tniffes għaliex - sforz l-iskola li għandu kif ukoll għax għadu relattivament ġdid fil-politika [...]

Tal-MFSP ifittxu l-kenn

By
2018-07-17T15:43:16+02:00Tue, 17th Jul '18, 10:10|

Ta' min jinnota li l-MFSP, kumpannija tal-investment management li ħadet ħsieb id-depożiti ta' flejjes kbar mingħand Keith Schembri mingħajr ma għarblet sew il-flus minn fejn kienu ġejjin, issa jidher li qed tfittex il-kenn f'każ li tinħareġ ordni li ġġiegħlha tagħlaq. Il-FIAU, l-aġenzija li xogħolha hu li tgħasses kontra l-ħasil tal-flus, diġà mmultat lill-MFSP iżda huwa [...]

Direttur ieħor tal-Pilatus Bank imħarrek fl-Istati Uniti

By
2018-07-17T15:41:54+02:00Mon, 16th Jul '18, 14:24|

Wara investigazzjoni li saret mill-FBI, Mustafa Cetinel - sal-lum direttur tal-Pilatus Bank - qed jiġi mħarrek fil-qrati federali tal-Istati Uniti. F'April, il-Financial Times irrappurtat li Mustafa Cetinel kien ġie investigat mill-FBI, iżda ma kienx hemm aħbar dwar taħrika. Minn spezzjoni li saret fir-reġistru tal-qrati federali ta' Manhattan irriżulta li l-prosekutur federali ppreżenta taħrika kontra Mustafa [...]

U ejja, come on …

By
2018-07-16T14:21:56+02:00Mon, 16th Jul '18, 11:50|

Sena u nofs ilu lil Jonathan Ferris dabbrulu rasu. Niftakru li Edward Scicluna, qabel lissen il-famużi kliem ‘u ejja come on’, kien qal lill-ġurnalisti li wieħed għandu jistaqsi jekk ir-rapporti tal- FIAU dwar il-Pilatus Bank ‘kinux inkitbu biex imbagħad jixxandru baxx baxx’. Inqas minn ġimgħa wara li ntqal dan id-diskors lil Jonathan Ferris u Charles [...]

In-Noddy itiha għad-diplomazija internazzjonali. Imma x’aktarx ma terġax tkun.

By
2018-07-16T13:12:12+02:00Thu, 12th Jul '18, 16:52|

Ibqgħu ċerti li lil Owen Bonnici tal-Ġnus Magħquda mhux se jiġru warajh biex isolvilhom il-kriżi tal-Lvant Nofsani. Ta' żatat li hu reħielha lejn Leeuwarden, belt Olandiża ta' 100,000 ruħ, u bħal donnu stenna li n-nies ta' hemmhekk se joqgħodu jidilkuh bix-xema' bħalma tidilku ommu u jidilkuh il-mijiet ta' ammiraturi tiegħu fil-facebook. Il-fatt biss li ħaseb [...]

Min qed jagħmel l-għassa fuq TVM?

By
2018-07-16T13:13:34+02:00Thu, 12th Jul '18, 16:34|

The Malta Independent kellu raġun biex ibiegħ meta lmenta dwar il-fatt li TVM qabad u njora stqarrija tal-European Banking Authority fis-sens li tal-FIAU ħallew lis-sistema finanzjarja ta' Malta sservi ta' forċina għall-kriminalità. Stennejniha mbagħad li TVM, b'partiġġjaniżmu stupidu liema bħalu, xandar biss it-tweġiba puwerili tal-FIAU. Iżda għalkemm stennejna dan l-aġir, ma jfissirx li għandna noqgħodu [...]

Jonathan Ferris għandu jiġi kumpensat

By
2018-07-16T13:15:00+02:00Thu, 12th Jul '18, 09:35|

Meta l-European Banking Authority ikkonkludiet li tal-FIAU kisru l-liġijiet meta naqsu mir-risponsabbiltà tagħhom li ma jippermettux li s-sistema finanzjarja sservi ta' forċina għall-kriminalità, ikkonfermat ukoll l-istħarriġ ta' Jonathan Ferris. Jonathan Ferris kien jaħdem mal-FIAU għal ftit xhur qabel tkeċċa. Kien biss meta ħaddem il-ħiliet li għandu bħala investigatur - ħiliet li akkwistahom minn snin ta' [...]

Jaqa’ s-skiet

By
2018-07-16T13:10:25+02:00Thu, 12th Jul '18, 07:26|

Għad ma kien hemm ebda reazzjoni minn naħa tal-gvern għar-rapport imxandar mill-Aġenzija Bankarja Ewropea  - l-"EBA" - li kkonkluda li l-FIAU ta' Malta kisret il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil ta' flus maħmuġin u għall-iffinanzjar tat-terroriżmu. Minn naħa tagħha l-FIAU ħarġet stqarrija għall-istampa li b'mod patetiku esprimiet id-"diżappunt" tagħha għad-deċiżjoni tal-EBA bħallikieku din [...]

Tikkonfondi xejn Saviour, jien hawn għadni!

By
2018-07-12T08:53:41+02:00Mon, 9th Jul '18, 18:26|

Saviour Balzan mistagħġbin kemm għamel f'qalbu sakemm jien domt imsiefer. F'artiklu mhux iffirmat li xxandar fil-ġurnal Illum żewġt iĦdud ilu, Saviour dendel geddum sal-art għax ma kienx qed jaqra' posts ġodda fuq din il-website. Jidher li għalih dawn il-ġimgħatejn kienu qishom sentejn. Fil-ħajja verament ma tista' qatt tkun taf minn fejn jistgħu jitfaċċaw l-ammiraturi. Insomma, [...]

Go to Top