Repubblika dwar it-tneħħija ta’ Lawrence Cutajar

By
2020-01-17T13:25:40+01:00Fri, 17th Jan '20, 13:25|

Stqarrija ta' Repubblika IR-RIŻENJA TAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA Ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija hija opportunità biex jinbeda l-proċess ta’ riformi u żviluppi meħtieġa fil-Pulizija. Is-soċjeta’ ċivili ilha sentejn u tlett xhur teżiġi dan. Robert Abela avolja tul dan iż-żmien kollu kien membru parlamentari ma kien lissen l-ebda kelma biex jaqbel magħna. Huwa biss issa li qabel magħna li Lawrence [...]

Repubblika dwar il-“kumitat ta’ governanza” li ħatar il-gvern

By
2020-01-17T11:06:32+01:00Fri, 17th Jan '20, 11:06|

Stqarrija ta' Repubblika IR-REAZZJONI TA' REPUBBLIKA GĦALL-KUMITAT DWAR IL-GOVERNANZA LI WAQQAF IL-GVERN Repubblika jidhrilha kien ikun ħafna aħjar li kieku l-Gvern waqqaf ‘kumitat dwar il-governanza tajba’ aktar milli dwar il-governanza biss. Fl-aħħar snin kellna governanza. Kienet governanza dgħajfa mal-kriminali, abbużiva mal-istampa ħielsa u mas-soċjetà ċivili, partiġġjana u mnawwra bil-korruzzjoni. Kellna governanza mifnija b’kunflitti t’interess fejn [...]

Malta kellha għalfejn toqgħod tistenna 27 xahar biex teħles mill-Kummissarju tal-Pulizija?

By
2020-01-17T15:21:40+01:00Fri, 17th Jan '20, 10:45|

Issa Lawrence Cutajar jista' jitfa' l-attenzjoni tiegħu għal kollox fuq il-futbol. Mid-dehra, qed issir moda li dawk li jirtiraw mill-qadi tar-reġim ta' Muscat - b'mod speċjali dawk li dejjem ħasbu li Joseph Muscat għandu żewġ bajdiet tal-azzar - jintefgħu b'ruħhom u ġisimhom fuq il-futbol. Lawrence Cutajar inżamm f'postu fi sforz biex tibqa' ma ssirx ġustizzja [...]

Storja ta’ protesti maħnuqa

By
2020-01-17T13:17:48+01:00Fri, 17th Jan '20, 07:58|

Għal dawn l-aħħar sentejn u fuqhom, is-sit tal-protesta faċċata tal-bini tal-qorti sar kamp tal-battalja fit-taqtieha bejn id-diċenza bażika u l-jedd għal ħajja demokratika minn banda, u l-korla mbeżża' tal-ħatjin li m'humiex lesti li jittolleraw il-protesti, l-aktar minħabba l-fatt li m'għandhomx is-saħħa li jwaqqfuhom. Wieħed m'għandux għalfejn ikollu xi ħiliet psikoloġiċi biex jintebaħ li jekk ikun [...]

Għandna 20 mistoqsija għalik, Sur Prim Ministru.

By
2020-01-16T16:41:50+01:00Wed, 15th Jan '20, 23:06|

Minn fuq it-televiżjoni llum il-prim ministru stqarr li “dwar il-governanza tajba, huwa lest li jitkellem bl-istess lingwaġġ ta' Repubblika”. L-unika ħaġa pożittiva li nista' nislet minn din l-istqarrija hi li l-gvern il-ġdid qed jirrikonoxxi l-eżistenza ta' Repubblika - ħaġa li l-gvern li kellna sal-ġimgħa li għaddiet qatt ma wasal biex jagħmilha. Repubblika issa jidher li [...]

Sinjali mħallta

By
2020-01-15T22:39:50+01:00Wed, 15th Jan '20, 16:04|

  Għandna gvern ġdid li ma jinkludix fih lil Joseph Muscat, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Neville Gafà. Ċertament dawn għadhom qed jimirħu x'imkien fil-kuriduri tas-setgħa iżda s-saħħa li kellhom tnaqqsitilhom drastikament. Mhux biss, iżda Owen Bonnici m'għadux ministru tal-ġustizzja u Michael Farrugia m'għadux ministru tal-pulizija. Is-soċjetà ċivili kienet ħadmet qatigħ biex iseħħ [...]

