Milqugħa talba minn Repubblika għal inkjesta dwar Chetcuti Cauchi. Il-Maġistrat tordna investigazzjoni kriminali.

By
2019-11-07T17:45:51+01:00Thu, 7th Nov '19, 10:22|

Maġistrat illum aċċettat it-talba ta' Repubblika biex titnieda inkjesta dwar jekk l-avukat Jean Philippe Chetcuti, avukat u soċju mad-ditta legali Chetcuti Cauchi, wettaqx delitt kriminali meta bis-saħħa ta' kamera moħbija ta' ġurnalisti Franċiżi nqabad jammetti li għandu s-saħħa li jirranġa l-ħruġ ta' passaport Malti għal klijent Afrikan li għandu kondotta kriminali. Fil-filmat li xxandar fuq [...]

Jaħti min għamel il-ħatriet

By
2019-11-07T16:24:13+01:00Thu, 7th Nov '19, 09:36|

Il-bieraħ diversi NGO's tkellmu favur it-tkeċċija ta' Elizabeth Ellul minn fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Borma tbaqbaq spiċċat biex faret hekk kif il-Bord approva applikazzjoni biex kamra dilapidata li tinsab fuq l-irdum tal-Qala tiġi konvertita f'villa kbira ġmielha. Elizabeth Ellul ippretendiet li kulħadd għandu jinjora l-fatt li hi għandha relazzjoni ndiretta mal-iżviluppatur Joseph Portelli, u issa [...]

L-imqarbin

By
2019-11-07T16:23:03+01:00Wed, 6th Nov '19, 14:39|

Sinjuri Joseph Muscat, Owen Bonnici, Konrad Mizzi, Keith Schembri, Edward Scicluna, Chris Cardona, Ian Borg u l-bqija. Intom mingħalikom li ħadd m'hu ser jażżarda jiqfilkom minħabba l-biża' jew minħabba l-għamad. Mingħalikom li għandkom is-setgħa li tikkontrollaw kollox. Ħafna drabi kellkom raġun li taħsbu hekk: bosta huma dawk li jew huma mbeżżgħin jew għandhom wisq għamad [...]

Maġistrat oħra tordna l-ftuħ ta’ inkjesta fil-konfront tal-Ministri Scicluna, Cardona u Mizzi

By
2019-11-06T14:52:07+01:00Wed, 6th Nov '19, 14:07|

Il-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet talba li saret minn Repubblika u ordnat li għandha tinbeda' inkjesta dwar l-imġieba ta' tliet Ministri tal-gvern fil-kwistjoni dwar il-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi. Il-Maġistrat qalet li jkun xieraq li jiġu nvestigati l-allegazzjonijiet li għamlet Repubblika dwar id-delitti kriminali ta' ħasil ta' flus u ta' korruzzjoni minn naħa tal-Ministri Chris Cardona, [...]

L-indipendenza tal-ġudikatura: ma tridx tkun għaref wisq biex tifhem

By
2019-11-06T08:28:32+01:00Mon, 4th Nov '19, 17:57|

Id-deċiżjoni tal-gvern li jappella mis-sentenza li tat il-qorti dalgħodu dwar il-metodu li tuża Malta biex taħtar il-ġudikanti tagħha, dwar jekk dan imurx kontra t-trattat tal-UE jew le u li għalhekk din il-kwistjoni għandha tkun mgħoddija lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja m'hi xejn ħlief eżerċizzju mmirat biex itawwal. L-appell se jwassal biss biex jintilef iż-żmien. Dalgħodu l-qorti ma [...]

Tgħid ninsabu fuq l-għatba ta’ bidla storika?

By
2019-11-04T18:19:28+01:00Sun, 3rd Nov '19, 16:45|

L-aħħar stħarriġ li tagħmel il-Malta Today kull xahar jindika tnaqqis fl-appoġġ fil-konfront ta' Joseph Muscat u żjieda żgħira għal Adrian Delia. L-appoġġ għal tal-ewwel xorta waħda jibqa' jiżboq bid-doppju lill-appoġġ għal dan tal-aħħar. Iżda ċ-ċaqlieq huwa interessanti għaliex tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat il-PN għamel ħiltu biex jingħoġob mal-ksenofobiċi li jkunu lesti li jibdlu fehmithom [...]

Go to Top