Jaħti min għamel il-ħatriet
Il-bieraħ diversi NGO's tkellmu favur it-tkeċċija ta' Elizabeth Ellul minn fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Borma tbaqbaq spiċċat biex faret hekk kif il-Bord approva applikazzjoni biex kamra dilapidata li tinsab fuq l-irdum tal-Qala tiġi konvertita f'villa kbira ġmielha. Elizabeth Ellul ippretendiet li kulħadd għandu jinjora l-fatt li hi għandha relazzjoni ndiretta mal-iżviluppatur Joseph Portelli, u issa [...]