Aqra’ din Sur Prim Ministru

By
2020-01-15T13:47:21+01:00Wed, 15th Jan '20, 11:05|

Il-lejla l-prim ministru, hu u jinsaq lejn id-dar mix-xogħol, jmissu jagħti daqqa t'għajn lil dan l-artiklu li xxandar fil-World Politics Review. Dan l-artiklu kitbu Nate Sibley, uffiċjal tal-riċerka fil- Hudson Institute's Kleptocracy Initiative. L-informazzjoni dan ma jgħaddiehilux David Casa. Skond il-biografija tiegħu, Sibley kiteb żewġ Hudson Institute Reports li xxandru f'The Washington Post, The Wall [...]

Kif għandhom il-ħila li jorqdu bil-lejl?

By
2020-01-15T11:02:18+01:00Wed, 15th Jan '20, 09:53|

Skond l-istorja uffiċjali, Chris Cardona m'aċċettax li jkompli jservi bħala ministru għaliex ġie deċiż li d-dikasteru tal-ekonomija jgħaddi f'idejn ħaddieħor. Din il-verżjoni m'hix daqstant 'il bogħod mill-istorja dwar ir-"riżenja" ta' Neville Gafà. Chris Cardona jidher li ddabbritlu rasu mill-gvern u li dan x'aktarx ma seħħx għaliex huwa vittma innoċenti ta' xi frame-up maħdum minn Keith [...]

Tlifna prim ministru li kien jistħoqq għal Malta

By
2020-01-14T22:14:09+01:00Tue, 14th Jan '20, 18:12|

Illum wara nofsinhar tħabbar li Simon Busuttil ser jinħatar mill-Partit Popolari Ewropew bħala s-segretarju ġenerali l-ġdid tiegħu. Kariga li tixraqlu. F'Ġunju 2017 b'xorti ħażina għalina, dan il-pajjiż għażel lil Joseph Muscat u mhux lilu biex ikun il-prim ministru. Meta ngħid "għalina" ma nfissirx lill-PN li fi ħdanu dak iż-żmien kont inħossni komdu. Bil-kelma "għalina" nfisser [...]

Hawn Pitirross. Dabbar rasek ‘il barra

By
2020-01-14T15:50:00+01:00Tue, 14th Jan '20, 14:44|

  Mid-dehra mhux ser ikun hemm il-kontinwità li kien qed jippretendi Neville Gafà għalih innifsu. Times of Malta qalet li llum ta r-"riżenja" tiegħu. X'aktarx m'għaddielux minn moħħu li kien ser ikollu jagħmel dan. Sal-bieraħ meta Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala prim ministru, kien qisu xi pagun għaliex ħaseb li x-xilep kien ġewwa. Jidher [...]

Parir lill-Prim Ministru: lil Keith Schembri ordnalu jgħaddi l-passwords lill-Pulizija. Issa.

By
2020-01-14T15:21:33+01:00Tue, 14th Jan '20, 14:17|

Il-governanza ta' pajjiż m'hix affari privata tal-uffiċjali tagħha. Ebda uffiċjal tal-gvern m'għandu jitħalla li jisserva b'e-mail accounts privati, b'off-site servers jew b'coded messaging services li ma jkunux decoded ċentralment u mħaddma mill-aġenzija governattiva responsabbli, biex jagħmel xogħol tal-gvern. Fi kliem ieħor, xogħol governattiv m'għandux isir bis-saħħa ta' @josephmuscat.com jew bis-saħħa tal-accounts @gmail.com. Lanqas m'għandu jsir [...]

Il-piż beda’ jagħfas

By
2020-01-13T17:10:08+01:00Mon, 13th Jan '20, 17:10|

Neville Gafà hu wieħed mill-mistednin tal-unur għaċ-ċerimonja tal-ħatra ta' Robert Abela. Jidher li l-prim ministru l-ġdid irid juri lil kulħadd li Keith Schembri - kif ilu għal diversi snin - ser jibqa' dak il-bniedem li l-liġijiet tal-pajjiż li jgħoddu għal kulħadd, għalih ma jgħoddux. Robert Abela m'għandux jitlaq jiġri bl-impressjoni li - għaliex għadu ġdid [...]

L-għażla (4): gwerra lis-soċjetà ċivili

By
2020-01-13T12:03:41+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:50|

X'ser jiġri issa? Joseph Muscat ħejja din it-transizzjoni għaliex iħoss li għadu ma vvendikax ruħu biżżejjed. Moħħ Joseph Muscat tant hu żgħir li, kieku kien għalih, ma kellux għal xiex iwarrab. Tant hu mimli bih innifsu u bl-għerf tiegħu li jippretendi li kien jistħoqqlu sehmu mix-xaħam tal-korruzzjoni tiegħu. U għadu jwaħħal f'Daphne Caruana Galizia li [...]

L-għażla (3): Ir-re tiegħek jagħżluh huma

By
2020-01-13T10:57:06+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:47|

Is-sistema tal-għażla tal-mexxej tal-Partit Laburista mit-tesserati - li jkunu qed jagħżlu wkoll il-prim ministru tal-pajjiż - turi kemm hi sistema perversa li timmina lid-demokrazija u teqred il-fiduċja tal-poplu f'dawk li jagħżlu li jservu fil-ħajja pubblika. Permezz ta' din is-sistema, jirbaħ dejjem l-agħar kandidat. Dan ġara' wkoll fir-Renju Unit. U d-dinamika tal-elezzjoni ta' Robert Abela tixbaħ [...]

L-għażla (2): Sodd ħalqek u irbaħ

By
2020-01-12T21:02:03+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:45|

Robert Abela sar prim ministru ta' Malta billi, għal dawn l-aħħar 4 ġimgħat, lil Malta qalilha ftit li xejn. Baqa' mdendel mal-politika tad-disprezz li tant serviet lil Joseph Muscat biex seta' kampa għal żmien twil f'Kastilja. L-aħjar mod li bih tista' tmur tajjeb waqt intervista hu li taħrab minnha. Tul dawn l-aħħar 4 ġimgħat, Robert [...]

L-għażla (1): Kif Joseph għażel lil Robert

By
2020-01-12T17:51:17+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:43|

Robert Abela ser jieħu post Joseph Muscat. Jew aħjar, Joseph Muscat daħħal floku lil Robert Abela. Ma nagħmlux l-iżball li lil Chris Fearne inpinġuħ bħala dak li kien fuq in-naħa tas-sewwa u li tilef il-battalja. Chris Fearne huwa, jew għallinqas sal-bieraħ kien, bniedem arroganti, mimli biħ innifsu u mhux konxju dwar kif bosta jqisuh. Iżda [...]

L-akbar tama spiċċa biex sar l-akbar mistħija

By
2020-01-10T12:11:43+01:00Fri, 10th Jan '20, 07:41|

Chris Fearne staqsa x'leħen jista' jkollu l-partit tiegħu kemm il-darba jkollu jagħlaq l-istazzjon televiżiv tiegħu. Mhux talli ma jridx inaqqas il-kontroll tal-partit tiegħu, iżda stqarr li jixtieq jara sehem aktar wiesa' tal-partit fil-qasam tax-xandir. Qal li l-istampa li xxandar bil-lingwa Ingliża għandha "aġenda kontra l-Partit Laburista” u stqarr li din hi r-raġuni l-għala l-gvern tiegħu [...]

Hemm deċiżjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu

By
2020-01-09T20:47:20+01:00Thu, 9th Jan '20, 16:29|

Il-Parlament Ewropew għadu kemm xandar rapport li ġie mniedi mid-delegazzjoni li kienet żaret lil Malta f'nofs il-kriżi li matulha dawk li kienu qed jipprotestaw iltaqgħu kważi kuljum fil-Belt Valletta biex jitolbu għar-riżenja immedjata ta' Joseph Muscat. Ir-rapport jagħti r-raġunijiet il-għala d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew effettivament qablet ma' din it-talba għar-riżenja immedjata tal-prim ministru u jsemmi l-laqgħat [...]

Kandidati tal-kontinwità

By
2020-01-08T16:39:07+01:00Wed, 8th Jan '20, 14:55|

Kemm Chris Fearne kif ukoll Robert Abela jistgħu jissejħu kandidati tal-kontinwità - kelma li f'kampanji għat-tmexxija li jsiru f'pajjiżi oħra tista' tfisser diżastru ċert għal min jużaha. Bħalissa l-istampa fir-Renju Unit din il-kelma qed iddendilha ma' għonq is-suċċessur potenzjali ta' Jeremy Corbyn bħala mexxej tal-Partit Laburista ta' dak il-pajjiż, li magħha l-aktar m'għandhomx grazzja. M'hemmx [...]

Go to Top